KONTROKURRENT 


1 taAwissu 2006

 

 

ID-DILLIERJU TAL-FESTI

 

Il-Knisja kellha l-kuragg titkellem dwar il-htiega li jkunu ridemensjonati l-festi fil-bliet u l-irhula.

Ma nafx il-kankru dahalxil gewwa wisq, imma l-Knisja qed titkellem. Fil-fehma tahafna, il-Knisja ma tridx titkellemufficjalmentbiss, imma trid tindirizza direttament lill-komunitajiet rispettivi, b’mod car, minn fuq l-altar, mit-tempju.  Trid tritkellem car u tond dwar id-dellierju tal-piki, l-insulti u d-dagha u s-sokor fil-marcijiet; dwar il-paganizmu primittiv li hu interessanti ghall-antropologija ta’ l-ispettaklu, imma jgiddeb b’mod sfaccat kull kuntest ta’ “qdusija”. 

                                                                                                  

 

Hemm dawk li jahsbu  li c-celebrazzjonijiet tal-massa jistghu ikunu  xi elizir mirakoluz. Hemm min jghid li hemmnukleju taenergija sinifikanti hafnaf’massa nies li qed ticcelebra jum il-festa tar-rahal.

Dan diskors rettoriku.  Kull kongregazzjoni fiha l-energija u kull folla tohloq  id-dinamika taghha. M’hemmx ghalfejn tkun psikologu kliniku biex tinduna b’dan. Il-“performance theory” tinteressa ruhha proprju minn dan il-fenomenu.

Li trid tara hu kemm il-festi tal-Maltin joffru tassewelizir mirakoluz”.

Liema miraklu? Liema elizir?

X’miraklu hemm f’adolexxenti taht l-eta’ f’sakra ma jarawx art, jirremettu, jitkellmu hazin, jidghu bil-genitali tal-qaddisin u jitmieghku ma’ l-art nofshom imnezzghin?

Xi zvogpurifikantihemm f’dan ix-xenarju selvagg?  Kif se jsaffi l-mohhmit-torturi sottili takuljum”, kif kiteb wiehed psikologu lokali m’ilux?

 

KONTRA R-RICETTA MONOTONA ANNWALI

 

Matul is-sena 2005, f’Malta ntefqu kwazi Lm670,000  (1.54 miljun ewro) fil-festi.

Minn dawn, 11 fil-mija biss intefqu fuq attivitajiet tanatura kulturali, bhas-sehem tal-baned u l-korijiet.

Hafna mill-flejjes jintefqu biex jinharqu, litteralment. Jintefqu fil-bombi li takull sajf irieghdu u jwerwru lit-trabi, lill-anzjani u lil-morda.

M’hemmx kreattivitamgedda fil-festi: huma ritwal monotonu u tarutina annwali.

U donnu li hadd ma jhoss ir-responsabbiltali jibdel ir-ricetta.

Il-Kunsill Malti ta’ l-Arti u l-Kultura, nghidu ahna,  messu ilu li beda jhares lejn kif se jiggenera ideat ghal prodott kreattiv fejn jidhlu l-festi fl-irhula. Jistajkun hemm sfilati, spettakli storici, zfin, teatru tat-triq, wirjiet interattivi, skultura komunitarja, esebizzjonijiet animati, is-sehem tagruppi barranin (permezz tal-gemellaggi) u tant u tant ohrajn.

Anki  musicals religjuzi jistghu jittellghu bis-sehem tagruppi teatrali tal-lokal.

Hemm ikollok l-impenn komunitarju kreattiv, minghajr is-sokor, id-dagha u r-remettar f’isem San dak u Santa l-ohra.

Tezisti x’imkien din il-kompetenza? 

       

 

JEKK IDDAHHAL 50,000 PILLOLA ECSTASY 

 

Dan l-ahhar, Monsinjur Victor Grech stqarr pubblikament li f’Malta, il-gwerra kontra d-droga hi gwerra mitlufa.  Jew gwerra li qed tinitlef.  Insomma, qal xi haga hekk.  Quddiemi m’ghandix il-kwotazzjoni preciza.

 

Ftakart f’dik l-istqarrija meta xi gimaghtejn ilu, f’Malta nqabdu 50,000 pillola ecstasy u t-traffikant Ingliz li dahhalhom, inghata plegg, bhallikieku xejn. U ftakart fl-iskwadra tal-Pulizija li tahdem kontra d-droga u x’jibqafiha meta taqbad traffikant

tadan il-kalibru, li allegatament, ghamel is-sighat jipprova jisgwida lill-forzi ta’ l-ordni, u tara lill-Qorti tohroglu plegg.

Bil-mod imma fic-cert, il-poplu qed jitlef kull fiducja fl-istituzzjonijiet. Qed jinduna li l-onesta’, is-serjeta’, l-integrita’ u l-fiducja fil-gustizzja huma, kwazi kwazi, il-kundanna ta’ min jipprova jimxi rett f’pajjiz fejn qed tahkem anarkija mhux pronunzjata. Imma li tinhass fil-vina nazzjonali. Donnu li japplika perfettament ghal Malta id-diskors storiku li kien ghamel Clarence Darrow, l-avukat Amerikan li kien specjalizza f’kazijiet socjali: There is no justice in and out of court.  

 

SABUTAGG LIT-TURIZMU

 

Ma jistghux jieqfu l-korrispondenzi fil-gurnali (l-aktar dawk bl-Ingliz) dwar il-mard li sewwes lit-turizmu lokali.

Insew il-low cost airlines, il-lukandi tal-hames stilel u l-korsi tal-golf.

It-turizmu sejjer il-bahar ghaliex il-prodott hu ssabutaggjat mill-Maltin stess.  Issabutaggjat minn servizz imqammel, minn hallelin li jisolhu lit-turisti, min hmieg li jqabbdek nawzja, minn siti takostruzzjoni spekulattiva, li mlew kullimkien trab, hsejjes u ingenji li jqabbduk dipressjoni, imqar jekk thares lejhom.

Dan ix-xenarju ta’ l-infern qieghed hemm: jarawh in-negozjanti tat-turizmu, jarawh il-politici, jarawh l-istituzzjonijiet responsabbli, u kulhadd idur mal-lewza u jwahhal f’kulhadd.

 

Trid tkun mignun biex tigi Malta ghal vaganza.  Trid tkun masokist biex tonfoq il-flus biex tigi tistrieh u ssib li meta tiftah it-tieqa tal-lukanda, issib krejn irid jibilghek. Jew li kulhadd lest biex iqaxxrek haj.

 

Dak hu d-diskors li jrid jinghad minn min m’ghandux agenda mohbija.             

 

 

KUNCERTI, TRABIJIET U TOILETS

 

Il-kuncerti li qed ikun organizzati  biex iknataw artisti kbar ghandhom il-faxxinu taghhom. Imma maghhom hemm ukoll il-garanzija taskali socjali godda, riflessi fil-prezzijiet enormi li qeghdin jintalbu ghall-biljetti.

Il-biljetti qeghdin jizdiedu fil-prezz minn kuncert ghal iehor. Lm30, Lm50, Lm90.

 

Malta suppost li ghandha politika kulturali inklussiva.  Imma mid-dehra, l-uniku divertiment accessibbli ghall-“poplu” se jibqamarbut biss mal-marci tar-rahal, ma’ karbnival monotonu u infantili, u mal-Eurovision (ghax tarah b’xejn bit-televizjoni).

Imma mabghad hemm aspett iehor.  Wara kull kuncertkbirqed ikun hemm ruxxmata ilmenti dwar l-organizzazzjoni.  Ibda mill-accessibilita’ (tjun, trabijiet u mezzi ghall-kostruzzjoni, fost ohrajn), kompli bin-nuqqas tafacilitajiet sanitarji adegwati jew id-disorganizzazzjoni tal-bar, u spicca fit-toilets jew in-nuqqas taprovedimenti medici ghal folol li qed jilhqu l-eluf.   

U bilhaqq, anki ghal dawn l-ispettakli jistajkun hemm it-turisti.

 

GOOD MORNING, BAGHDAD.

 

X’imkien kont qed naqra dwar ktieb li hareg bil-firma ta’ Paul Bremer, l-eks Ambaxxatur Amerikan li kien intbaghat fl-Iraq mill-President Bush bhala kap tal-koalizzjoni Amerikana. Dam fl-Iraq sena.  L-artiklu li qrajt isostni li n-neokonservattivi Amerikani  fehmu kollox hazin dwar l-Iraq, b’mod mill-aktar grottesk, imma l-ktieb ta’ Bremer juri li l-klikka ta’ Bush sahanistra lanqas biss tifhem lill-istess Amerika.

B’mertu tieghu, Bremer kien anticipa li mexxejja religjuzi bhal Muqtaba al-Sadr kienu perikoluzi bizzejjed biex jiddistabilizzaw lill-Iraq u joholqu gwerra civili (li fil-fatt qed issehh).  Bremer ried jarrestah, imma Bush semaminn Donald Rumsfeld u halla kollox ghaddej.  Il-kalkoli tal-presidenza kienu terribbli. F’kull sens.

Ir-rizultat qieghed hemm biex tarah id-dinja kollha.

 

POLITIKA STIL TEXAS

 

Minbarra li George W. Bush hu belligerenti u jghid li hu ispirat minn Alla biex jidhol fil-gwerra, ghandu arja nawzjanti taarroganza u prepotenza.  Anki kif jimxi. Qrajt li l-konsulenti tieghu jghidulu biex ixengel idejh u jzommhomil boghod minn gismu meta jimxi, biexikabbarpersuntu aktar.

Il-gimgha li ghaddiet rajtu f’servizz televiziv f’San Pietruburgu, ma’ Putin. Kontinwament jippoza ghall-kameras, donnu biex jghid: Arawni!  U b’mod patronizzanti (u vulgari) ratu d-dinja kollha jaqbad lill-President Russu minn spallejh, Stil ta rancher, insomma, minn Texas. 

Hafna jippreferu lil Clinton, b’Lewinski u s-sigarri b’kollox.

Ahjar is-sess mill-muntanji takadavri u twiebet fl-Iraq.

 

 

KANZUNETTA GHALL-IRAQ

 

U ghall-kontradizzjonijiet ta’ l-iStati Uniti dwar Saddam Hussein, ippermettuli nirreferi ghal A Song for Iraq tal-poeta Mark Simos, fil-menu tac-Centru ghall-Kanzunetti Politici fuq l-internet:

 

We (Americans) curried Saddam to be one of our henchmen

Armed and supplied his Republican Army

Set them like jackals at the heels of Khomeini

Turned our backs as he gassed rebel Kurds in the northland

Blocked U.N. resolutions that would have condemned him

I cry for Iraq’s long suffering people

I cry for the half-lies we’ll tell our children

As we bend to kiss them in this darkening hour.