L-AHHAR GRANET TA' QATTUS ISWED
-------------------------------------------------------------------------------
"Forsi dan il-ktieb hemm min iqisu 'qawwi wisq', imma dak ghaliex il-klima tal-letteratura govanili f'Malta ghadha merhija jew dghajfa ."
MARIO AZZOPARDI ghadu kemm hareg it-tieni gabra ta' stejjer ghall-adolexxenti. L-Ahhar Granet ta' Ciorni (pubblikazzjoni tal-Merlin Library) jigbor sensiela ta' stejjer realistici li l-awtur jghid li riedhom jitbieghdu mill-idea ta' letteratura "innocenti". Bi stil li jvarja minn rakklont ghal iehor, Azzopardi jinseg stejjer ispirati mill-ahbar kurrenti, jew minn episodji drammatici li sema' matul il-karriera twila tieghu bhala ghalliem fil-klassijiet taz-zghazagh. L-awtur qed ikun intervistat hawn minn NATASHA TURNER
ghal Il-Mument.
Dan hu t-tieni ktieb tieghek ghall-adolexxenti fi spazju ta' sentejn. Ghaliex bdejt tikteb ghaz-zghazagh issa wara karriera twila ta' poeta?
Fil-verita', ili li bdejt nikteb ghaz-zghar u z-zghazagh. Mat-tletin sena ilu kont addattajt sensiela ta' hrejjef minn kullimkien, u mbaghad gew it-traduzzjonijiet ghall-Merlin u mbaghad, il-gabra ta' stejjer Is-Sultana s-Sewda, fost ohrajn. Imma nqis li dawk kienu kollha xoghlijiet "innocenti", ma jipprovokawx liz-zghazagh dwar suggetti li jinteressawhom illum.
Ghal-liema suggetti qed tirreferi?
Huma suggetti li z-zghazagh jafuhom, ghax jimplikawhom anki direttament. Hemm stejjer f'Ciorni li jitnisslu minn ahbar zghira fil-gazzetti, li tinvolvi lil xi zaghzugh jew zaghzugha, u hemm stejjer li kont smajt (u issa addattajt) meta kont nghallem lill-adolexxenti fi skejjel deskritti mis-sistema bhala "difficli". Hemm realtajiet, kif jghidu, li huma aktar strambi mill-fantasija. U jien ippruvajt naqbad l-intensita' ta' dawk il-grajjiet.
Hemm sjalogu li hu xi ftit jew wisq spint. Tahseb li dan jghin fil-bejgh tal-ktieb jew le.
Donnha saret moda li jrid ikollok djalogu awdaci fil-kitba li qed tkun prodotta llum. Sakemm dak id-djalogu jkun kunstestwalizzat, sakemm ikun joqghod ghas-sitwazzjoni deskritta, l-awtur jaghmel zball jekk ghall-"prudenza" jaharbu. Ikun qed jinterrompi l-izvilupp naturali tal-letteratura govanili, u f'Malta ghandna fid-demm biex nitkazaw. Nitkazaw ipokritament, nghid jien, ghax hadd ma tkaza meta f'Malta dahlu kotba ghall-adolexxenti bhal Doing It ta' Melvin Burgess. The Guardian kienet iddeskriviet dak il-ktieb bhala "hmieg, thares lejh mil-liema naha thares lejh."
Int taqbel mac-censura?
Le, assolutament ma naqbilx, imma naqbel ma' klassifikazzjoni ta' film, nghidu ahna. L-awtur ghandu d-dritt jippubblika li jrid, imma mbaghad ghandu jkun hemm pubbliku matur li jaghraf meta xoghol ikun inkiteb ghar-raguni rhisa ta' sensazzjonalizmu infantili.
Kif marru mal-pubbliku adolexxenti dawn iz-zewg kotba tieghek?
Dwar L-Ahhar Jiem ta' Ciorni ma nistax nghid wisq, ghax ilu biss ftit gimghat fis-suq, imma Chris Gruppetta tal-Merlin qalli li kienu it-tieni ktieb li l-aktar li nbiegh, u kellu cirkolazzjoni tajba hafna anki fost il-kbar. Din stramba li dawn il-kotba qed jinxtraw anki mikll-kbar anzi, l-aktar mill-kbar. Kien gara hekk ukoll fil-kaz ta' Alicia titkellem mill-Imwiet. Jista' jkun li hemm aktar kbar milli zghazagh li jafu dwar il-kitba tieghi u min-naha l-ohra, nafu li z-zghazagh ftit li xejn jaqraw. Dan jista' jkun tort tal-awturi stess, li baqghu johorgu kotba minghajr sfida, kotba ta' "minghajr konsegwenza". Hafna awturi lokali baqgghu jipproducu letteratura irrelevanti, imma saflahhar, ir-rota tidher li bdiet iddur u qed jinhareg materjal aktar solidu, aktar realistiku.
L-istil ta' dawn l-istejjer huwa karatterizzat mill-brevita' u anki minn hafna djalogu. Hemm raguni ghal dan l-istil tieghek?
Nahseb li l-istil jinbidel minn rakkaont ghal iehor u minn sitwazzjoni ghal ohra. Hemm stil differenti, nghidu ahna, meta qed nikteb dwar ir-rit tal-passagg ta' Nathaniel u Rebecca milli meta nikteb dwar investigazzjoni li qed issir fil-kwartieri tal-pulizija dwar zaghzugh iswed li kkommetta suwicidju. Nemmen fil-brevita' u nemmen fil-frekwenza ta' djalogu dirett ghaliex iz-zghazagh huma esposti ghal xbihat imghagglin fil-media, u l-ktieb irid jikkontesta f'dan il-qafas ta' media mghaggla hafna.
Jista' jkun li f'L-Ahhar Jiem ta' Ciorni hrigt b'materjal li hu qawwi wisq ghaz-zghazagh Maltin?
Nahseb li ghad hawn hafna nies f'Malta qed jghixu bl-illuzzjoni li ghandna nibqghu 'nipprotegu' liz-zghazagh minn xi terremot kulturali. Iz-zghazagh illum ghandhom il-kodici taghhom u ghandhom il-valuri taghhom, ikkuppjati jew impurtati. Hemm sferi kulturali li qatghu liz-zghazagh barra, fosthom il-letteratura attiva. Hi tassew hasra li l-unika letteratura li jidher li qed jaqraw l-istudenti taghna (anki tul l-edukazzjoni terzjarja taghhom) hi dik indikata fis-sillabu. Minbarra d-divertiment intrinsiku tal-qari, iz-zghazagh maltin qed jitilfu wkoll resonanzi realistici interpretati estetikament. Forsi Ciorni hu 'qawwi", imma ghax il-klima tal-letteratura govanili ghadha dghajfa jew merhija.
Hu necessarju li tkun prodotta letteratura muskolata.