IL-KARITA' TAL-MALTIN U L-LOTTERIJI
Din li gejja hi diskursata tipika li tista' tisma' f'Malta din il-habta, meta skoprejna ufficjalment, li 97% tac-cittadini huma razzisti. Id-dibattitu li gej sar f'xatt il-bahar, quddiem il-Port il-Kbir ta'
-
Regghu dahlu skoss suwed, ghandu jkun.
-
Qazzuna. Hadu kull m'hawn.
-
Dejjem meta jaslu hdejn
-
X'tiqfilhom il-magna! Min iwassalhom inehhi t-tapp mid-dghajsa u jhallihom hemm, nezlin.
-
Halliehom ha jeghrqu, la stednuha.
-
U ahna nimpalawlhom il-liri.
-
Jigu hawn jieklu qishom lukanda, bil-menu, tarax.
-
U l-hwejjeg li jtuhom? Humiex tad-ditta, wkoll.
-
Messhom jisparawlhom kif jarawhom gejjin.
-
Jew jisploduhom bid-dghajsa b'kollox.
-
U l-Gvern pastizz, qed jaghtihom zewg liri kuljum.
-
Tliet liri, hallina minnek…
-
U ahna nhallsu.
-
U mbaghad jigi xi pulcinell jaqbez ghalihom fuq it-televixin.
-
Ghax ma jzommhomx hu, ghidlu? Ghax ma jihux xi tlieta minnhom?
-
Hallih ha' jehodhom, forsi jzarmawlu d-dar.
-
Mank, jahasra.
-
Qazzuna. Hadu kull m'hawn u ghamluh taghhom.
- Jaqbzulna ‘barra, jew inqabbzuhom.
Darba, m'ilux wisq, kien hemm zmien meta eluf u eluf ta' Maltin ma kellhomx ghaxja ta' lejla.
U kienu saru emigranti huma wkoll. Mhux emigranti illegali, mhux klandestini, imma kienu jhallsu hames liri biex jemigraw, jew ihallsilhom ghaxar liri l-Gvern biex iparpru.
Niesna kienu jinsulentaw ruhhom jekk fil-pajjiz fejn jemigraw kienu jsejhulhom wogs jew coloured.
L-insulti li kapaci jghaddu hafna Maltin fil-konfront ta' kull min ghandu gilda sewda huma ferm aktar gravi. U diretti dejjem biex iwegghu u jferu d-dinjita'.
F'dan ix-xenarju ta' pregudizzji u intolleranza, hadd m'hu jitkellem dwar ir-rizorsi li jista' jkollhom dawn il-klandestini.
Donnu li hadd ma jimpurtah x'jafu jaghmlu dawn il-klandestini; jekk humiex kapaci jaqilghu x'jieklu b'xogholhom, b'hidma li l-Maltin m'ghadhomx iridu jafu biha. Donnhom li dawk l-erwieh mizeri li jaslu bid-dghajjes mill-Afrika, qeghdin hemm biss ghall-insulti, bhala moghoz tas-sagrificcju. Jaslu fuq dan l-iskoll biex jaqilghu fuq rashom is-sahta tal-Maltin li, bis-santimonjanza kollha, tarahom jaghtu lira ghal “tat-tsunami” (forsi jirbhu karozza jew villa), imma ara ma ggibilhomx Afrikan joqghod hdejhom.
Il-karita', il-Maltin jaghmluha biss skond it-termini taghhom, skond l-interessi taghhom u ta' familthom. Jaghmlu l-karita' mill-boghod, basta ma jxommux il-gilda.
Sebgha u disghin fil-mija tal-Maltin huma razzisti. Ic-cifra kienet amplifikata wara sondagg li ghamlet il-gazzetta The Sunday Times (14 ta' Awissu, 2005). Fl-ewwel faccata kien stardardizzat, sinkronizzat, ir-razzizmu ta'
Halli d-dinja kollha tkun taf li f'Malta ta' l-Insara, issa bdew jitqassmu karti vjolenti, jiddikkjaraw li l-istagun tal-kacca kontra l-Arikani u l-erwieh l-ohra tad-dghajjes huwa miftuh. Is-sena kollha. Il-karti huma ffirmati mill-KKK u stampati bi xbihat ta' rjus tal-mewt u ghadam imsallab. Qed javzaw lin-nies tad-dghajjes biex jitilqu mnejn gew. Inkella jinqatlu. Bhall-fniek tal-liebru, bil-kanni tal-hamsa.