SINTOMI TAL-LETTERATURA KONTEMPORANJA

 

 

Fl-isfond tadak li qed jigri fil-kontinent, MARIO AZZOPARDI jhares lejn zewg fatturi li ta’ min jikkunsidra dwar

 l-espressjoni letterarja tal-kittieba l-godda tawara s-Sittinijiet f’Malta.

 

 

Wiehed mill-aktar rumanzi importanti u provokatorji li hargu fl-Ewropa f’dawn l-ahhar snin hu Les Particules elementaires ta’ Michel Houellebecq (1998).  Ir-rumanz hu bbazat fuq il-liberalizmu, il-promiskwita’ u d-deklin tal-kultura Kristjana li gabet maghha r-rivoluzzjoni kulturali tas-Snin Sittin.  Hu rumanz straordinarju li The Guardian ipparagunah max-xoghol taawturi bhal Celine, Beckett u Camus.

 

Ir-rumanz taHouellebecq, li hu wkoll poeta, jirrapprezenta l-interess gdid ta’ l-awturi  Ewropej fis-socjetatal-valuri, kemm fil-premessa kif ukoll fl-aspirazzjoni.  Mill-immaginazzjoni socjali tal-poezija kontemporanja fil-Germanja, li trid tassenja impenn gdid lill-awturi minkejja l-liricizmu tat-telfa u l-eskluzjoni, sal-profeziji ekologici fil-versi hergin mill-Estonja jew  il-poezija li trid tinstiga kuxjentizzazzjoni socjo-politika fl-Isvezja, il-passjoni qatt m’hi nieqsa.  Hemm imbaghad ir-relazzjoni intima tal-poezija Irlandiza mal-hajja nazzjonali tal-pajjiz, jew ir-referenzi ghall-moralitatradizzjonali u l-protesta anti-totalitarja tal-kontemporanji Pollakki.  Mill-banda l-ohra, f’pajjiz bhall-Portugall, fejn Fernando Pessoa influwenza tliet generazzjoni shah tapoeti, ghadha tinhass ir-reazzjoni kontra n-nazzjonalizmu parrokkjali.

 

Fl-Ingilterra, pajjiz fejn jitnisslu l-kotra tat-traduzzjonijiet li jikkunsmaw l-awturi Maltini, m’hemmx disinn stabbilit dwar il-letteratura bhalissa. Qed tinkiteb il-poezija cerebrali u cinika izda hemm ukoll testimonjanzi provincjali, kif jidhru f’Tony Harrison.   Hemm anki  l-interess  sostenut fil-klassi tal-haddiema u l-qawwa tal-poezija awtobijografika.  Liricitasimili  hadet fil-Belgju, imhallta mal-parodija dwar sterjotipi letterarji, filwaqt li fl-Olanda hemm l-iskoperta mill-gdid taforom metrici wzati b’mod drammatiku, anki bl-introduzzjoni tapassaggi korali. 

 

U x-inhi l-qaghda f’Malta?  Fejn wasalna?  Hawn se nwassal ghall-attenzjoni tal-qarrejja zewg pozizzjonijiet li jistghu ikunu kkunsidrati bhala importanti biex tkun assessjata l-produzzjoni letterarja ta’ l-awturi godda Maltin tawara s-Sittinijiet. Esponenti  tal-“movimenttadik l-epoka bhal Victor Fenech, Oliver Friggieri, Maria Grech Ganado, Trevor Zahra, Joe Friggieri, Oreste Calleja, Alfred Sant u l-awtur prezenti ghadhom attivi b’mod intensiv, jirrapprezentaw prattikament il-generi kollha, min-narrativa sal-poezija, mid-drammaturgija sal-letteratura socjali ghat-tfal.  Izda xtaqt nikkoncentra fuq l-awturi l-godda li normalment huma assocjati fi hdan zewg gruppi, l-Inizjamed u Poezijaplus, it-tnejn promuturi ta’ l-att letterarju kollettiv.

 

Disinteress ideologiku

 

L-ewwel pozizzjoni li xtaqt inwassal hi dik li jiehu Immanuel Mifsud f’isem il-generazzjoni tieghu f’intervista li ta lil Hassan El Ouazzani u mxandra online (http://immanuelmifsud.com/alkhaleej.html).  Mistoqsi dwar x’jahseb li huma l-karatteristici tal-“generazzjoni poetikatazmienu, Mifsud  wiegeb hekk:

 

Ahna nghixu l-era elettronika: l-internet, it-telefown cellulari, it-TV tar-realita’, karozzi b’velocitaqawwija u zwigijiet imkissrinm’ghandniex ideologia xi nsegwu.  M’iniex nghid li l-ideologiji m’ghadhomx jezistu; qed nghid li ahna ma nsegwu l-ebda ideologija.  Fostna hemm sens aktar qawwi tadisperazzjoni iva, u l-preokkupazzjoni taghna hi dwar il-prezent.  Bil-kontra tal-generazzjonijiet taqabilna, il-letteratura taghna ma tippruvax tqanqal ideologiji jew twemmin fil-qarrejja taghna. Ma nahsibx li hemm xi hadd minna li jinteressah f’dan.  Sempliciment, ahna ma jimpurtaniex.  Nikkritikaw minghajr ma noffru soluzzjonijiet, ghax m’ghandniex soluzzjonijiet u ma nahsibx li hu kompitu taghna li noffru jew noholqu s-soluzzjonijiet.”.

 

Ironikament, din li jsemmi Mifsud hi l-istess epoka li ghadha tinfluwenza lill-generazzjoni takittieba taqablu u li taspiss tinforma x-xoghlijiet taghhom (ara, nghidu ahna, l-ahhar dramm li ppublika  Oreste Calleja, Pawlu Redux, li fost l-ohrajn jitkellem dwar il-manipulazzjoni tal-media, il-falliment tar-relazzjoni bejn is-sessi u r-rivoluzzjoni falluta f’Malta tawara s-Sittinijiet).

 

Fl-istess intervista ma’ El Ouzzani Mifsud jghid li l-generazzjoni tieghu ghandha l-istessrelazzjoni” (skomda) mal-generazzjoni tas-Sittinijiet, l-istess kif l-awturi  tas-Sittinijiet kellhom ma’ taqabilhom. Mifsud jakkuza lill-generazzjoni taqablu li saret tirrapprezenta lill-“estabalishment” u li hemm hafna kontroll (gatekeeping) dwar x’ghandu jkun ippubblikat u studjat fl-iskejjel u l-universita’.

 

Apparti li Mifsud, flimkien ma’ ohrajn tal-generazzjoni tal-lum, digahu rapprezentat fl-antologija Il-Poezija Maltija, migbura minn Oliver Friggieri (1996) u indikata ghal studji skolastici/akkademici, dan  tieghu hu gudizzju mijopiku u skorrett.  Fejn jidhlu r-relazzjonijiet letterarji bejn il-generazzjonijiet, il-qaghda hi kompletament differenti minn x’kien jigri fis-snin Sittin/Sebghin. Anzi, taspiss jigri li l-generazzjoni tieghu hi assocjata, fil-prattika, ma’ dik taqabilha.  Terga’ u tghid, huma spissi l-okkazzjonijiet fejn il-kittieba kontemporanji  sabu l-facilitakollha biex jirrapprezentaw lil Malta f’fora internazzjonali jew intalbu mill-“establishment” biex jorganizzaw avvenimenti letterarji jew inghataw premijiet ufficjali  mill-istess “establishment”.  Sfortunatament, in-nuqqas tasabar imbaghad, biex il-letteratura li qed tinkiteb bhalissa tkun studjata fl-iskejjel u fl-universita’, jittrradixxi motivi li huma aljeni ghall-valur intrinsiku tal-letteratura valida.  Certament li l-letteratura awtentika ma tinkitibx bis-sillabu skolastiku/akkademiku bhala skop.  

 

Ir-Referenza Kattolika

 

It-tieni referenza li xtaqt nalludi ghaliha ghandha x’taqsam mar-residwi Kristjani/Kattolici li jixirfu minn angtologija interessanti, Ktieb ghall-Hruq, mahruga mill-grupp Inizjamed u editjata minn Adrian Grima aktar kmieni din is-sena. Lil hinn minn dan l-artiklu, analizi dettaljata  tal-materjal  ghandha turi li l-kultura religjuza  u/jew il-kult religjuz, ghadhom  jidwu fl-awturi post-Sittinijiet, fenomenu li jitlob investigazzjoni socjologika.  Ir-referenzi religjuzi fil-letteratura (l-aktar fil-poezija) tas-Sittinjiet kienu jew Kristologici. Sal-lum, fil-corpus ideologiku gdid barra minn Malta, hemm tessitura anarkika-Kristjana  relatata mal-protesta pacifista jew ma pozizzjonijiet anti-istituzzjonali, anki irreverenti. 

 

Min-naha l-ohra, ir-referenzi tal-generazzjoni kontemporanja f’Malta huma aktarincidentali”.  Hekk, nghidu ahna, jistajkollok awtrici bhal Claire Azzopardi tixhed il-prezenza taghha nfisha  waqt ritwal mizghud bil-gilju f’kappella abbandunata”, bis-sehem tal-“qassisfuq “l-anbone” (Jien ix-Xhud). Il-klaxx mat-tradizzjoni religjuza jinghata espressjoni fir-referenzi parrokkjali, ir-riceviment fuq iz-zuntier u “patri felic li kien umli daqs il-qorq tariglejh.”

 

Referenzi u inferenzi bhal dawn jitfaccaw f’diversi awturi, fosthom f’Norbert Bugeja, wiehed mill-ahjar esponenti ta’ l-epoka attwali: f’Via Fori Imperiali jislet xbiha marbuta mac-cimiteri u r-relikwi filwaqt li awtrici ohra, Claudia Fiorini, tirreferi ghal riti religjuzi assocjati mal-mewt (requiem, funeral, ugigh, feriti, katidral). Is-sens tahtija, sintomu partikolari tal-Kattolicizmu hu introdott b’mod sintetiku minn Sergio Grech (Htijieti), filwaqt li Henry Holland jorbot il-politika partiggjana mad-devozzjoni dwar is-santi taKristu Redentur (Is-Salvatur).

 

Fl-istess antologija Simone Inguanez, wahda mill-ilhna ricenti l-aktar incizivi, hi rapprezentata bit-titlu ftit ilma mbierek. Il-poezija tevoka kontinwament il-kult u r-ritwal Kattolici: il-gregorjan, nicec zghar, talba tidwi, fidi.  Il-“litanija helwa  ssir punt tareferenza ghal Roderick Mallia, filwaqt li Immanuel Mifsud, min-naha tieghu, jimmarka ghall-parodija lill-Knisja Kattolika u istituzzjonijiet religjuzi bhall-Azzjoni Kattolika, is-SocjetaMuzewmina u anki lill-abbatini (Kumpanni ta’ l-Ordni tal-Mertu). Mifsud jintensifa l-parodija religjuza  b’”irreverenzidwar miti nazzjonali, fosthom il-patrocinju ta’ San Pawl, il-qdusija tan-nisa Maltin, il-quddies, pellegrinaggi u anki dwar il-paniku pprovokat mis-Satanizmu fi gzira li, talinqas superficjalment, ghadha tikkumbatti kontra l-kurrenti taz-zmien.       

 

Minghajr ma nitilfu s-sens vitali  tal-proporzjon, tajjeb nosservaw li l-effett religjuz ghadu prezenti centralment f’uhud mill-ahjar xoghlijiet barranin tazmienna.  Is-seklu Ghoxrin kien ta sinjali bikrin tadan fix-xoghlijiet taawturi bhal Jarry, Apollinaire, de Lima, Peret, Eliot, Muir, Zukovski u tant ohrajn. Is-sintomi baqghu ghaddejjin sal-lum (u ppenetraw sahanistra l-arti filmika), kif juru ezemplari krucjali fil-produzzjoni  ta’ Diego Fabbri, bir-rikostruzzjoni moderna tal-process taKristu;  Dario Fo tal-Misteru Buffu; Jose’ Saramago bl-Evangelu skond Gesu’, ibbazat fuq testi sagri u apokrifi; Houllebecq bid-deskrizzjoni elaborata tar-rit tal-maghmudija Kattolika jew sahanistra Shusako Endo, bil-grajja tal-martri Kattolici fil-Gappun.