STORJA TAT-TEATRU F’MALTA
“Sal-lum, it-teatru f’Malta ghadu kondizzjonat
|
||||
|---|---|---|---|---|
|
It-Teatru f’Malta hu wiehed mill-aktar volumi recenti (2003) li nhargu fil-Kullana Kulturali, pubblikazzjoni tal-PIN. Il-ktieb, ricerkat Imqassam f’ghaxar kapitali u tliet testi bhala appendici, il-ktieb fih 204 faccati u ghadd kbir ta’ ritratti li fihom infishom joffru sintesi kronologika tal-materjal. Azzopardi jghid fl-introduzzjoni li ried jidhol ghal xoghol mhux tas-soltu, fis-sens li, minbarra l-grajja teatrali, jirricerka wkoll l-isfond storiku, socjali u ekonomiku tas-suggett Il-gazzetta ta’ kull gimgha, IL-GENS ILLUM intervistat lil Mario Azzopardi: Fl-introduzzjoni tal-ktieb int tghid li xtaqt tipproduci storja tat-teatru b’differenza. Kif inhu differenti l-ktieb? Ma ridtx li nipproduci biss kronologija ta’ dati u avvenimenti. Xtaqt li l-ktieb jipproponi evalwazzjoni kritika tal-grajja tat-teatru f’Malta. It-teatru, bhal kull funzjoni socjali ohra, ghandu fatturi li jiddeterminawh, ekonomici, socjali u kulturali. Jien ridt li ghall-ewwel darba, nibdew resqin b’onesta’ biex niddeterminaw il-kategoriji ta’ l-attivita’ teatrali f’Malta, skond is-setturi socjali. Jigifieri t-teatru f’Malta tarah bhala riflessjoni tal-kategoriji socjali…M’hemmx dubju, u din m’hijiex xi haga li tolqot lill-istorja tat-teatru f’Malta biss. Imma li gara f’Malta kien li ma kellniex il-volonta’ li nikklassifikaw it-teatru u naraw din il-klassifikazzjoni xi tfisser, socjalment u kulturalment. Sal-lum, it-teatru f’Malta ghadu kondizzjonat Minhabba din il-pozizzjoni li hadt fil-ktieb tieghek, jidher li diga’ nholqu xi kontroversji, hux hekk? Kien mistenni li certi nhawi jirreagixxu bil-mod kif irreaggixxew. L-oppozizzjoni ghall-ktieb inholqot Fil-ktieb hemm analizi ta’ dak li kien jigri fil-konkorsi li jinvolvu diversi bliet u rhula. Kemm hu relevanti li nitkellmu dwar dawk il-konkorsi llum? Hemm kellek il-hmira li setghet tizviluppa f’teatru indigenu sofistikat. Imma l-kritici u l-istituzzjonijiet centreali injoraw dik l-ativita’ massiva. Ikklasssifikawha bhala inferjuri. Dan kien zball serju, anki ghaliex f’dawk il-konkorsi kienu jiehdu sehem anki gruppi mill-Universita’. Meta dik l-attivita’ kollha kienet injorata sistematikament mill-kritici tal-“mainstream”, it-teatru indigenu kien dikjarat, effettivament, bhala inferjuri, li ma jiswiex.
|
Dan hu nuqqas serju ta' vista, li jikkundanna lill-kreattivita' popolari. Biex niehdu ezampju ta' fejn jista' jizviluppa teatru indigenu, ejja nharsu lejn uhud mill-gnati tat-teatru Ewropew, bhal Verga, Gorki, Lorca u Dario Fo.
Fil-ktieb tieghek tirreferi wkoll ghat-teatru politiku f'Malta, kif uzat miz-zewg partiti l-kbar. Dak kien perjodu iehor li l-kritici tradizzjonali injoraw ghal kollox. Fis-snin tmenin u desghin, f'Malta nholoq fenomenu minghajr precedent: iz-zewg partiti l-kbar, ghal ragunijiet differenti, nidew programm ta' teatru “agit-prop”. Din kienet xi haga li f'Malta ma kellhiex precedent.
Ghandek tliet appendici fil-ktieb li jitkellmu dwar l-awto-censura, it-teatru f'Ghawdex u t-teatru fl-edukazzjoni. Ghaliex dawn l-appendici ma kinux inkluzi fit-test centrali? Hemm referenzi ghalihom, imma hassejt li permezz tat-tl;iet appendici, stajt niffoka fuq aktar dettalji interessanti. Nghidu ahna fl-appendici dwar l-awto-censura, hemm studju antropologiku ta' kif tiffunzjoni kumpanija zghira fil-konfini ta' rahal tipiku. Bhalissa jidher li t-teatru f'Malta m'ghandux problema ta' censura, ghax fil-fatt, hafna nnutaw li sar awdaci hafna. X'tahseb? Hemm min skopra li s-sensazzjonalizmu ghadu jista' jdawwar lira tajba. Min jaf it-teatru sew, jaf ukoll li dak li qed isir f'Malta hu xi haga adolexxenti, mahsuba biex “tixxokkja” lil min ma jafx jiddiskrimina. Qed jittella' hafna xoghol perforat b'abbundanza ta' referenzi sesswali banali. Vulgarita' tassew baxxa. M'ahniex naraw l-interpretazzjoni taa' xi incest
X'tahseb dwar il-qaghda tat-teatru f'Malta fil-kuntest tad-dhul ta' Hawn ghandna problema li qed ninjoraw. L-Unjoni Ewropea ghandha politika kulturali attiva favur id-diversita'. Rapport ta' Esperti Ewropej li kienu waslu f'Malta f'Gunju tas-sena 2002 kien insista li |
|||