INTERVISTA TA’ MARIO AZZOPARDI  MA’ FRANCIS GALEA , EDITUR LETTERARJU TA’  IT-TORCA,  DWAR IZ-ZEWG KOTBA ALICIA TITKELLEM MILL-IMWIET (2007) U TRAVELLING BETWEEN SHADOWS (2007).

 

  1. Kif u meta twieled il-ħsieb taż-żewġ pubblikazzjonijiet, Alicia Titkellem mill-Imwiet u Travelling between Shadows?

 

Alicia titkellem mill-Imwiet twieled meta Chris Gruppetta tal-Merlin Library stedinni nikteb storja ghal antologija ghall-klassijiet oghla tal-primarji.  Ktibtlu storja dwar krizi li tinholoq f’pajjiz zghir meta jkun hemm invazjoni kbira ta’ bram (fl-istorja jissejhu xenxul). L-istorja ghogbitu tant li talabni nikteb ohrajn, ghal eta’ akbar, u ffukajt fuq l-adolexxenti. Fi ftit gimghat ktibt it-tmien stejjer li jidhru f’Alicia.  Chris jghid li “ggennen” fuq l-iskript u li kien ilu jistenna zmien biex jidhlulu stejjer bhal dawk.  Min-naha tieghi, hassejtni aktar f’sikti nikteb ghall-adolexxenti, minhabba li qattajt snin twal f’kuntatt maghhom bhala ghalliem, fis-sessjonijiet tal-letteratura u d-drama.

 

Travelling between Shadows ghandu storja differenti. Originarjament, (Dr) Charles Briffa, mill-Universita’ ta’ Malta,  kellu jikteb inroduzzjoni twila ghal ktieb gdid bil-poeziji tieghi, li nkitbu f’dawn l-ahhar tnax-il sena.  Il-volum kellu jkun ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin.  Kien sar il-ftehim dwar format, qoxra,  ecc., u l-ktieb kellu jinhareg ghall-Fiera tal-Ktieb 2006.  Ghal raguni li ghadna ma nafux x’inhi, il-ktieb waqaf u fix-xhur ta’ wara, kien hemm sikta kompleta dwaru min-naha tal-KKM.  B’xorti tajba, interessa ruhu fil-ktieb il-Professur Kenneth Wain mill-Bord tas-Selezzjoni ta’ l-Allied Publishing.  Dan immotiva lil Charles Briffa biex ikabbar il-vista u johloq biokritika li torbot ix-xoghol letterarju tieghi ma’ l-involviment tieghi fit-teatru u fil-gurnalizmu.  Ftehimna li jonqsu l-poeziji godda u l-ktieb jidhol biex jirregistra mixja itwal, li tmur lura sas-Snin Sittin.     

 

 

  1. Wara karriera ta’ poeżija kxift il-wiċċ l-ieħor ta’ Mario Azzopardi fil-proża?

 

Fil-fatt, l-element prozajku fil-poeziji tieghi ilu jezisti sa mill-ewwel antologija kollettiva, Antenni (1968).  Fl-ahhar antologija personali, Noti mis-Sanatorju tal-Mistici (1986), il-poezija prozajka spikkat aktar, imma l-kritici m’accennawx dan l-izvilupp.  Imbaghad, fil-poezija li ktibt f’dawn l-ahhar snin, li hafna minnha tidher fuq il-website marioazzopardi.com, hemm passaggi shah ta’ proza poetika.  Li rrid nghid hu li hemm mixja twila u logika li matulha zviluppajt dan l-istil, li Briffa jsejjhalu “poesej”. Bhala rizultat, f’Alicia titkellem mill-Imwiet hemm il-kompletezza ta’ dan il-process, u diga’ kien innutat li hemm stejjer li ghandhom laqta’ poetika, nghidu ahna fl-istorja tal-korruzzjoni fizika ta’ tfajla li tisfa sfoljata minn ragel makakk u pervers.

 

Fi kliem iehor, nahseb li hemm hafna skop biex issir analizi kritika dettaljata ta’ l-intervent poetiku fil-proza u vici versa.

 

  1. Dawn in-novelli huma esperiment u esperjenza? Tħossu bħala ġeneru li tista’ ssostnih? Tara lok aktar qawwi tad-dibattitu politiku fin-novella, poeżija eċċ?

 

Huma t-tnejn, esperiment u esperjenza.  L-esperiment hu stilistiku, fejn dahhalt diversi “ilhna” u diversi laqtiet teknici biex ikunu nterpretati l-karattri.  Dan l-aspett, m’ghandix dubju, gej mill-impenji tieghi fit-teatru.  Min-naha l-ohra, l-esperjenza gejja mill-kuntatt intensiv li kelli u ghad ghandi maz-zghazagh fil-kampjiet li semmejtlek.  Alicia sejjer tajjeb hafna u dan ikompli jimmotivani biex nikteb aktar stejjer f’dan il-generu.  Diga’ tajt sett iehor lill-Merlin.

 

Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tieghek, jien dejjem emmint li l-letteratura ghandha tidhol bis-sahha biex tinfluwenza l-isfera pubblika.  Mhux biss, imma l-awturi ghandhom l-obbligu li ma jaghlqux ghajnejhom u widnejhom meta jinholqu l-kontroversji fil-pajjiz.  Anzi, nghid li ghandhom joholqu l-kontroversji huma stess, jipprovokaw u jinstigaw dinamika qalila,  jittempraw kuxjenza pubblika kritika u attiva.  L-istorja tal-letteratura dinjija hi mizghuda b’dawn it-tendenzi provokatorji u fi zmienna wkoll, kittieba importanti ma ddejqu xejn jassessjaw it-temperatura reali ta’ pajjizhom u anki ta’ oqsma ohra, politikament, ekonomikament jew kulturalment .  Qed niftakar f’uhud bhal Paton, Sartre, Fuentes, Garzia Marquez, Dario Fo, Solzhenitsin, Havel, Mailer, Lessing, Pinter, Bond u (David) Hare.

 

  1. Kif ġejt imnebbaħ ghall-istorja Kif Sefora tilfet iz-Zokra u dik li tirrakkonta l-mewta ta’ Alicia?

 

Kif Sefora tilfet iz-Zokra hi storja bazata fuq il-hrafa ta’ Red Riding Hood.  Ittrasformajt il-hrafa u zidt diversi elementi ohra, filwaqt li l-Lupu ta’ l-originali hawn jinbidel f’ragel manijaku li jikkorrompi tfajla fil-puberta’ taghha. Din l-istorja hi wahda delikata, u minhabba f’hekk il-ktieb hu suggerit ghal dawk li ghalqu t-tnax-il sena. Ktibtha hames darbiet sakemm kont perswaz li l-element sesswali, filwaqt li jibqa’ esplicitu, jitbieghed mill-vulgarita’. 

Alicia titkellem mill-Imwiet, imbaghad, fiha dimensjoni socjali imsinna sew, u tikkoncentra fuq l-implikazzjonijiet tat-tixrid tad-droga, l-abbandun sesswali, l-emarginazzjoni, l-aljenazzjoni, il-vjolenza u l-mottiv guridiku. L-istorja hi rikostruzzjoni libera hafna ta’ fatt li gara tassew f’Malta u li kien inghata prominenza fil-media. Hi storja li fuq kollox, tesperimenta bi stili differenti, minn diskors li gej “mill-imwiet” sa sitwazzjoni fil-Qorti; mit-teatricita’ aggressiva tad-djalogar sal-gurnalizmu; mill-vjolenza ghall-element legalistiku.  Jaghmel interventi spissi l-awtur stess, bhala kummentatur, u l-grajja ghandha wkoll elementi “filmici” tiffoka, tigbed lura, tippannja u tamplifika.

 

  1. Għamilt użu tal-lingwaġġ u l-metafora taż-żgħażagħ ta’ llum. Taħseb dan l-iżvilupp għad isib postu u jkun effettiv fil-letteratura ta’ għada? Irnexxielek tagħmel dan għax tgħix ħafna ħin maż-żgħażagħ?

 

Dan hu lingwagg awtentiku u jekk trid tkun onest, ma tistax taharbu.  Ma tistax tikteb bil-lingwagg ta’ erbghin sena ilu meta qed tikteb fuq is-sinjali taz-zmien tal-lum.  Tletin sena ilu, dan il-lingwagg kien jixxokkja jew, addirittura, ikun censurat.  Jien stess kelli esperjenza fejn l-istampaturi, fl-ahhar mumenti, geghluni nbiddel certi frazijiet, ghax inkella ma kinux se jkomplu  jahdmu l-ktieb.  M’ghandix dubju li dan il-lingwagg se jinforma hafna mil-letteratura li ghad trid tinkiteb. Awturi zghazagh, ta’ wara l-generazzjoni taghna, diga’ qed jaghmluh parti mill-idjoma taghhom, kif inhu l-kaz f’kitbiet ta’ whud bhala Claire Azzopardi, Immanuel Mifsud u b’mod partikolari Karl Schembri, li kiteb l-ewwel rumanx esplicitament anarkiku u li jikkoncentra fuq l-ansjeta’ ta’ studenti adolexxenti.

 

Kif osservajt int, jien midhla sew tar-registru lingwistiku taz-zghazagh u dan kien ta’ vantagg biex nuza certu vokabularju.

 

  1. Fix-xogħol Travelling between Shadows, Briffa kanalizza kitbietek iżda żgur kellu bżonn ta’ certi dettalji minghanek. Kif ħassejtek tkompli tferra aktar milli diġa` għamilt fil-kitba?

 

Ahjar nikteb poezija jew storja milli jkolli “nelabora” dwar aspetti personali.  Inhossni bhal dak l-awtur Taljan (bhalissa m’iniex niftakar ezattament min kien), li qal li hu jwiegeb domandi dwar il-poeziji tieghu billi jikteb poezija ohra.  Ma’ Charles Briffa kelli kollaborazzjoni stupenda.  Hu bniedem percettiv u analista professjonali.  Dahal ghal

interpretazzjonijiet li ssorprendew anki lili. Il-mod kif interzja l-biokritika max-xoghol letterarju, gurnalistiku u teatrali tieghi hu serju tassew.

 

  1. Ma taħsibx li kien kmieni biex joħroġ ritratt biografiku tiegħek f’dan ix-xogħol?

 

Dan m’hux xoghol biografiku kif nifhmu fis-sens strett tal-kelma.  Il-ktieb ta’ Briffa fih biss referenzi inizjali ghall-biografija tieghi, li hafna jqisu li ghal pajjiz maghluq bhal Malta, hi “kulurita” hafna.  Nghidu ahna, fil-ktieb ta’ Briffa m’hemm xejn dwar it-tliet zwigijiet tieghi.  F’dan is-sens iva, ghall-ambjent limitat ta’ Malta, jista’ jitqies li ghadu kmieni biex johrog ritratt biografiku dettaljat.  Madankollu Briffa kellu bzonn certi referenzi krucjali mill-biografija tieghi – nghidu ahna dwar tfuliti, jew dwar iz-zmien li ghaddejt fl-Azzjoni Kattolika, nimmilita fl-isfond tal-kunflitt religjo-politiku fil-bidu tas-Sittinijiet – biex sata’ jibni fuqhom, imqar psikologikament. 

 

  1. Kif tara li għandha tkun ir-relazzjoni bejn l-għalliem u l-istudent fl-isfond tat-tagħlim ta’ għada?

 

Trid tkun relazzjoni miftuha, liberali, mutwalment organika.  Jekk ma tinholoqx din id-dinamika, l-edukazzjoni f’Malta se tibqa’ wahda superficjali, iffissata biss fic-certifikati.  Malta ghandha bzonn twarrab il-kuncett ta’ l-edukazzjoni “depozitarja” jew “bankarja”, termini uzati minn pedagogu kbir, Paulo Freire, li nammira hafna.  Fis-sistema depozitarja, l-ghalliema jimlew lill-istuenti b’taghrif passiv biex imbaghad l-istudenti jirripproducuh, tali kwali, fil-karti ta’ l-ezamijiet.  Mentri d-dinamika ghandha tappella fuq kollox ghall-kuxjentizzazzjoni kritika, ghall-provokazzjoni u ghar-riskju tal-hsieb differenti, li ma jikkomformax u li ma jaccettax kollox b’fidi ghamja.  Dan l-att ta’ fidi inkondizzjonat fejn tidhol l-edukazzjoni ortodossa, jehtieg li jkun sfiducjat darba ghal dejjem.

 

  1. Għaliex temmen li l-kittieb għandu jidħol fil-ġrajjiet kurrenti ta’ pajjiżu permezz tal-kitba tieghu? (Din it-tnejn nemmnu fiha...ejja nkomplu nedukaw!)

 

Ghaliex jekk il-kittieb jabroga minn din ir-responsabbilta’, jekk icedi din il-funzjoni, l-isfera pubblika se tibqa’ okkupata u dominata biss mill-politici, mill-ispekulaturi neo-kapitalisti, mill-konfessjonalisti, mill-vatikanisti u mill-orkestraturi tal-media.  Ara x’qed jigri, nghidu ahna, fix-xandir nazzjonali.  Ara kif ceda ghall-pressjoni tal-banalita’, ghall-populizmu medjokri u ghas-sensazzjonalizmu manipulattiv.  Hadd m’hu qieghed jinvestiga ghaliex il-kittieb lokali hu daqstant remot mill-grajjiet kurrenti ta’ pajjizu. Donnu qed jghix f’nicca intokkabbli u donnu li ma jridx jiccappas bir-realtajiet ta’ kuljum jew idendel kusu.

 

7 TA’DICEMVRU, 2007