KONTROKURRENT
M inn Novembru ta' l-1994 ‘il quddiem, Mario Azzopardi , wara stedina li kienet saritlu minn Mario Schiavone, editur tal-gurnal In-Nazzjon Taghna, beda jikteb ta' kull hmistax bit-titlu Kontrokurrent. Kif jixhed isimha, ir-rubrika hadet sa mill-bidu pozizzjoni provokatorja uanti-konvenzjonali, atteggjament li jista' jkun intraccat facilment anki fl-opra letterarja ta' Azzopardi bhala l-poeta “terribli” tal-letteratura Maltija. Kontroklurrent ta' spiss kien u ghadu jkun, mhux biss il-portavuci ta' dawk kollha li jaghrfu l-krizi post-moderna imma ma jafux kif se jaqbdu jitkellmu, imma wkoll pjattaforma vocifera ta' ideat u pozizzjonijiet li gibdu lejhom dozi kbar ta' polemika u, addirittura, kundanni minn inhawi konservattivi. Hawn qed ikunu riprodotti xi siltiet minn edizzjonijiet pjuttost ricenti ta' Kontrokurrent, skond id-dati rispettivi.