KONTROKURRENT
11 ta’
Ottubru 2005
FL-INTERESS
NAZZJONALI
L-aktar dikjarazzjoni recenti li tixhed kif anki l-istess drittijiet
tal-bniedem huma meqjusin mill-mexxej Laburista Malti bhala chewing gum, inghatat dan l-ahhar, meta sostna li ghalih,
il-jeddijiet (ta’ l-immigranti klandestini) m’humiex bazici, imma suggettivi u relattivi.
Naturalment, hemm il-precedenti Laburisti lokali li jixhtu dawl
karg fuq stqarrija bhal din.
Hemm it-tradizzjoni
per ezempju, li anki l-vjolenza ntuzat bhala arma “fl-interess
nazzjonali”.
Anki l-mezzi
tax-xandir inhatfu “fl-interess nazzjonali”. Anki tfarrku
u nharqu djar u kazini u stamperiji “fl-interess nazzjonali”. Anki ssawtu, kienu torturati u sparixxew nies “fl-interess nazzjonali”.
U issa hemm min irid jissagrifika l-jeddijiet inaljenabbli tal-bniedem “fl-interess nazzjonali”, a skapitu ta’ nies mizerabbli
li qeghdin jaharbu mill-guh, mill-mard, mill-persekuzzjoni u mill-indinjita”.
ID-DITTATORJAT
TAL-KONVENJENZA
Id-drittijiet tal-bniedem huma supremi u m’humiex qeghdin hemm biex jittellghu
f’lotterija f’xi zmien jew iehor
jew jitpartu jew ikunu negozjati
bhallikieku f’xi suq hieles. Lanqas m’huma qeghdin
hemm ghall-manipulazzjoni politika.
Hadd m’ghandu jarbitra dwar il-jedijiet
tal-bniedem u hadd m’ghandu jipprova jaghmel kpital politiku minnhom billi “jpartathom” ma’ “l-interss nazzjonali”.
Hafna drabi, wara kollox, ma jkun nazzjonali xejn, imma jkun sempliciment
wiehed opportunist, li jseddaq il-qaghda ta’ grupp jew
gruppi li japprofittaw ruhhom
Ghal darba ohra, il-Partit
“laburista” ta’
KULTURA
TFISSER UKOLL POLITIKA
Il-laqgha li dan
l-ahhar il-grupp Poezijaplus organizza fil-bitha tat-Teatru Manoel (entita’ kulturali li tahti
fuq li tahti
li l-idjoma Maltija f’dak il-post
pubbliku dejjem tiehu nifs maqtugh
u agonizzanti) tat xhieda ta’ verita’
ohra: l-awturi ma hassew l-ebda bzonn
jew energija biex jattendu. Prattikament ma kien hemm hadd mill-awturi, la mill-moviment tas-Sittinijiet u wisq inqas mill-gruppi li hargu
f’dawn l-ahhar snin. L-indifferenza stajt
taqtaghha b’sikkina.
Ftit ilu, wiehed mill-awturi l-godda ta intervista
lil gurnal Gharbi u ddikkjara li l-generazzjoni tieghu ma jimpurtahiex mill-politika. Din il-vizjoni
mijopika ghandha turi li l-letterati
u l-akkademici taghna ghadhom kuntenti jabrogaw u jinzghu
IL-MENEFREGIZMU
Hemm tendenza ta’ menefregizmu fil-letteratura “il-gdida”, imma fuq kollox
hemm hafna sintomi ta’ protagonizmu
personalizzat.
Xi haga sejra hazin. L-assenza
kompleta ta’ l-awturi fl-inkontru dwar it-tifsira kontemporanja ta’ l-Indipwendenza ta’
L-impenn ta’ l-awturi u l-artisti m’huwiex xi haga arbitrarja imma xi haga li suppost
tinsab fil-metabolizmu essenzjali ta’ min jikkrea, f’att uman. Mifrud mill-impenn uman (u allura “politiku” fis-sens wiesa’ tal-kelma) l-att tal-kitba jkun
biss ezercizzju
frivolu, akrobazija bil-frazijiet u l-kliem, kif ukoll strategija
personali ambizzjuza ghall-curriculum
vitae ta’ dak li jkun. Il-letteratura
ta’ veru ma tfissirx karrierizmu u branding personalizzat.
L-INDIFFERENZA
POLITIKA
L-indifferenza politika
kif iddikkjarata mill-generazzjoni l-gdida tal-menefregisti f’Malta hi maqtugha mir-realta’. L-attivita’
politika tal-letterati internazzjonali qatt ma kienet organizzata daqs illum, meta permezz l-internet inholoq moviment globali ta’ rezistenza
attiva. Din hi rezistenza
li tfakkar fis-Sittinijiet, fl-epoka li bidlet kompletament
il-mod ta’ kif l-artisti jharsu
lejn id-dinja.
Dak il-wirt baqa’ jintiret,
kif jidher nghidu ahna, mit-tendenza
tal-“liberal dramatics”
fl-Ewropa u nhawi ohra. Fl-Ingilterra, per ezempju,
it-teatru politiku m’ghadux fenomenu tal-kontro-kultura, imma wasal biex ikun
accettat bhala forma necessarja ghall-“mainstream”. Il-wasla tad-dramm gdid ta’
David Hare dwar l-invazjoni
ta’ l-Iraq (Stuff Happens), progett
li sab postu
fin-National Theatre f’Londra, jikkonferma dan. Dan l-ahhar ukoll, fit-Tricycle ta’ Kilburn,
fin-nord ta’ Londra intwera dramm iehor ibbazat
fuq it-testimonjanzi tal-prigunieri tal-gwerra fi
Hi
PROTESTI
KONTRA L-GWERRA
F’Settembru, 150,000 ruh ghamlu marc ta’ protesta f’Washington
kontra l-okkupazzjoni militari u illegali ta’ l-Iraq mill-Istati Uniti. Gruppi ohrajn
ipprotestaw quddiem il-Pentagon.
Izda l-aktar li laqtu
‘l-attenzjoni kienu gruppi ta’ ommijiet
u qraba li tilfu lil uliedhom
fl-Iraq.
Dawn l-ommijiet saru “ix-xewka f’dahar George W. Bush” u
l-protesti taghhom qed ikunu sostenuti
Dawk is-sinjali
cari ta’ protesta huma bizzejjed
biex juru li dawk li
jghidu li z-zmien tal-protesti ghadda, huma mqarrqin
ghal kollox.
Dawk li ma jipprotestaw
qatt, posthom qatghuh diga’, fic-cimiteru.
L-IDEOLGIJA
TAL-HELA
Laqtitni stqarrija
mahruga mill-Konferenza Episkopali Awstraljana kontra l-imxija ta’ l-affluwenza.
Huwa diskors li f’Malta wkoll, imissna nibdew nisimghu minghajr tlaqliq.
Intant, cifri kkwotati mill-Episkopat juru li l-hela
materjali fl-Awstralja hi fenomenali.
L-Awstraljani jonfqu
10 biljun dollaru fis-sena fuq prodotti
u servizzi li m’ghandhomx bzonnhom.
U jonfqu 5 biljun dollaru fuq ikel li
jintrema’.
Ikun interessanti
li tohrog xi statistika simili ghal