KONTROKURRENT
25 ta’ April 2006
Il-mizerja u d-disperazzjoni ta’ l-Arikani fic-centri
ta’ detenzjoni, fl-intrata ta’ l-infern, kompliet
tkun ikkundannata
Din id-darba l-Gvern ma setax ma jaccettax li jesponi l-kundizzjonijiet
disturbanti
ta’ “dawk il-qabda suwed” lid-delegazzjoni mill-Ewropa.
Hemm il-misthija ghal pajjizna u hemm il-frustrazzjoni ta’ erwieh maqfulin wara
l-gageg, iddisprati ghax il-gurnata jridu jghadduha donnhom tigieg tal-batterija b’ras umana, imghaddsin f’monotonija micidjali.
Il-monotonija qattiela
li fiha jghixu
dawk il-mizerabbli Afrikani, fiha nfisha tmur kontra
l-jeddijiet tal-bniedem.
Dawk l-erwieh ghandhom
il-jedd li sahanistra jesprimu l-kultura taghhom. U min hu
responsabbli ghandu jara li dan
il-jedd jinghatalhom.
Imma dan mhux pajjiz ta’
l-immaginazzjoni. Li kieku kien, kien johloq progett
uman ghal dawk id-detenuti. Sata’ nholoq progett fejn il-Gvern, anki bl-ghajnuna tal-voluntiera u ta’ l-Unjoni Ewopea, johloq pubblikazzjoni unika bl-istejjer ta’ dawk l-erwieh,
bit-tingija taghhom stess.
Bi ftit strumenti tal-perkussjoni, l-Afrikani fil-gageg setghu jintepretaw il-kultura taghhom, iz-zifniet taghhom, il-memorji taghhom u jinghataw skop uman, dinjituz
u rispettabbli.
Setghu jinhargu jahdmu fuq progetti
komunitarji u u jinghataw opportunita’ li juru li
m’humiex kriminali.
PERCEZZJONI
U VERGNITA’
Il-percezzjoni li dawn id-detenuti Suwed jistghu ikunu potenzjalment
kriminali tidher li qed tikkarga,
specjalmwent wara l-protesti ricenti taghhom.
Kompliet tizdied
it-tendenza li tippregudika lid-detenuti tal-gageg. Anki fi programmi mxandrin mill-istazzjon pubbliku, beda jizdied
id-diskors dwar “Afrikani li jassaltaw
sesswalment lill-Maltin”, filwaqt li kummenti
ohrajn bdew jassocjaw lil dawk
il-mizerabbli mat-terrorizmu
ta’ Al Qaeda.
Issemma c-centru miftuh tal-Marsa u saru allegazzjonijiet li hemm inholqot
bejta ta’ prostituzzjoni, bhallikieku dawk l-inhawi kienu
n-nicca tal-vergnita’ u l-purita’ ta’
L-ipokresija u l-bigotterija
taghna bhala poplu ghad trid
tinkiteb f’enciklopedija antropologika.
FAXXIZMU
FL-EDUKAZZJONI
Baqghu ghaddejjin
l-argumenti dwar l-aggressjoni kontra l-ghalliema. Il-pendlu qed jeghleb fuq
Generalment, is-Sistema tkompli ssawwat lil dawn l-isfortunati b’deficit socjali ingust.
Hemm hafna ghalliema dedikati.
Hemm hafna li jaghmlu sagrificcji personali ghall-istudenti taghhom. Hemm hafna li jemmnu fil-vokazzjoni taghhom.
Imma hemm ohrajn li qatt
ma messhom dahlu fil-kamp edukattiv. Hemm ghalliema
li jittrattaw lill-istudenti bhala skjavi bl-uniformi. Min jaf
kemm-il darba smajt ghalliema jabbuzaw lill-istudenti. Niftakar kaz meta
ghalliem qabad tifel
Qabel ikunu fallew it-tfal, tkun falliethom is-Sistema. Tkun falliet
lilhom u qabilhom, lill-genituri taghhom.
PROPRJETA’
U SPEKULAZZJONI
Konna qeghdin nitkellmu dwar il-prezzijiet tal-proprjeta’ f’Malta. Id-diskors
tqanqal meta xi hadd osserva reklam dwar appartament f’Tas-Sliema li ghalih qed tintalab
is-somma ta’ Lm240,000 (552,000 ewro). Harisna darbtejn, tlieta
lejn l-avviz. U hekk kien: Lm240,000 ghal appartament b’erba’ kmamar tas-sodda. Din hi prova ohra ta’
kif l-ispekulazzjoni f’pajjizna qed tohloq stat oxxen ta’ distinzjoni socjali li taghmel
farsa mid-demokrazija u l-kuncett tal-morali kollettiva.
L-ispekulazzjoni hi l-eqqel
wahda fl-Ewropa u l-inflazzjoni se tkompli, skond rapport tal-UKPRwire.
Incidentalment, bil-prezz ta’ inqas
LINGWA U
TRADUZZJONI
Il-mod legger ta’ kif
thalliet tiddegenera l-lingwa Maltija, l-aktar fil-mezzi tax-xandir,
wassal ghall-assurditajiet li naqraw u nisimghu
kontinwament. Anki fejn jidhlu dokumenti serji u ufficjali, inkluzi dawk konnessi ma’ l-Unjoni Ewropea. Hu evidenti li dawk kollha responsabbli
ma kellhomx ippjanata strategija serja ghall-harsien u l-izvilupp tal-lingwa. Imbaghad beda l-paniku
fuq certu livell. Min-naha l-ohra,
fuq il-livell popolari, hemm kaos shih.
Talinqas xi kultant
qeghdin jittiehdu certi inizjativi.
Aktar kmieni dan ix-xahar, nghidu
ahna, id-Dipartiment tal-Malti fl-Universita’ stieden lill-Prof. Frieda Steurs, esperta Olandiza fit-terminologija
u t-traduzzjoni teknika biex taghti sensiela ta’ tahditiet relevanti.
Il-problema hi li l-Malti ghandu l-kuntest partikolari tieghu u qabel niddiskutu l-problemi kuncettwali u terminologici tat-traduzzjoni teknika, jew il-holqien u l-immaniggjar ta’ centru virtwali ghall-informazzjoni terminologika,
ikun bil-wisq ahjar li tkun
indirizzata l-problema tal-Malti mitkellem
fix-xandir awdjo-viziv. Hemm ghandek il-qofol tal-problema, minhabba li l-mezzi tax-xandir huma kejl
determinanti ta’ kif tkejjel id-dinamicita’ tal-lingwa.
Halli jkun diskuss kif naslu
ghal terminologija teknika komuni, accessibbli u bla ambigwita’. Halli nosservaw
x’diffikultajiet issib kumpanija li trid
topera b’diversi lingwi. Halli naraw kif nistghu
nizviluppaw terminologija li tixraq lill-Malti
bhala lsien ufficjali ta’ l-UE. U halli naraw jistax ikollna dizzjunarju online tal-lingwa Maltija. Imma esperta mill-Olanda kif se tghin biex il-Malti mitkellem, il-Malti domestiku, ta’ l-iskejjel, tat-triq u tax-xandir, ma jibqax jitfarrak?
FESTIVAL
DWAR L-ISLAM
Dan l-ahhar fil-produzzjoni
cinematika qed ikun hemm interess
partikolari f’temi politici internazzjonali. Diversi
festivals ewlenin madwar
id-dinja f’dawn l-ahhar xhur esponew
films impenjati socjalment
u politikament.
Il-Festival ta’ Tribeca
fl-Istati Uniti, qed juri interess
partikolari fid-dinja Islamika. L-ghan hu li
l-pubbliku Amerikan jippenetra b’mod realistiku dak li qed jigri
fid-dinja mqallba tal-Musulmani.
Ma satax jonqos li l-gwerra fl-Iraq, li issa dahlet
fit-tielet sena taghha minkejja d-dikjarazzjoni immatura tal-“mission accomplished” li kien ghamel il-President
George W. Bush, ma tkunx fuq
quddiemnett tar-repertorju tal-Festival.
Il-Festival
kien tnieda