KONTROKURRENT
13 ta’ FRAR 2007
MALTA U L-POLITIKA KULTURALI
Ma nistax nifhem ghaliex sorsi mill-Ministeru tal-Kultura u t-Turizmu qed jghidu li
Malta qatt ma kellha politika kulturali. Dikjarazzjoni bhal din tpoggina f’dawl tassew sfukat
mal-bqija ta’ l-Ewropa. Fl-2001, f’Malta kien hareg
dokument estensiv, bis-sahha tal-Ministeru u l-Kultura, wara sentejn
ta’ konsultazzjoni vasta ma’ dawk involuti f’dan il-qasam essenzjali. Is-sena ta’ wara, grupp
ta’ sitt esperti mill-Kunsill ta’ l-Ewropa kien
wasal f’Malta biex jevalwa dak
ir-rapport nazzjonali u jseddqu
b’sensiela ta’ laqghat ma’ personalitajiet, gruppi u NGOs li jahdmu fil-kamp kulturali.
L-esperti kienu fahhru d-dokument kulturali ta’ l-2001 u ghamlu mhux inqas
minn 63 rakkomandazzjoni,
kollha bazati fuq ir-rapport nazzjonali u fuq il-konsultazzjoni attwali taghhom f’Malta. Kemm ir-rapport nazzjonali
kif ukoll ir-rapport ta’ l-esperti Ewropej kienu tressqu ghall-approvazzjoni
fi Strasbourg, waqt sessjoni plenarja tal-Kumitat Kulturali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.
ID-DOKUMENT TAL-UNESCO U MALTA
F’Dicembru li ghadda, Malta rratifikat konvenzjoni ohra kulturali, din id-darba mahruga mill-UNESCO. Id-dokument
jitkellem dwar il-bzonn ta’ l-gharfien tad-diversita’ kulturali (Convention on the Diversity of Cultural
Expressions together with the EU).
Dan id-dokument tal-UNESCO jenfasizza l-bzonn li l-kultura
tkun inkorporata bhala element strategiku fl-izvilupp tal-politika nazzjonali u internazzjonali.
Jitkellem ukoll dwar l-importanza
tal-kultura ghall-koezjoni socjali u bhala strument ghac-cirkolazzjoni hielsa ta’ l-ideat.
Fost l-ohrajn, il-Konvenzjoni li ghadha kif iffirmat
Malta titkellem ukoll dwar id-diversita’ lingwistika bhala element
fundamental tal-kultura, kif
ukoll dwar l-edukazzjoni bhala sors fundamentali ghall-espressjoni kulturali. Il-Konvenzjoni tqis
ukoll li l-kultura ghandha thaddan l-identita’, il-valuri u t-tifsiriet ta’ pajjiz, u ghalhekk
m’ghandhiex tittiehed unikament bhala motiv ta’ valur
kummercjali.
DOKUMENTI
KULTURALI 2001/2002
Din il-vizjoni tal-UNESCO,
attwalment, hi inkorporata bis-shih fid-dokument tal-politika kulturali li xxandar f’Malta
(anki ghal diskussjoni pubblika wiesgha) fl-2001. Izda mill-ufficcju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turizmu u l-Kultura, kien dikjarat, ftit gimghat ilu,
li Malta m’ghandhiex politika kulturali.
Din ic-cahda kategorika
hi stramba u “misinformata”
kemm trid. Din ic-cahda mhux biss tmieri l-pubblikazzjoni
ta’ dokument kulturali importanti, imma sahanistra tafferma l-assurdita’ li Malta lanqas biss qed
tirrikonoxxi l-evalwazzjoni
u r-rakkomandazzjonijiet li
kienu ghamlu l-esperti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, li
fosthom kien hemm professjonisti kulturali mill-Ingilterra, l-Italja, l-Germanja u l-Finlanda.
Minflok jibni fuq li hemm,
fuq dak li
hemm evalwat u ikkonfermat, xi hadd twebbel biex jerga’
jivvinta r-rota.
KULTURA B’VIZJONI GHAL MALTA
Fiz-zmien li nhareg id-dokument ufficjali tal-Politika Kulturali ta’ l-2001, kont nahdem fil-Policy
Unit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Kultura.
Proposti li kien hemm fid-dokument
kienu attwati konkeretament. Fost l-istituzzjonijiet
li twaqqfu mal-hrug tad-dokument kulturali kien hemm il-Kunsill ta’ l-Arti u l-Kultura, Patrimonju Malta, il-Kunsill tal-Ktieb, il-Kunsill tal-Lingwa, Revizjoni tal-Premju Letterarju, u sahanistra l-holqien tac-Centru ghall-Kreattivita’ bhala entita’ kulturali
awtonoma.
Imma izjed minn
hekk, niftakar li konna wettaqna,
grazzi ghal vizjoni demokratika li dejem sostna
l-Ministeru li dak iz-zmien kien
responsabbli ghall-Kultura,
serje ta’ progetti li sostnew
fil-prattika l-hsieb tad-diversifikazzjoni u l-inklussivita’. Fost il-progetti nista’ nsemmi (i) il-hidma
teatrali ma’ gruppi emarginati (bhall-habsin zghazagh u n-nisa msawtin); (ii) l-ewwel progett f’Malta
tal-kumpanija Ingliza Kneehigh, b’kollaborazjoni mal-Kunsill Lokali tal-Birgu (progett li nvolva anki
lin-nies tal-Kottonera);
(iii) workshops kreattivi ghal
ulied l-immigranti klandestini (progett bil-kollaborazzjoni tal-Forzi Armati); (iv) hidma b’inizjattiva kulturali ma’ klienti ta’ Centru
Psikjatriku fl-Italja u (v)
wirja estensiva ta’ arti tat-tfal
mill-Ewropa kollha, iddokumentata b’katalgu li gabar il-pajjizi
Ewropej , mill-Italja sar-Russja, mill-Finlandja sal-Grecja.
Imma minkejja dan kollu, hemm
min qed jghid li Malta m’ghandhiex politika kulturali.
L-ANNIVERSARJU TAL-“MOVIMENT”
Xtaqt nibqa’ ma’
l-aspett kulturali.
Din is-sena jahbat
l-erbghin anniversarju minn mindu
kien twaqqaf, fost kontroversja qawwija, il-Moviment Qawmien Letterarju. Il-lum il-“Moviment”
m’ghadux jezisti, imma jitqies bhala
refernza storika krucjali. Id-dinamika tal-Moviment fih innifsu, ghadha
ma kinetx studjata socjalment, imma m’hemmx dubju li
dik l-epoka timmarka l-bidu ta’ letteratura li sfrundat hafna
konvenzjonijiet u hafna tabu’.
L-awturi “tal-Moviment” il-lum dahlu fil-harifa ta’ hajjithom, imma generalment, ghadhom jipproducu letteratura provokatorja, filwaqt li qatt
ma waqfu milli jassorbu l-ahhar xejriet tal-letteatura kontemporanja, mill-inhawi kollha tad-dinja. Din, fil-fatt, dejjem kienet karatteristika ewlenija fl-aktar ilhna rapprezentattivi tal-Moviment.
Il-wirt tal-Moviment
Qawmien Letterarju qed jinghata testimonjanza
awtentika f’uhud mill-awturi tal-generazzjoni l-gdida, li qabdu
d-direzzjonijiet rispettivi
taghhom. Jiguni f’mohhi minnufih, awturi tal-mewga l-gdida, bhal Immanuel Mifsud, Adrian Grima, Norbert Bugeja, Clare
Azzopardi u Simone Inguanez, fost
dawk li diga’
ppubblikaw.
L-anniversarju tal-Moviment
donnu li qed ikun “celebrat”
ukoll bil-hrug ta’ volum interessanti
ta’ poezihji bil-firma ta; Louis Briffa, awtur li
donnu hareg f’daqqa minn
wara l-kwinti. Hu ktieb li qed jasal ukoll
meta l-lingwa lokali qed tkun immassakrata
kontinwament, mhux biss fil-mezzi tax-xandir awdjo-viziv, imma wkoll fit-triqat, fi skejjel
privati u indipendenti, f’ambjenti fejn jiltaqghu iz-zghazagh u fl-istituzzjonijiet bhall-universita’.
Ikl-volum Bil-Varloppa,
jirrapprezenta, fost l-ohrajn, ir-responsabbilta’ socjali ta’ l-awtur. Isostni li l-awtur m’ghandux
jezisti fiz-zona ta’ l-aljenazzjoni.
Din hi dikjarazzjoni serja
u fundamentali, li tenfasizza l-vokazzjoni tal-kittieba bhala
fanali fil-moghdija
tal-moralita’ kollettiva ta’ nazzjon.
Ktieb bhal dan jisfida l-percezzjoni
li l-letteratura hi biss semplici edifikazzjoni
tas-sentiment, u li m’ghandhiex relevanza f’kuntest soco-politiku. Imieri fil-prattika l-kuncett
li l-letteratura ma jistax ikollha ideologija jew tragitti kumplessi li jankrawha mar-realta’ politika. Il-ktieb jidher jikkondividi l-hsieb ta’ xi David Novitz (The
Boundaries of Art): ladarba x-xoghlijiet
artistici huma prodotti socjalment, id-demarkazzjoni hi, attwalment, distintivament socjali.
L-awtur awtentiku
qatt m’ghandu jirtira milli jikkonfronta
l-kodici tal-banalita’ li qed tifni
lill-pajjiz. Lanqas m’ghandu jirtira
mill-obbligu li jcarrat l-illuzjonijiet u l-miti nazzjonali. F’dan is-sens, il-ktieb
ta’ Briffa jipprova jikkontestwalizza lill-awtur, jipprovokah biex jistaqsi x’inhi
r-responsabbilta’ tieghu lejn is-socjeta’. Jekk il-qaghda ta’ Briffa
hi wahda antagonistika, dan hu rizultat
tal-frustrazzjoni b’pajjiz li kulma jmur
qed jordom lilu nnifsu taht
il-piz ta’ influwenzi oppressivi, importati u xxadinjati f’kuntest ta’ kolonjalizzjoni
gdida, ta’ skjavitu’ post-post-moderna.
Xtaqt inqieghed dawn l-argumenti fil-linja ta’ hsieb
li tohloq Carol Becker,
mill-Istitut ta’ l-Arti ta’ Chigago: Being
an artist is finally a sociological construct in all its material,
psychological and spiritual dimensions.