INTERVISTAT MARIO AZZOPARDI DWAR
X’kiseb fil-prattika l-pajjiz f’dawn is-snin kollha, aktar
Kiseb hafna, l-aktar fejn jidhol atteggjament aktar serju,
aktar skemat u strutturat
ghat-tahrig teatrali. Mhux dejjem kien hemm min jemmen fl-iskola tat-teatru u fil-fatt
kienet ghalqet wara li t-Teatru Manoel ma riedx ikompli bil-progett. Kien sar avvanz
vitali meta ghaxar snin ilu, ic-Centru tad-Drama inghata spazju awtonomu u
nbiet struttura fuq tliet sulari (li l-lum ckienet u tehtieg espansjoni
immedjata). L-ahjar atturi u attrici li jezistu l-lum tharrgu
fic-Centru, l-istess kif ghamlu numru sostanzjali ta’ registi u intraprendituri
li mbaghad waqqfu l-iskejjel teatrali private taghhom.
Kemm kien konsistenti l-livell matul dawn
is-snin kollha?
Ma kienx konsistenti anzi, kien hemm zmien meta l-operat ta’
l-iskola tad-drama la
kellu vizjoni u lanqas direzzjoni.
Nghidu ahna kien hemm zmien meta l-istudenti kienu jittiehdu biex
“jiffunzjonaw” bhala “qaddejja glorifikati” waqt pranzijiet ghal min sata’
jhallas u dak kien stmat bhala “tahrig”.
In-nuqqas ta’ konsistenza jidher u jinhass
X’tahseb li hi l-qaghda tat-teatru f’Malta
fil-prezent?
Jien ktibt hafna dwar dan u dwar il-htiega
li tinholoq idjoma lokali li tixhed id-diversita’ taghna, specjalment f’kuntest
Ewropew li jiddikkjara l-unjoni permezz tad-diversita’. Il-parti l-kbira
hafna ta’ dak li qed jittella’ f’Malta hu importat jew
ikkuppjat. Qed
jinholqu ghadd ta’ gruppi li m’ghandhomx bazi serja, kif deher dan l-ahhar
fid-Drama Fest, fejn sahansitra kellek eks-tutor mic-Centru tad-Drama li zarma
grupp shih ta’ studenti intermedjarji, li kienu ghadhom fil-bidu tat-tahrig
taghhom, u fforma “kumpanija” bihom, xi haga li tmur kontra l-kriterji kollha
ta’ kif suppost tahdem skola tat-tahrig.
Il-preferernza ghall-“mainstream”, bhalissa tidher li
tinterressa lill-musicals riciklati li kellhom success fil-West End jew fi Broadway. Hemm
ukoll ir-riciklagg ta’ drammi recenti
Imma qed isir xi haga min-naha tac-Centru
tad-Drama biex ikun ricerkat dak li hu originali?
Halli naghtik ezempju: grupp zghir ta’
studenti, incidentalment ilkoll nisa, xtaqu jinterpretaw dram klassiku
bil-Malti, imma jsibulu truf kontemporanji. Ghazlu l-Antigoni u rabtu
d-dramm mal-krizi ta’ l-ostaggi fl-Iraq.
Kitbu skritt imnebbah mill-klassiku, imma b’idjoma
Maltija u kurrenti politici li fi zmienna ma jistghux ma jolqtukx, inkella tkun
haxixa. Grupp
iehor ta’ studenti ffoka wkoll fuq il-fenomenu tat-terrorizmu, irricerka
l-materjal fuq l-internet u kiteb serje ta’ sekwenzi li jippruvaw jifhmu
r-ritwal suwicidali tal-bombi-umani, bit0-tbiccir li qed igib mieghu.
Jista’ jkun hemm min jghid li dan it-tip ta’ teatru hu
” politiku” wisq.
Min jghid hekk m’huwiex japprezza li
t-teatru hu l-prova tal-hajja.
Wahda mill-aqwa edukaturi teatrali fil-prezent, Dorothy
Heathcote, tiddikkjara apartament li essenzjalment, it-teatru hu stqarrija dwar
bnedmin f’taqliba liema bhalha. It-teatru, fost hwejjeg ohra, jirrapprezenta interrogazzjoni,
skrutinju tal-hajja permezz ta’ l-arti performattiva. Nittama li c-Centru tad-Drama,
minbarra t-tahrig tekniku u d-dixxiplina tal-mestier, iwassal fl-istudenti
taghna perspettivi bhal dawn u jorbothom ma’ realtajiet socjo-kulturali u
politici, anki f’dimensjoni internazzjonali.
Jidher li c-Centru se jkun qed jingagga
registi u gruppi barranin biex jahdmu ma’ l-istudenti lokali.
Dan hu importanti hafna ghax jehtieg li
t-tahrig teatrali f’Malta jinforma ruhu dwar tendenzi, fteoriji u prattika
kontemporanji. L-interventi
barranin huma necessarji mhux biex nikkuppjawhom bis-sintomi ta’ marda
post-kolonjali li xi kultant tidher li ma tistax tfieq, imma biex
nezaminhawhom, u nikkuntrastawhom u nhadmuhom b’mod interattiv fil-kuntest
lokali.
Inti qed tintroduci wkoll l-idea tat-Teatru
Komunitarju fic-Centru tad-Drama. Dan x’se
jfisser?
Qabel xejn, f’Malta l-idea tat-Teatru Komunitarju m’hijiex
gdida u talinqas ilha tithadddem sa mit-tmiem
tas-Sittinijiet. Jien u Joe Friggieri
flimkien ma’ xi ohrajn,
konna impenjati bit-Teatru tat-Triq u aktar tard, flimkien ma’
(Dun) Peter Serracino Inglott, kont
varajt ic-Centru Espressjoni Popolari.
Dawk kienu esperimenti pijunieri fit-Teatru
Komunitarju u mbaghad inholqu formazzjonijiet ohrajn. Albert Marshall,
John Schranz u Mario
Vella kienu fost dawk li fis-Snin Sebghin esploraw diversi motive socjali
permezz tat-Teatru Komunitarju.
Sahanistra, qabel l-elezzjoni generali ta’ l-1987, nies bhal Joe (Peppi)
Azzopardi, Joe Saliba, John
Schranz u Michael Fenech kienu uzaw il-formola f’sens politiku
Brechtjan, u mmobilizzaw folol kbar kontra r-regim Laburista, b’success
klamoruz. Izda din se
tkun l-ewwel darba li t-tahrig fit-Teatru Komunitarju se jkun strutturat fi
hdan entita’ kulturali statali. Dan hu t-tip ta’ teatru li fl-Ewropa qed jinghata hafna attenzjoni.
It-teatru ghandu hafna faccati . Illum hemm metodi secifici li qeghdin
jintuzaw fit-terapija psikjatrika jew biex iharrgu
lill-managers ta’ azjendi governattivi jew privati.
Fost l-ohrajn, it-teatru ghandu wkoll din
il-kapacita’ li jistimula l-iskoperta ta’ rizorsi personali kif ukoll l-arti
tal-komunikazzjoni, kemm fuq livell inter-personali kif ukoll fuq livell
socjali. Kemm
ghall-korsijiet il-godda tat-Teatru Komunitarju kif ukoll Teatru ghall-iZvilupp
tal-Personalita’ dahlu ghadd kbir ta’ applikazzjonijiet.
X’tahseb dwar l-iskejjel privati tad-drama
li qeghdin kulma jmur donnhom qed jizdiedu?
Dan sinjal tajjeb u demokratikament
ghandhom ikunu inkoraggiti b’kull mod possibbli. Fejn ghandha nibdew
nikwetaw hu jekk naqraw sinjali li dawn l-iskejjel
jistghu joholqu kategoriji socjali
godda bazati fuq snobbizmu klassista. Naturalment, dawn l-iskejjel qed jinfethu wkoll ghal skop
kummercjali, imma dan bl-ebda mod ma jmur kontra t-tendenza li l-attivita’
kulturali tkun relatata mill-qrib mas-settur ekonomiku. Bil-wisq ahjar jifthu
l-iskejjel privati tad-drama milli aktar kjoskijiet ghall-hamburgers u c-cipps. Mill-banda l-ohra, hu minnu li l-mizati f’dawn l-iskejjel
privati huma qawwijin, specjalment meta tqabbilhom mal-mizati nominali li
jezistu ghac-Centru tad-Drama. Terga’ u
tghid l-iskejjel privati ghall-arti performattiva m’ghandhomx l-element ta’ direzzjoni komunitarja
kif hemm indikat fil-programm il-gdid li bdejna napplikaw din is-sena. Izda hu naturali u bzonnjuz li din
id-dimensjoni jiehu hsiebha l-istat. Ikun ideali jekk dipartimenti governattivi rispettivi, l-aktar dawk
b’termini socjali cari, jikkollaboraw mac-Centru tad-Drama biex is-servizz ta’
teatru fil-komunita’ jinfirex u jevolvi.
Qrajna wkoll li c-Centru se jibda joffri l-possibilta’ ta’ ezamijiet formali
ma’ istituzzjoni barranija.
Dawk l-istudenti li jkunu jixtiequ jintensifikaw it-tahrig taghhom f’kuntest aktar “akkademiku” se jkunu jistghu
jitharrgu ghall-akkreditazzjoni li joffri t-
Il-vantagg ta’ certifikazzjoni
Li kieku kellek taghti messagg dwar
il-prospetti ghat-teatru Malti x’ikun.
Ghandna bzonn teatru relevanti.
Minghajr relevanza socjali u minghajr ricerka fil-kuxjenza personali u
kollettiva, it-teatru jibqa’ biss artifatt frivolu u superficjali.
It-teatru ghandu wisq qawwa intrinsika biex jithalla jopera
biss fuq livell
irrelevanti.
TMIEM L-INTERVISTA