KONTROKURRENT 

13 taSettembru 2005

 

UFFICJALI: MALTA RAZZISTA

 

Issa ufficjali aktar minn qatt qabel.  Il-Maltin, fil-maggoranza assolutissima taghhom, huma razzisti.

 

Is-sondagg li kkommissjonat is-Sunday Times ix-xahar li ghadda ma halla l-ebda dubju dwar l-intolleranza tal-Maltin.  Il-maggoranza vasta ma tridx li hdejhom imur joqghod xi hadd mill-palestina, minn xi pajjiz Gharbi iehor, mill-Afrika jew minn xi pajjiz Asjatiku.  Issa ghandna prova xjentifika li aktar minn 97% tal-Maltin, fuq firxa li tinkludi lill-kategoriji socjali kollha, ma jridux  li jinghata d-dritt lill-barranin li jigu u jissetiljaw f’Malta.

 

L-aghar pregudizzji huma kontra l-Afrikani, kontra l-Gharab u kontra l-Asjatici.

Dawk (il-ftit) li ma ridux jghaddsu rashom fir-ramel, setghu janticiopaw dan ir-rizultat. Dan ir-rizultat razzist m’ghandu jixxokkja lil hadd.  U ghandu juru li minn fuq pjattaforma razzista, xi hadd bhal Norman Lowell ghandu jitlasparat fil-Parlament.

 

IL-MALTIN, L-AWSTRALJA U L-AFRIKANI

 

Ironikament, fl-edizzjoni fejn hareg ir-rizultat tas-servej, is-Sunday Times xandret ukoll intervista ma’ Lou Drofenik, awtrici Awstraljana tanisel Malti li fil-ktieb gdid taghha Birds of Passage titkellem dwar l-umiljazzjoni ta’ l-emigranti Maltin fil-bidu tas-seklu li ghadda.

 

Fl-1917 bastiment mimli emigranti Maltin, il-Gange, ma thalliex jidhol fl-Awstralja.

Drofenik irreferiet ghal dak il-kaz u qalet li kien ezempju klamoruz tarazzizmu istituzzjonalizzat, mohbi taht  maskri differenti. 

 

Hafna aktar tard fis-seklu 20, fis-snin Hamsin/Sittin, f’malta kienet tezisti politika statali dwar l-emigrazzjoni.  Eluf fuq eluf ta’ Maltin dabbru rashom lejn pajjizi mbieghda biex ifittxu hajja ahjar.  Kienu jinghataw minn kollox biex jemigraw fuq vapuri kbar li ma kien jonqoshom xejn: kabini, ikel, xorb, divertiment u anki mawriet qosra fl-artijiet fejn kien jieqaf il-vapur, biex jippuzaw ghar-ritratti. Kollox gratis.

 

L-Afrikani li jaslu Malta jahirbu mill-guh, mill-mard, mill-mizerja u mit-tirannija politika.  Ihallsu gidhom biex jippakkjawhom bhal sardin fuq dghajsa se teghreq u ma teghriqx.  U l-Maltin ma jriduhomx.       

 

 

IL-BULGARI FIT-TARZNA

 

Fl-istess gimgha tar-rizultat tas-sondagg, il-gazzetta tal-Knisja habbret fl-ewwel faccata li qed ikun hemm diskriminazzjoni  rampanti kontra haddiema barranin, din id-darba mhux mill-Afrika, mill-Palestina jew minn xi pajjiz fl-Asja, imma mill-Bulgarija. Pajjiz iehor vulnerabbli, dghif tajjeb ghall-esplojtazzjoni.

 

Dawn il-Bulgari fit-Tarzna taMalta, welders u haddiema ta’ l-azzar,  qeghdin jithallsu bil-Lm1.75 s-siegha, daqskemm jaqilghu adolexxenti Maltin tatmintax-il sena jew inqas, talli jservu c-cipps u l-burgers fis-sajf lit-turisti, bhala xoghol part-time.  Haddiema Maltin jithallsu doppju ghall-Hdud, ghall-festi u ghal xoghol li jaghmlu wara l-hin normali, izda dan il-jedd ghall-Bulgari u haddiema ohra manwali barranin, ma jezistix.  Lanqas ma jinghataw il-performance bonus ghax-xaghar qalil taAwissu, li ghal haddiem Malti tat-Tarzna jlahhaq bejn Lm70 u Lm100.

 

Malta ghandha bandiera ohra xi xxejjer fl-Ewropa tal-25: il-bandiera tac-cheap labour.

 

BHALLIKIEKU M’HU JIGRI XEJN

 

Wara li ghalaq stagun iehor tal-festi nistghu nergghu naghmlu l-kontijiet.

Din is-sena kien hemm mewt u korrimenti bin-nar, glied feroci rahli, inerventi fuq ir-radjijiet dwar it-terrur tal-bombi (Malta hi l-uniku pajjiz fid-dinja fejn huma tollerati l-murtali tal-gelatina) u fuq kollox, ix-xeni tasokor tatfal taht l-eta’ mal-marcijiet, taht ghajnejn il-pulizija, bhallikieku m’hu jigri xejn.

 

Issa dahlet moda gdida: disco-party fit-triqat wara li suppost tkunspiccatil-festa.

Id-disco jibqgha ghaddej lejl shih, idieghex u jgennen lill-anzjani, lit-trabi u lill-morda.

 

 

REGGHET IR-RETTORIKA BELLIKA AMERIKANA

 

Issa bdiet ir-rettorika Amerikana kontra l-Iran ukoll. L-ghazliet  kollha qeghdin fuq il-mejda qal il-President ta’ l-Istati Uniti: “Intom tafu li ahna uzajna l-forza fl-imghoddi recenti biex naccertaw is-sigurtatapajjizna.  Hekk qal George W. Bush. U nafu x’infern holoq fl-Iraq.

 

L-Iran irid jizviluppa l-energija nukleari biex jiggenera l-elettriku.  L-Amerika ma tridux. L-Unjoni Ewropea thassbet sew ukoll  u l-agenzija nukleari tan-N azzjonijiet Uniti trid li l-Iran jaccerta lill-Amerikani u ohrajn li l-programm nukleari ma jinvolvix skemi ghall-armi.

 Li jistona l-aktar hu li l-President Amerikan jassocja ruhu direttament ma’ l-Israel: “l-Istati Uniti u l-Israel huma maghqudin fl-oggettiv taghna li l-Iran ma jkollux arma(nukleari).

 

Issa kif taf id-dinja kollha, l-Israel ghandu l-monopolju assolut ta’ l-armamenti nukleari fil-Lvant Nofsani. Il-Carnegie Endowment for International Peace tikkalkula li l-Israel ghandu madwar 200 warhead nukleari installati fuq missili ballistici, ajruplani u sottomarini.

 

Dan il-monopolju u l-istandards doppji ta’ l-Istati Uniti fejn jidhol l-Israel u fejn jidhlu l-pajjizi Ismalici  hu fic-centru tal-problemi kollha li hemm f’dak ir-regjon, kaldarun tatensjoni bla heda.

 

7. IL-PAPA RATZINGER U L-FIDI L-GDIDA

 

Il-Papa Ratzinger qed ikun ottimist.  Qed jitkellem dwarmewga tafidi gdidali jittama li tilhaq lill-generazzjoni taz-zghazagh Ewropej.  Qed jitkellem, sahanistra dwar il-gost tal-fidi”, li jhoss li fost il-generazzjoni l-gdida thalla jinxef.

 

Izda kontra “l-ezempju jiddi ta’ l-eroizmu evangelikuli qed jawgura l-Papa hemm

it-tnalja konsumistika li sa issa, l-istrutturi tal-Knisja  ma kellhomx twegiba ghaliha.

L-ideologija tas-suq hieles welldet  disparita kbira bejn miet hu mejjet fis-sakra u min hu mejjet ghal qatra.  U m’hemm xejn mill-“eroizmu evengeliku” fix-xenarju Afrikan, nghidu ahna, fejn il-pajjiz li kkolonjalizzaw lil dak il-kontinent  haslu jdejhom mill-mizerja li  kienu hallew warajhom bvhala wirt ta’ l-espansjoni selvagga u l-htif bil-forza tat-territorju Afrikan..

Liema eroizmu evangeliku?  Liema prijoritajiet li jirrispettaw id-dinjitaumana?  Liema gustizzja u liema fidi?

 

 

 

L-ARTISTI U L-IDEOLOGIJA

 

Zewg avvenimenti artistici internazzjonali, il-Melbourne Writers’ Festival u l-Edinburgh Arts Festival igiddbu l-percezzjoni (u l-propaganda) li l-ideologija spiccaw.  Din hi idea li kienet moda li tesprimieha  mill-1989 ‘l hawn u li dakkru minnha xi awturi godda Maltin.  Li jiddikkjaraw li l-il-generazzjoni l-gdida (post-Sittinijiet) ma tridx taf b’ideologiji, ghax m’ghadhomx moda.

 

F’Melbourne, l-awturi kien f’mohhhom li jiddibattu l-effetti tal-globalizzazzjoni u x’qed jigri mill-jeddijiet umani. Fuq l-agenda taghhom hemm l-ideologiji l-godda, inkluz it-tirannija tazmienna kontra d-dghajfin.  F’Edinburgh, min-naha l-ohra, splodew it-temi serji politici. L-oqsma kollha (zfin, muzika u teatru) urew interess qawwi f’dak li qed jigri fl-Iraq u fl-analizi tat-terrorizmu.

 

U f’Malta?  X’qed jinteressa lin-nies ta’ l-arti?  Lill-awturi?  Lin-nies tal-palk?

 

  

BUSKERS U BEJJIEGHA TAL-LOTTERIJA

 

F’Malta kollox jinqabad minn saqajh.

 

Din ir-rubrika ilha zmien titkellem dwar kif Bieb il-Belt inbidel f’bazaar bla dinjitataxejn.  Imma  l-bazaar ma kinux qed joholquh il-buskers li f’dawn l-ahhar gimghat qalulhom biex jippakkjaw u jdabbru  rashom. 

 

L-ewelnett, il-buskers huma protetti mil-Ligi u fl-Ewropa jezistu assocjazzjonijiet apposta ghalihom. U t-tieni, dawn huma artiggjani tat-triq accettati fil-kontinent kollu

U li jaghtu testimonjanza tal-kreattivita’ u l-fantasija.  Fosthom  hemm artist tal-pinzell u l-lapis, muzicisti, artiggjani ta’ l-injam, tal-hgieg, tal-gojjelerija bl-idejn u l-l-bqija.

 

Dak li lill-Bieb il-Belt qed jirrenduh bazaar tat-tielet dinja huma l-bejjiegha takull xorta taimbarazz, minn ftajjar sa landi tal-gallettini skaduti. U zid  il-bejjiegha tal-lotteriji, tal-griewi fil-kaxxi tal-kartun, tal-jeans u l-flokkijiet, tas-sugu artificjali tal-frott u l-kumplament.

U meta tkun miexi f’dan il-bazaar f’Bieb il-Belt, trid tara li ma tizloqx fuq iz-zjut tat-taksis  u trid toqghod b’sebgha ghajnejn ghal xi bicca konkrit tinqalamis-saqaf  ghal fuqek, biex timmankak jew thallik tal-post.

 

Back