MINTOFF: BEJN HEDDA GABLER U L-ATT GROTTESK 

Minn Mario Azzopardi

 

And one January afternoon we had seen a cow contemplating the sunset from the presidential balcony, just imagine, a cow on the balcony of the nation, what an awful thing, what a shitty country…

-           Gabriel García Márquez (The Autumn of the Patriarch)

 

Ftit huma dawk li jorbtu lil Dom Mintoff mal-kultura kreattiva jew estetika. U wisq inqas ma jorbtuh mat-teatru fis-sens konvenzjonali tal-kelma.   

Ghal hafna Maltin, Mintoff jew hu d-demonju pikuz, id-dittatur abrasiv u vulgari jew is-salvatur ta’ Malta, tal-inqas fejn jidhlu s-servizzi socjali, imnebbhin mill-Welfare State tal-Ingilterra.   Hafna jqisuh bhala l-bniedem politiku li fis-snin ta’ tmexxija tieghu (1949-1984), xprunat mill-ambizzjonijiet u l-ideali demagogici li webbel bihom lill-massa (nghidu ahna fil-kaz ta’ meta ried ugwaljanza stretta mal-Inglizi), ma kienx jaf jghix minghajr il-krizi.  Certament hu l-bniedem tal-konfront u kemm il-bidu tal-karriera politika tieghu bhala mexxej tal-Malta Labour Party (1949) kif ukoll tmiemha, meta waqqa’ ‘l-Gvern Laburista (1998) huma determinati minn kolpi ta’ drammatizzazzjoni qawwija.  Beda biex qasam il-Partit ta’ Dr Paul Boffa u spicca billi vvota man-Nazzjonalisti fil-Parlament u zradika l-Gvern ta’ Dr Alfred Sant.   U wiehed ma jridx jinsa l-krucjati ta’ Mintoff u l-Arcisqof Mikiel Gonzi kontra xulxin, il-battalji ta’ zewg mexxejja zghar fl-istatura fizika imma manjifikati fil-percezzjoni popolari.   Jew il-battalji mal-awtoritajiet kolonjali, b’Mintoff jimmanipula t-tmun, mill-fissazzjoni dwar l-Integration ghar-rikjesta ghall-Indipendenza, bir-rizultat li kellu jcedi l-Gvern tieghu bi protesta kontra l-Inglizi fl-1958.

Imma dawn huma kapitli ghall-istorici u l-analisti politici.  L-iskop ta’ din l-evalwazzjoni ghandha x’taqsam mad-drammaticita’ u jehtieg li ma tintilifix il-perspettiva.

Mintoff jipprezenta diversi livelli teatrici fuq bazi personali.  Ghal zmienu, il-persona macho li kien jipprojetta kienet kolossali, mitika.  L-ekwivalenza taghha ghandha resonanzi fl-immagini ta’ dittaturi li hafna minna jiftakruhom jew jafuhom sew, imqar minn filmati storici, fil-grottesk kollu taghhom.  Fi zmienna dik l-immagini nistghu nistudjawha, nghidu ahna, f’persunagg bhal Vladimir Putin tar-Russja.  Putin ma jahrabx mill-media anzi jistedinha meta jirkeb iz-ziemel b’sidru barra, meta jilghab il-mano di ferro, meta jinzel jghum u joghdos, meta jaccetta tfajliet sbieh (l-“Armata ta’ Putin”) jiddemostraw u jghidu li lesti li jinzghu ghalih.  Aktar minn hekk, Putin, bhal Mussolini qablu, qed ikun deskritt bhala “l-bniedem mibghut lir-Russja mid-Destin u minn Alla”. (1)

Anki Mintoff kien deskritt mis-segwaci tieghu bhala “Salvatur”.  Anki hu kien jippoza b’sidru mikxuf qabel jew wara l-ghawma devozzjonali ta’ kuljum f’Peter’s Pool.  Anki hu kien jippoza riekeb iz-ziemel.  U kif ihoss il-kameras fuqu, kien jitla’ bil-girja t-tarag ta’ Kastilja.                 

L-INTERESS KULTURALI-TEATRIKU

Imma halli mmur lura lejn certi fatti konkreti li jixhtu dawl fuq l-interess kulturali-teatriku tal-perit Dom Mintoff. Nibda b’zewg dati:

1976.  Waqt zjara fl-Ingilterra, Mintoff ikollu tahditiet relatati mal-gheluq tal-bazi militari Ingliza f’Malta, u fost l-ohrajn jiddiskuti l-koperazzjoni teknika.  Jiltaqa’ ma’ Jenny Lee, il-Ministru ghall-Izvilupp Barrani u jiddeciedu li f’Malta ghandha tinfetah Akkademja ghat-Tahrig Teatrali,(2) immexxija skont il-kriterji tar-Royal Academy of Dramatic Arts (RADA) ta’ Londra.  Jinhargu applikazzjonijiet ghal zewg diretturi Inglizi u s-sena ta’ wara tinfetah il-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA), bl-ewwel direttur taghha jkun Adrian Rendle, regista u awtur professjonali, assistit minn Peter Cox, specjalista tad-drama edukattiva. Kien hemm ukoll jghinu lill-Inglizi hames personalitajiet Maltin, ilkoll attivi fix-xena teatrali lokali.  Izda sehhew zewg zbalji fundamentali li Mintoff ma satax janticipa ghax it-teatru ma kienx fid-dominju tieghu :

(i)                   il-progett tant kien ambizzjuz li l-partijiet kollha ma damux ma ndunaw li f’Malta, minhabba nuqqas serju ta’ rizorsi, ma setax ikun hawn Akkademja topera full time u l-mudell tar-RADA kien biss illuzjoni;

(ii)                inhatar bhala direttur manigerjali Albert Agius Ferrante, li qatt m’emmen fil-potenzjal tal-istituzzjoni l-gdida, tant li kien jumilja lill-istaff Malti u spicca biex l-ewwel nizzlilhom il-hlas taghhom ghal 2s.6d s-siegha (madwar 30 ewro centezmu) u mbaghad riedhom ihallsu biex jassessjaw il-produzzjonijiet tal-istudenti taghhom.   L-istudenti u l-istaff irribellaw u Agius Ferrante ghalaq l-MTADA.(3)  Mill-argumenti qawwijin li dehru fil-media ta’ dak iz-zmien, qatt ma deher li Mintoff kellu x’jaqsam mad-decizjonijiet tad-direttur manigerjali.       

1978.   L-awtur prezenti rcieva messagg minghand Dom Mintoff permezz ta’ Maria Camilleri, wahda mid-diversi nisa, Maltin u barranin, li kienu jiffurmaw parti mic-cenaklu ta’ hbieb li Mintoff kien jistieden ghall-ikel fl-Gharix, il-post tal-mistrieh li kellu f’Peter’s Pool.  Il-messagg kien li l-perit kien jixtieq hafna li jinhadem id-dramm Hedda Gabler ta’ Henrik Ibsen.  Fil-fatt, il-prezenti kien hadem zewg verzjonijiet ta’ Hedda Gabler, l-ewwel ghall-palk u mbaghad ghat-televizjoni, xi haga li Mintoff ma kienx konxju taghha.  Il-proposta ghall-ewwel ittiehdet b’sorpriza, fis-sens li ma kontx tistenna li l-Prim Ministru Mintoff kien intiz fil-letteratura drammatika internazzjonali.  Izda r-ripensament jindika certa logika.

Mintoff kien studja lill-Fabians, (4) ix-xirka ta’ intellettwali u teoristi socjali Inglizi li bejn l-1884 – 1914 kienu ghamluha l-missjoni taghhom li jikkonvertu lill-Ingilterra ghas-Socjalizmu.  Influwenzati minn uhud bhal Darwin u Marx, il-protagonisti tal-Fabian Society kienu jinkludu lil Sydney Webb, Annie Besant, Beatrice Potter, l-awtur tal-fantaxjenza H.G. Wells u d-drammaturgu u kritiku teatrali  George Bernard Shaw.  Izda l-Fabians kienu nfluwenzati wkoll mill-kitbiet ta’ Henrik Ibsen, id-drammaturgu Norvegiz meqjuz bhala missier id-dramm prozajku modern.  Ghall-Fabjani, li Shaw kien jirreferi ghalihom bhala “missjunarji qalb is-slavag”, Ibsen kien il-fanal tal-ispirazzjoni socjo-estetika.  Id-dramm tieghu A Doll’s House kien intlaqa’ f’Londra b’tahlita ta’ ezultazzjoni u antogonizmu kritiku.  Ghall-Fabjani, id-dramm kellu messagg car (5) dwar l-emancipazzjoni mentali tal-mara: Nora, il-protagonista, titlaq lil zewgha u lil uliedha biex tifittex l-identita’ proprja taghha, sitwazzjoni li ma ntlaqghetx tajjeb mill-konservattivi.

Id-dramm Hedda Gabler, mill-banda l-ohra, jerga’ jipprezenta mara ohra, mill-gdid, demonizzata minn kritici maskilisti minhabba li trid tinqata’ mix-xibka domestika tal-borgezija u s-socjeta’ ipokrita.  Izda din id-darba, is-sagrificcju tal-mara hu fatali, ghax tikkommetti suwicidju.  G.B. Shaw kien wiehed mill-akbar difensuri ta’ dan ix-xoghol.   U Mintoff esprima x-xewqa li dan id-dramm jinhadem f’Malta, inevitabilment ghall-istess ragunijiet li kienu ddefendewh dawk tal-Fabian Society:  b’Hedda Gabler kienet inholqot pjattaforma ohra, pungenti u provokatorja, favur l-emancipazzjoni tal-mara oppressa u mahkuma.  Mill-Fabjani, Mintoff ma jidhirx li tnebbah biss socjalment u politikament, izda anki deher jemmen fl-estetika drammatika bhala vejikola fil-mixja lejn is-Socjalizmu.  Hi hasra li dan it-twemmin Mintoff m’ghamlux aktar pubbliku izda pprefera johloq monografiji personali, wahda wara l-ohra biex ikabbar il-profil populist tieghu permezz tad-dehriet quddiem il-mases tal-haddiema.  Fuq it-trakk pubbliku, Mintoff qatt ma semma lil Ibsen jew lil Hedda Gabler jew lil Shaw, izda privatament jidher li kien jemmen fihom.  Lil Shaw kien anki jikkwotah bl-Ingliz, fl-artikli li kien jikteb ghal The Dawn. (6)

Fil-kaz tan-nisa Maltin, ghalkemm civilment qatt ma kienu pprojbiti milli jidhlu fl-arena politika, kien hemm tahdem kontriehom ir-restrizzjoni religjuza.  Sa mill-bidu tas-Seklu Ghoxrin, meta r-rivoluzzjonarju Manwel Dimech kien qed isejjah lin-nisa Maltin biex iqumu ghad-drittijiet taghhom, il-Kurja kienet qed twiddeb li dak ta’ Dimech kien taghlim diametrikament oppost ghal dak li hemm fil-Bibbja u wissiet li kellha s-setgha li tikkundanna kemm lix-Xirka tal-Imdawlin ta’ Dimech kif ukoll il-gazzetta tieghu, Il-Bandiera tal-Maltin.  Effettivament, il-kundanna, l-iskomunika u l-ezilju ta’ Dimech huma fatti storici maghrufin bizzejjed. 

Lino Cassar, habib intimu ta’ Mintoff u wiehed minn dawk li kien jazzarda jghidlu affarijiet li haddiehor ma kienx jissogra jghidlu minhabba t-temperament tal-perit (7), jghid li minbarra ammirazzjoni lejn Ibsen, Mintoff kien qara sew lil Shaw, u li wiehed mid-drammi favoriti tieghu kien Pygmalion (romanza teatrali f’hames atti, pubblikata fl-1912).  Meta harget il-verzjoni filmika tal-1938, diretta minn Anthony Asquith, Mintoff kien segwiha f’Londra.  Kien hemm drammi ohra li nteressaw lil Mintoff mill-qrib, fosthom Murder in the Cathedral (1934) ta’ T.S. Eliot, b’Robert Donat bhala l-Arcisqof Thomas Becket, il-protagonist li jinqatel fil-Katidral ta’ Canterbury fl-1170.  Mintoff kellu d-dramm shih irrekordjat u kien semghu diversi drabi fid-dar tieghu f’Hal Tarxien.

Cassar jitkellem ukoll dwar jekk Mintoff kellux sens t’umorizmu.

Jiddependi f’liema burdata kien ikun.  Mintoff ma kellux triq tan-nofs: jew burdata tajba jew burdata pessma. Hobbu jew oboghdu.  F’burdata tajba kien jaf jiehu cajta (izda hu nnifsu ma kienx jirrakkonta cajt) anki dwaru stess.  Cajt sesswali kien jittollerah ukoll, anki f’kamra bi hmistax-il ruh fiha. Wahda mic-cajtiet li tinvolvi lilu kienet dwar kif (l-Arcisqof) Gonzi u Mintoff mietu fl-istess gurnata u Gonzi deher quddiem San Pietru, li gharrfu li qabel jghaddi ghall-Genna ried jissaffa sew billi jinghata kastig.  Bhala kastig, lil Gonzi rabtuh ma’ mara xiha kerha, mahmuga u tinten, u San Pietru qallu li jrid jibqa’ hekk ghal tlitt ijiem shah.  Izda ftit ‘il boghod, Gonzi ra lil Mintoff marbut mal-attrici erotika Edwige Fenech, gharwiena, b’sidirha ma’ wicc il-perit.  U Gonzi pprotesta: “Dan kif lili tajtni dal-kastig kollu u lil Mintoff tajtu lil Edwige Fenech bhala kastig?”  San Pietru spjega lil Arcisqof Gonzi li dak ma kienx il-kastig ta’ Mintoff, imma l-kastig t’Edwige Fenech. (8) 

Ghac-cajta Mintoff kien irreagixxa biss billi qal li kien semaghha qabel, dwar politici u persunaggi ohra, b’verzjonijiet differenti, anki barranin. Min-naha l-ohra, “ic-cajt” ta’ Mintoff kien jiehu forma sarkastika u aciduza, anki personalizzata.  Wiehed mill-hbieb ta’ Mintoff, dilettant hu wkoll taz-zwiemel, kien l-attur Peter Borg Hampton.  Kellu dehra ta’ dandy u kien qed ikollu hafna success bil-verzjoni Maltija tad-dramm The Late Edwina Black (1951) ta’ William Dinnie u William Murun.  Id-dramm Edwina Black jghid l-istorja Vittorjana tal-qtil ta’ mara minn zewgha, Gregory Black, b’avvelenament.  Id-dramm kien mahdum wkoll bhala pellikola, u kiseb hafna popolarita’, bil-protagonist interpretat minn David Farrar.  F’Malta, Borg Hampton kien idderiega d-dramm u anki hadem il-parti ewlenija tal-assassin, rwol doppju li dwaru kien kburi hafna.  Minn dak iz-zmien ‘il quddiem, Mintoff kien beda jindirizza lil Borg Hampton, b’ton inkejjuz, bhala “l-istar”, jew “il-pagun” tal-grupp ta’ hbieb.

Min-naha tieghu, Charles Pace, direttur tal-KRS, il-kumpanija li tiddistribwixxi l-films,  jiftakar l-episodju  tal-“umorizmu iswed” ta’ Mintoff,  meta kien mistieden, ma’ ftit nies ohra maghzulin,  biex jara l-film Twins of Evil (1971), storja tal-biza’ bbazata fuq il-vampiri, diretta minn John Hough bis-sehem ta’ zewg tfajliet mudelli Maltin tewmin, Mary u Madelaine Collinson, li kienu ppuzaw ghall-Playboy wara li waslu fl-Ingilterra sentejn qabel, ta’ sbatax-il sena.  F’mumenti ta’ tensjoni waqt il-film (li jinkludi wkoll element lesbiku), Mintoff kien qed jaghmel “hsejjes strambi biex ibezza’” lill-udjenza zghira li kien hemm fit-teatru privat tal-KRS, interventi li kienu qed jahsdu lilll-ispettaturi nisa.

L-imgiba ta’ Mintoff f’bosta okkazzjonijiet tidher marbuta dejjem ma’ fehmiet qawwijin ta’ grandezza dwaru nnifsu.  Dan hu l-politiku li dejjem ipprova jaghti l-impressjoni li hu bniedem kwalunkwe, tal-poplu (anzi, tal-massa), izda fil-verita’ kellu tendenzi selettivi anki fejn jidhol il-kontroll assolut ta’ dawk ta’ madwaru u ta’ tahtu. Ix-xbiha trasmessa pubblikament ma kinetx taqbel mal-elitizmu tal-bniedem privat.  Bhala persuna privata kien jaghzel cirku ta’ “hbieb” sottomessi lejh, li qatt ma kienu jissugraw imeruh, jaghti l-ordnijiet ta’ x’hin se jiekol, x’hin se jidhol jorqod, x’hin se jqum, x’hin se jisma’ r-radju, x’irid isib lest anki biex imur jghum jew jilghab il-bocci.  Min jafu mill-qrib jghid li kien jghix f’awra ta’ privilegg patrijarkali u fuq il-livell aktar intimu u familjari, dan jista’ jindika ghaliex ghazel li wliedu jiehdu l-edukazzjoni taghhom barra minn Malta.    

Meta f’Ottubru 2002 Joe (Peppi) Azzopardi stieden lil Mintoff ghall-programm popolari televiziv Xarabank, Mintoff gabha bi kbira u ghamel ghadd ta’ kondizzjonijiet, fosthom fejn ghandu jsir il-programm, li quddiemu jkollu udjenza, li ried jara l-mistoqsijiet minn qabel u jinghata garanzija li ma jkunx zvijat b’mistoqsijiet separati, inkella ma kienx se jaccetta li jmur ghall-programm.  Ried li hadd ma jiehu mill-hin allokat lilu, li ma jkunx hemm interruzzjonijiet u li sahanistra fil-programm ikun hemm l-ghannej favorit tieghu u jithalla jghanni, dejjem sakemm mhux mill-hin tieghu.  F’komunikazzjoni mal-awtur prezenti (Lulju, 2011) Azzopardi spjega kif Mintoff kien “ossessjonat” li hadd ma jehodu mill-hin tieghu, u dan kien imur kontra l-format flessibbli tal-programm.  Fil-fatt, dan kien spjegat lil Mintoff qabel il-programm.  Kien evidenti li l-istruttura ta’ Xarabank ma kinetx kompatibbli ma’ kif Mintoff jifhem x’inhi “diskussjoni”. Ghalih, diskussjoni kienet tfisser jitkellem hu u haddiehor jisma’.  Izda finalment, minkejja l-kontroll kollu li ried jimponi, il-programm sar. Id-direttur ta’ Xarabank jispjega ghaliex jahseb li Mintoff accetta li jidher:

Qabel xejn kien assigurat li s-setting se jkun f’Bormla, fi Pjazza Gavino Gulia.  Xenarju adattat ghall-parti li kien se jilghab. Dan is-sett fih innifsu kien stqarrija li kellha taghti risposta lil min (Dr Alfred Sant) f’Bormla stess, fl-istess post, kien ghajru “traditur” ghax kien ivvota man-Nazzjonalisti fil-Parlament u wassal ghall-waqgha tal-Gvern Laburista.  Mintoff ried johloq l-istess ambjent teatrali biex ifisser ghaliex ma kienx qed jaqbel ma’ kif kien qed jitmexxa l-Partit Laburista that Sant.   F’Bormla Mintoff kien fl-element tieghu: kien qed jahdem fit-teatru tieghu, kien qed jingibed mill-kameras, imma ‘l barra mill-konfini ristretti ta’ studjow.  Kellu folla quddiemu (anzi, zewg “folol”, ghax parti zghira mill-pubbliku kienet qed tinsulentah u titfaghlu z-zrar, min-naha tal-genb) u sata’ jikkontrollaha, bhal attur veteran, li jaf jimmanipula ‘l udjenza, bil-pawsi, bis-silenzji, bil-lehen ivarja fil-volum, bil-kontroll anki tac-capcip, ghax ma riedx li l-folla ccapcap il-hin kollu u tehodlu mill-hin tieghu.

Bhalma jigri dejjem, waqt dik l-edizzjoni tal-programm kien hemm ir-rokna satirika, bis-sehem tal-karattru komiku “James Bondin mill-Awtorita’ tax-Xandir”.  Meta qam jaghmel l-intervent tieghu il-komiku (fost il-battuti qal li kien ilu msiefer tletin sena u li meta wasl lura sab li kollox ghadu l-istess, u li anki Mintoff kien ghadu hemm), Mintoff beda jipprotesta b’mod furjuz. Qam minn postu, kollu agitat, ixejjer idejh u ried li “Bondin” ipoggi bilqieghda, ma jahlilux hin.  Ghajru “gidra” u li kien komplici ma’ min kien qed imexxi l-programm.  Beda jipprotesta li “hawn ahna m’ahniex pulcinelli”, li ma kienx se jittollera lil min jisfidah minghajr ma jwiegeb, li ried jirrispondi. Kienet xena li ma tinsihiex (u li ghadha dokumentata b’filmat imtella’ fuq il-You Tube), b’Dom Mintoff fl-aqwa tal-mumenti tragi-komici tieghu, oggett ta’ zufjett, derizjoni imma anki ta’ pateticita’. 

Fi studju separat jistghu jsiru tentattivi biex din ix-xena assurda ta’ Mintoff titqabbel m’elementi mill-parodija Ubu Roi (1896) ta’ Alfred Jarry, xoghol teatrali burlesk kontra l-poter, ir-rghiba, l-impulsivita’ u l-vulgarita’ politika.  Ubu hu s-sultan ta’ renji immaginarji u kaptan tax-xirka tad-Draguni, dejjem bil-bastun f’idu, zaqqu mqabbza ‘l barra, espert fl-awto-gratifikazzjoni.  Aktar sinifikanti, Ubu kien qatel lis-sultan ta’ qablu biex juzurpa l-poter, hekk kif Mintoff kien “qatel” metaforikament lill-mexxej Paul Boffa biex jifred il-partit u eventwalment jehodlu postu bhala mexxej tal-moviment laburista.       

F’okkazzjonijiet spissi, l-atteggjamenti eccessivi ta’ Mintoff jghidu hafna dwar in-natural splussiv u l-insofferenza tieghu. Izda l-prezentatur ta’ Xarabank  jispjega li waqt il-programm, lis-satirista  “James Bondin”, Mintoff hasbu Lou Bondi, l-eks-kap tar-Radju Nazzjonalista u l-prezentatur tal-programm televiziv ta’ Xandir Malta: “Mintoff kien skuza ruhu ghall-izball kolossali li ghamel”.               

L-ASPETT LETTERARJU U L-GEST

Izda Mintoff kien jaf ukoll jaghzel il-kwalita’.  Kien habib intimu ta’ Guze’ Ellul Mercer, id-deputat mexxej tal-partit, u ma setax jonqos li jirrikonoxxih bhala awtur validu u ta’ integrita’, bhalma kien jirrikonoxxi intellettwali ohra assocjati mal-moviment tal-haddiema, bhal Censu Bugeja, “il-hassieb xellugi ta’ Parigi”.  Mintoff kien jaqra b’mod voraci u kien jaqra minn kollox, minn socjologija sa trattati religjuzi, (9) minn storja sa letteratura. Wiehed mill-kotba li kienu affaxinawh kien Ten Days that Shook the World (1919) tal-gurnalist socjalista Amerikan John Reed, li kien qed jaghmel kronaka tar-Rivoluzzjoni Russa tal-1917 u miet is-sena ta’ wara li lesta l-ktieb.  Mintoff kien xtaq li xi hadd jaqleb ix-xoghol ta’ Reed ghall-Malti, fatt li jfakkrek fil-bosta awturi lokali li minn zmien ghal-iehor tfaccaw matul il-mixja tax-xellug f’Malta.  Fost kittieba xellugin assocjati mal-laburizmu f’Malta jiguk f’mohhok minnufih Manwel Dimech (Ivan u Prascovia), Gwann  Mamo (Ulied in-Nanna Venut fl-Amerki), Guze’ Ellul Mercer (Leli ta’ Haz-Zghir), John F. Marx (Tejbilhom hajjithom), Guze’ Orlando (L-Iblah), Guze’ Bonnici (Helsien)  u ohrajn bhal Mikilang Borg, Giacinto Tua, Guliermu Arena, Gino Muscat Azzopardi u Alfons Maria Galea, ilkoll bis-sehem rispettiv taghhom bhala fundaturi tal-Partit tal-Haddiema.  Il-lista tissokta sa zmienna, bi protagonisti letterarji bhal Lino Spiteri u Alfred Sant.  Mintoff innifsu kien artikolista prolifiku, bi preferenza lingwistika ghall-Ingliz kif juru l-kontribuzzjoni kotrana tieghu ghal rivisti bhal The Dawn, The Knight u The Voice of Malta u mbaghad, aktar qrib, The Malta Independent on Sunday.

Bhala parentesi tista’ ssir referenza ghall-profil letterarju li kien ta Herbert Ganado (10)  fejn jidhlu l-kotba fost il-klassijiet “edukati” u “kolti”. Jirregistra li fl-ewwel nofs tas-seklu Ghoxrin, il-kappillani anzjani, l-avukati u n-nutara kienu ghadhom jahilfu b’Dante, Petrarca, Ariosto u Tasso. Fost il-generazzjoni l-gdida tal-kleru u l-professjonisti stajt tiltaqa’ ma’ testi ta’ Goldoni, Metastasio, Alfieri u De Amicis.  Bdew jinfiltraw ukoll il-kotba ta’ whud bhal Carducci, Papini, Capuana, Ada Negri jew Pallazzeschi.   Bhala kotba bl-Ingliz, fil-libreriji privati tal-veterani kont issib ftit li xejn, izda mbaghad bdew jitfaccaw xoghlijiet Shakespearjani, dawk tal-poeti romantici, testi ta’ Scott u Dickens l-ahwa Bronte u Jane Austin.  Ghat-tieni kwart tas-seklu, Ganado jidentifika lil Thomas Hardy, James Joyce, Blasco Ibanez, Proust, Chesterton u sahanistra T.S. Eliot.  Imma l-aktar sinifikattiv hu li skont Ganado, kienu qed jiccirkolaw kotba ta’ awturi barranin bhal Ibsen, H.G. Wells, George Bernard Shaw “u r-Russi kollha”.

Dan jitfa’ dawl ambigwu fuq il-kaz notorju tas-Sedizzjoni tal-1933, meta sitt socjalisti Maltin kienu gew akkuzati li kisru s-Seditious Ordinance billi kellhom fil-pussess taghhom rivisti xellugin u kotba ta’ awturi bhal Shaw, H.G. Wells, Tolstoy (elenkati fi-lista ta’ Ganado bhala testi fic-cirkolazzjoni), Sydney Webb, Karl Marx u ohrajn.       

Lura ghal Mintoff.  Mhux biss fil-kitbiet tieghu hemm it-tendenza didattika, izda anki  f’mumenti krucjali tad-diskorsi pubblici quddiem il-folol kbar li kienu jsegwuh b’reverenza u lealta’.  Mhux rari li Mintoff kien jorbot l-argumenti tieghu mal-Kristjanita’ u fl-istess hin jikkundanna lil dawk li jinqdew bin-Nazzarenu biex izommu lill-poplu fid-dlam tal-medju-evu.  Mintoff kien ihobb jghallem.  Kellu rapport istintiv mal-folla, kien ihoss il-mument drammatiku u jattakka, jew inissel temp ta’ silenzju mahsub, pawsa tqila bl-aspettattiva, bhal attur imharreg.  Min-naha l-ohra, biex iwassal il-messagg kellu bzonn il-fizikalita’, li johloq lingwagg korporju.  L-idejn miftuhin, jew mghollijin ‘il fuq jew ‘il barra, li qatt  m’huma statici, li ma tistax tanticipa l-emfasi taghhom.  Bhalma ma stajtx tanticipa fuq liema skala se jkun impost il-lehen minn mument ghal iehor.  Effettiva wkoll kienet it-teknika tar-ripetizzjoni ta’ frazijiet qosra, inkrementali fil-volum li l-istess, ma kontx taf meta se tkun uzata.  L-impressjoni generali meta tara filmati ta’ Mintoff quddiem il-folol (meta hu mhux konxju tal-lenti) hi ta’ energija interna, mohbija taht l-argumenti, imma li taf tisplodi minn mument ghal iehor, imprevidibbli imma mmirata tajjeb.  Dawn l-elementi drammatici joffru studju bil-wisq aktar intensiv milli qed ikun proposta f’dan it-test.

F’posta elettronika minghand ir-regista Albert Marshall lill-awtur prezenti (10 t’Awwissu, 2011) hemm deskrizzjoni ta’ Mintoff bhala “politiku-attur li kien jaf fuq ponot subghajh x’riedu l-udjenzi tieghu.”  Marshall jikteb hekk:

Kien jaf jimmesmerizza bl-uzu versatili ta’ lehnu, bil-vokabularju ‘vulgari’ mzewwaq b’sekwenzi ta’ diskors anqas spint u aktar pulit, bl-uzu ta’ ‘parabboli’ u t-tixbihat u l-analogiji friski u populisti li kien ipaspar biex lin-nies ifehimhom ahjar, l-uzu klassiku tal-krexxendo tal-lehen meta fl-ahhar, fit-tarf nett, ifaqqa’ l-murtal.  F’Mintoff kien hemm l-uzu ritwalistiku tar-ripetizzjoni ta’ frazijiet biex ir-rettorika tinhass ahjar fil-widna.  Aktar ma kienet tkun kbira l-folla ta’ quddiemu, aktar kienet tispikka t-teatricita’ tieghu fir-recti minn fuq it-trakk.  Kien jaf li x-xaghar ta’ Sansun tieghu kienet il-folla: kellu bzonn l-udjenza daqskemm attur ikollu bzonn lil tieghu.  Kont tkejjel l-adrenalina ta’ Mintoff skont l-energija li kienet tirradja mill-folol ta’ quddiem it-trakk-palk, li minn fuqu kien jinseg il-monologi tieghu, fil-bicca l-kbira improvizzati.       

Jekk noqoghdu fuq l-istudju klassiku ta’ Mehrabian (1968), (11) fil-persunagg politiku l-percentwali tal-importanza tad-diskors tieghu fil-pubbliku hi biss ta’ 7%,                                                                                                                                                                                                                                                 filwaqt li 38% huma marbuta mal-istil tad-diskors u 55% fuq il-lingwagg tal-gisem.  Hu komuni li llum nisimghu fuq it-tahrig “teatriku” (jew kinesiku) li jinghataw il-politici biex jaqtghu figura massima quddiem il-folla jew waqt il-konferenzi tal-ahbarijiet.  Fi zmien iz-zoghzija ta’ Dom Mintoff, Hitler kien joffri l-ahjar xhieda ta’ dan.  Hitler kien imharreg fit-teknika tal-kunfidenza personali, fil-projezzjoni tieghu innifsu, fl-oratorija perswaziva, fil-lingwagg korporju u fis-sofistrija diskursiva. U l-hafna gesti tieghu bil-wicc u bl-idejn ghenuh biex jartikola ruhu b’mod potenti. (12)

Ghalkemm hemm xhieda li Mintoff kien qara sew lil Hitler (13)  u anki kkuppjah verbatim, il-mexxej Malti ma jidhirx li qatt kellu bzonn lil min jghallmu t-teatricita’.  L-atteggjamenti tieghu, attivament konxji jew istintivi, kienu bizzejjed biex jinbena l-kult tal-personalita’ li jiddomina lill-massa.  Dwar il-projezzjoni tal-persona tista’ tkun interessanti l-analizi li jaghmel Stephen J. Lee (1990) dwar Mussolini:

All allegiance was to be focused on the Duce himself, which means that the personality cult became a major priority in the indoctrination process.  Mussolini’s short stature and partial baldness were disguised by a ramrod straight stance and shaven head, both of which were intended to give him a ‘Roman’ appearance.  His demagoguery remained impressive, based on the unsubtle belief that ‘The crowd loves strong men’.  He was also portrayed as an expert rider, fencer, racing driver and violinist. (14)

Waqt meetings tal-massa lil Mintoff ma kontx taqbdu bin-noti quddiemu, izda kien johloq diskorsi istantanji li jvarjaw fil-piz tematiku, fil-gest u t-tessitura tal-lehen.  Il-fakulta’ komunikativa karizmatika tieghu kienet tissahhah quddiem il-folol, filwaqt li fuq in-naha l-ohra tal-munita, hafna baqghu tal-fehma li quddiem il-kameras impersonali tat-televizjoni, l-energija ta’ Mintoff kienet tiddghajjef, ghax essenzjalment, kellu bzonn il-massa bhala l-ossignu ghall-inflazzjoni ta’ ego gganti, ghall-kult li bena u li ghenuh iseddaq il-folol li fih raw feddej, profeta u “medicina” nazzjonali ghal “Malta marida”. 

Albert Marshall, fil-posta kkwotata aktar ‘il fuq, jaghti dettalji dwar Mintoff fl-istudjow tat-televizjoni.  Marshall kien xhud awtentiku ghax bhala direttur ma’ Xandir Malta, f’idejh kellu fdati r-recordings politici ta’ Mintoff.  Ir-regista jghid li l-bzonn nevrotiku ta’ Mintoff biex ikollu udjenza quddiemu kien jinhass l-aktar meta jmur quddiem il-kameras.  Din hi d-deskrizzjoni ta’ x’kien jigri u x’kien josserva Marshall dwar l-orkestrazzjoni shiha li kien johloq Mintoff ghal quddiem il-kamera:

Mintoff kien jasal l-istazzjon akkumpanjat minn folla nies.  Ir-regola kienet li qabel ma jibda r-recording mill-istudjow jintefa’ kulhadd ‘il barra.  Imma mhux fil-kaz ta’ Mintoff.  Dan kien irid lil kulhadd (xi ghoxrin ruh) skjerat madwaru.  Kien jaf li ried ihares fil-lenti: allura kien jordna lil min kien jafda l-aktar ipoggi bilqieghda ezatt taht ras il-lenti tal-kamera u l-bqija tal-udjenza bilqieghda mal-gnub.  Mhux biss.  Kien irid lil dawn in-nies mixghulin, izda mhux kulhadd mixghul indaqs.  Kien irid li fuq min jaghzel biex joqghodlu taht il-lenti jkun aktar mixghul mill-ohrajn.  Hekk kif jibda r-recording sa ma jispicca kulhadd jinbidel fi statwa: kieku qatt xi hadd azzarda jaghmel l-inqas caqliqa jew l-inqas tqahqiha.  Mhux ta’ b’xejn li l-bicca l-kbira tal-kontingent li jkun wasal l-istazzjon ma’ Mintoff kienu jaraw li jinhbew biex ma jkunux fost ‘l-eroj’ li jidhlu fl-istudjow biex jiffurmaw l-udjenza ta’ Mintoff.  L-impersonalita’ tal-kameras lil Mintoff kienet iddejqu u kien jivvinta ritwal biex jippersonalizzaha.  Kien jaf li l-mikrofnu ma jippermettilux il-volum tal-lehen ta’ minn fuq it-trakk, allura kien jikkontrolla lilu nnifsu b’mod dixxiplinat.  Quddiem il-kamera ma kienx jirrecta u ma setax jiggestikola bil-mod grandjuz tal-pjazza.  Kien jirrifjuta li jaghmel il-make-up u kien espert tat-teknika tal-pawsi u s-silenzju, donnu tharreg f’xi skola tat-teatru.    

Aktar m’ghadda z-zmien, imbaghad, Mintoff beda jsir iktar eccentriku u inqas kapaci “jimmanigga” l-istinti aggressivi tieghu: nghidu ahna, fit-tnalja tal-anzjanita’, id-dehra ta’ Mintoff bdiet tittradixxi s-sintomi tal-paranojja tal-ahhar att, kif urew il-filmati dwaru meta waqt il-kampanja tal-2008  kien cempel lil gurnalista tal-istazzjon televiziv nazzjonali biex iwasslu fl-Ufficcju Elettorali fil-Belt  (ir-ragunijiet baqghu misterjuzi).  F’burdata deliranti, Mintoff beda jaghti bil-bastun biex il-kameras ma jkomplux jigbdu. Il-filmati wrew li l-patrijarka kien dahal tassew fix-xenarju kiesah tax-xitwa ta’ hajtu, fizikament u mentalment vulnerabbli, izda b’dozi tal-istess pretensjoni u arroganza tal-ahjar staguni tieghu.

L-ghedewwa tal-perit “salvatur” kienu kotrana, u sa mill-bidunett kien hemm attakki frontali li jizzuffjettaw bl-immagni goffa li kien beda jipprojetta Mintoff.  Ghall-ghedewwa tieghu, nghidu ahna dawk imxierka (hafna drabi b’anonimita’) fil-gazzetta reazzjonarja Lehen is-Sewwa,(15) “dan il-Malti minn Bormla” kellu x-xewqa gholja “li jaghmel minn Malta torca li ddawwal id-dlamijiet tal-umanita’, ghalkemm tixhed ezaltazzjoni tal-mohh li jwassal f’xifer ir-redikolu.”  Mintoff kien deskritt bhala bniedem “b’mohh imhawwad, b’morbozita’ li wiehed jispjega car u mhux ghageb li din it-torca dawlija tara fuq pjan wiehed lil Gesu’ Kristu, Disraeli, Einstein u Karl Marx”.  

Wara tmiem it-Tieni Gwerra Alfred Gerada, karikaturista kontemporanju ghal Il-Berqa, gurnal filo-britanniku u apologista ardenti tal-Knisja lokali, mhux biss kien qed jorbot liil-Partit Laburista mad-dittatura, imma kien qed jislet bhala mudell lil Josef Stalin, l-awtur tal-oppressjoni u l-qtil tal-massa.  Stalin kien qed ikun figurat igorr bagalji mimlijin “guh”, “ghaks”, “mizerja”, “tbatija” u “tixrid ta’ demm” jew jitpinga bhala arguzin, jikkontrolla bil-ktajjen karattri li jirrapprezentaw “il-liberta’ tal-istampa”, “il-liberta’ tal-hsieb” u “l-liberta’ tal-kelma.” Certament, Gerada ried jimplika li Mintoff, percimes tal-moviment socjalista f’Malta, kien sinonimu mad-dittatura stalinista fir-Russja komunista.        

IL-FESTI GHALL-MASSA

Ghall-programm socjalista li ried iniedi ghal Malta, Mintoff kien jemmen ukoll fl-impatt drammatiku tal-festival tal-massa. Sa mill-1944, meta wasal lura Malta wara l-istudji tieghu fl-Ingilterra, Mintoff beda jinsisti fuq il-valur simboliku tal-manifestazzjonijiet tal-Ewwel ta’ Mejju.   Fl-1 ta’ Mejju 1945,  fl-ewwel pagna ta’ The Dawn, organu tal-Partit Laburista u li mieghu Mintoff kellu rbit strett, artiklu mhux iffirmat (izda li Boffa kien iddikkjara li kitbu Mintoff stess) kien argumenta favur il-valur simboliku tal-manifestazzjonijiet pubblici u l-effett taghhom fuq l-immaginazzjoni tal-massa:

Deeply-felt and popular movements throughout the history of mankind, have adopted and exploited, at one stage or another, the power of symbolism on the imagination and emotions of the human race.  The Cross and the crescent, the eagle and the lion, the swastika and the V-sign, the skull and cross-bones and the square and compasses are but a few of the emblems of associations, religious, national, political and non-descript. Christmas and the end of Ramadan, New Year’s Eve and Empire Day, Fourth of July and September the Eighth are symbolic days made gay not so much by pageant and tinsel decorations as by the moral and emotional attributes ascribed to them in the minds of men.  Sometimes tradition has been slowly modified to suit the new spirit of the times: the meaning behind the symbolism has undergone a change and the interpretation has been given a nobler and a wider scope.  And May-Day by its associations and fertile evolution is by far the richest and most widely-accepted festival in the family of healthy nations.

Ma setax jonqos li l-artiklu ma jurtax lill-ortodossija sekulari u l-aktar lill-Kurja.  L-artiklu ta’ Mintoff wasal meta kienu dejjem qed jikkargaw l-akkuzi li l-Partit Laburista kellu ispirazzjoni komunista u li l-Ewwel ta’ Mejju kienet il-festa li tnediet f’Parigi mill-Internazzjonali Socjalista, lura fis-sena 1889.  L-artiklu f’The Dawn  kien qed ikompli jikkomprometti lill-partit immexxi minn Boffa, li kien qed jaghmel minn kollox biex jinnewtralizza t-timbru tal-komunizmu li tghabba bih il-moviment tal-haddiema. Izda Mintoff kellu l-ideat tieghu u ma kien jiddejjaq xejn li fl-artikli tieghu juza termini bolxevisti bhal “proletarjat” biex jiddeskrivi lill-haddiema u liz-zghazagh (16) jew jirreferi ghal Das Kapital. (17)               

Il-kitba dwar is-simbolizmu espressiv tal-Ewwel ta’ Mejju m’hijiex interessanti biss ghall-aspett ideologiku taghha.  Turi wkoll it-twemmin ta’ Mintoff fil-manifestazzjoni pubblika, fir-rabta bejn ir-ritwal u l-politika, bejn ic-celebrazzjoni tal-massa u l-immartellar tas-solidarjeta’ komunitarja bhala ghodda f’idejn il-poter, xi haga li l-Knisja, nghidu ahna, fehmitha sekli twal qabel permezz ta’ liturgija elaborata u festi kollettivi.  Mintoff ried li mhux biss tkun legittimizzata celebrazzjoni socjalista, izda li tkun mistifikata.  Ried li jinholoq ritwal politiku strutturat, anki cerimonjali, kif bdew juru, eventwalment, il-festi ta’ Jum il-Haddiem mill-Partit Laburista taht it-tmexxija ta’ Mintoff.  Kienet il-motivazzjoni simbolika u festiva li wasslet ghall-introduzzjoni ta’ kuncerti muzikali, ghas-sehem tal-kazini bil-karrijiet kuluriti u parodici, ghall-holqien tal-marci (anki mit-tfal tal-Brigata Laburista) jew ghall-isfilati maghrufin bhala l-Battle of Flowers.

David Kertzer (1988) kien spjega r-rabta bejn ir-ritwal politiku (specifikament, fost l-ohrajn, isemmi l-Ewwel ta’ Mejju) u l-element drammatiku.  Jghid li ghal festa ritwalistika bhal dik, li thallat il-matrici socjali mal-aspett psikologiku, in-nies ikollhom okkazzjoni li jaraw lilhom infishom bhala protagonisti fi produzzjoni drammatika.  U jelabora hekk:

Ritual provides one of the means by which people participate in such dramas and thus see themselves as playing certain roles.  The dramatic quality of ritual does more than define roles, however, it also provides an emotional response.  Just as emotions are manipulated in the theatre through the ‘varied stimuli of light, colour, gesture, movement, voice, so too these elements and others give rituals a means of generating powerful feelings. (18)

Anki bl-evoluzzjoni tar-ritwal politiku fil-festi tal-Ewwel ta’ Mejju, Mintoff irnexxielu jipprovoka lill-Kurja, li kienet qed theggeg biex il-haddiema jiccelebraw l-Ewwel ta’ Mejju “b’mod Kattoliku”:

Il-Knisja enfasizzat li din kienet ‘festa tax-xoghol’, kienet il-maghmudija nisranija ghal dan il-jum, minflok ma jigi celebrat b’mod politiku kif kien ilu u baqa’ jsir f’bosta pajjizi Ewropej.  Kien important ghall-Knisja li dan il-jum jitqies bhala festa nisranija u li l-haddiema jingabru madwar l-Arcisqof biex jaghtu qima (lil San Guzepp), il-patrun tal-haddiema. (19)  

L-AGGRESSIVITA’

L-aggressivita’ fil-karattru ta’ Mintoff hi leggenda fiha nfisha.  Hi leggendarja daqskemm hi notorja.  Min jafu jixhed kemm dejjem kellu karattru fokuz, jitlef it-tempra u jirrabja maljar, jghajjat u jsabbat ghal kull l-icken haga, izda mbaghad jikkalma malajr.  Kien jipparalizza lill-irgiel ta’ quddiemu, icekkinhom u gieli bikkihom, litteralment.  Eks-ministri fil-Gvern tieghu isostnu li Mintoff kien jghajjat ma’ dak li jkun ghax kien jemmen fil-potenzjal tieghu.  Jekk ikun qata’ jiesu minnu, jinjorah.  Izda maz-zmien, l-egomanija tieghu firditu mir-realta’, tilef il-kontroll fuq certi ministri li bdew jezercitaw il-vjolenza bhala tattika politika, ghazla li mbaghad wasslet ghall-kollass tal-valuri demokratici tal-Partit Laburista u dahhlitu fi sqaq.  Ir-ritwali issa kienu nbidlu f’manifestazzjonijiet ta’ aggressjoni, theddid u swat.  It-teatru mintoffjan kien sar it-teatru tal-krudelta’.   Forsi l-ahjar deskrizzjoni, sintetika u realistika tal-perit Mintoff kien ikkomponiha l-Professur Guido de Marco waqt id-dokumentarju televiziv Biografiji, prodott tal-kumpanija medjatika Where’s Everybody? :  “Mintoff hu l-politiku b’mohh demokratiku u stil dittatorjali.” 

In-narrativa ta’ Mintoff hi mizghuda b’dawn il-kontradizzjonijiet, ambigwitajiet u ambivalenzi.

Quddiem l-ghedewwa tieghu, reali jew immaginarji, Mintoff kien ardit, anki ma’ dawk li kienu varawh fil-karriera politika tieghu.  Dak li gara bejn Boffa u Mintoff fix-xhur u l-gimghat ta’ qabel ma Mintoff qasam il-Partit tal-Haddiema fl-1949, jixhed tajjeb li qed jinghad hawn.  Bizzejjed niehdu l-episodju li sehh fid-9 ta’ Seettmebru ta’ dik is-sena, meta partitarji mintoffjani kienu qeghdin juzaw “metodi terroristici” biex jaqilghu l-inkwiet fil-pajjiz.  Boffa kien akkuzat li ordna lill-Pulizja biex taghti s-salt fuq il-folla ta’ dimostranti, izda Boffa kien xehed li hu qatt m’ordna crash, imma ssolecita lill-Pulizija biex taghmel dmirha, ghax kienet qed tkun dghajfa wisq fil-konfront tal-mintoffjani. (20)

Dwar il-kaz, Boffa kellu konfront dirett ma’ Mintoff waqt seduta tal-Assemblea Legislattiva.  Il-konfront ha xehta drammatika, b’Mintoff jinsinwa kontinwament li l-haddiema kienu daru kontra Boffa u li mhux ta’ b’xejn kienu rrikorrew ghall-insulti mill-pjazza.  Boffa jirrispondi li la jibza’ minn Mintoff u lanqas mill-elementi li riedu jaqilghu l-inkwiet.  Mintoff jirritalja.  Boffa jakkuza lil Mintoff li n-nies tieghu riedu juzaw metodi li jitterorizzaw.  Mintoff jakkuza lill-Pulizija li sawtu lin-nies tieghu, li ried jirrappurtahom lil-Gvernatur u jirrapporta anki lil Boffa. L-isterizmu kompla jzid u sa xahrejn wara, waqt meeting tal-General Workers’ Union f’Bormla, il-folla bdiet tghajjar lit-tabib Boffa “vili”, li tridu “jinzel” jew “jitnehha”. (21) Il-folla mintoffjana diga’ kienet qed tiddakkar mill-istil tal-bniedem tal-konfront u l-atti drammatici tieghu.

Interessanti jkun osservat li fis-snin li qed nitkellmu dwarhom f’Malta, f’Los Angeles kienet qed issir analizi tal-kuntest tal-kampanji konfrontazzjonali taht kull forma:

Most every American loves a good, hot battler, with no punches pulled.  He likes the clash of arms!  So you can interest him if you put on a fight!  No matter what you fight for, fight for something and very soon the voters will be turning out to hear you, provided you make the fight interesting. (22)

Din il-psikologija tal-konfrontazzjoni Mintoff fehma sew anzi, ikkonsolidaha aktar ma l-massa kbira ta’ segwaci bdiet tqisu bhala l-gellied f’isimha u bdiet tarah u ssejjahlu agent tal-fidwa.  Bhalma attur jehtieg il-vibrazzjoniet tal-udjenza, Mintoff kien jehtieg li l-folla ta’ quddiemu tirreagixxi, tghajjat, iccapcap, ixxejjer il-bnadar u l-imkatar tal-partit, tikkundanna lill-avversarju (ta’ Mintoff, u ghalhekk taghha), tghajjarhom, tirredikolahom u tinsulentahom. 

Quddiem folol massicci, Mintoff sata’ jkun l-attur tal-monologi fl-aqwa tieghu, anki jiddenigra jew jinsinwa b’terminologija vulgari.  Bhala ezempju jistghu jissemmew referenzi mintoffjani, minn fuq it-trakk, li jizzuffjettaw bl-anatomija privata maskili, “bhall-linfa tal-Pike”, “il-bazwa mdendla” jew “il-bocci tal-laham”.  It-terminologija tinkludi wkoll “ingibulhom il-vazu fejn ikakku”, “mit-toqba t’ghajnek”, jew “il-Libjani kakkewha”, fost ohrajn. (23)  Dan l-element vulgari jista’ jkun ittraccat anki fil-gudizzju estetiku populist tar-regim tieghu.  Bizzejjed wiehed jiftakar kemm kienet fqira u baxxa “artistikament” l-emblema tar-Repubblika ta’ Malta fi zmien il-hakma mintoffjana, jew il-monstrozita’ ikkonceputa fil-Birgu bhala “monument nazzjonali” li jfakkar l-gheluq tal-bazijiet Inglizi f’Malta fl-1979.  Il-“monument tal-helsien”, notorju ghall-kruha estetika tieghu u l-konfuzjoni ta’ stili u mottivi, kien joffri lil Mintoff okkazzjoni ohra ghar-ritwal teatrali, din id-darba billi l-mexxej socjalista jkollu l-opportunita’ li jitla’ lejn il-quccata tal-monument “interattiv” billi, bit-torca f’idu, jghaddi minn moghdija maqtugha bejn il-blat imharbat u l-bajtar tax-xewk.    

L-alluzjonijiet abbuzivi u ingurjuzi,  donnhom assalti goffi fuq il-folla, ghandhom l-gheruq taghhom imqabbdin ma’ tip ta’ metaforizzazzjoni “komika” li tfakkrek fl-oxxenita’ tal-commedia dell’arte, li t-teatrin Malti tant reda’ minnha.  It-teatrin dejjem tqies bhala forma “baxxa” tal-ispettaklu, indirizzat lill-popolin.  Mintoff jixhed tendenzi ghal dan it-tip ta’ divertiment politiku populist.  Izda hemm ukoll is-suspett li l-mexxej tal-Labour Party kien qed jaghraf is-saffi tas-sottokultura tal-klassi tax-xoghol u jilghab skont dawk il-livelli. Ironika, meta tqis li kien il-Partit tal-Haddiema li dejjem sahaq dwar l-edukazzjoni u kien Gvern laburista li ntroduca l-edukazzjoni obbligatorja ghal kulhadd. 

Izda hawn ninsabu quddiem kontradizzjoni ohra mintoffjana: il-politiku vizjonarju li kien jiddikkjara li jrid battalja tal-imhuh, u li kull mohh mirbuh hu gwadann kbir ghall-kawza socjalista, biex Malta tinheles mill-klima fitta medjevali, kien qed jiddeverti lill-massa bil-vulgarita’.  Wahda mill-konsegwenzi ta’ dan l-atteggjament kienet li Mintoff irnexxielu jaljena lill-klassi tan-nofs, li l-preferenzi kulturali taghha kienu mili ‘l boghod mid-divertiment politiku li kien qed joffri l-perit-feddej, li f’zoghzitu kien qara lil Ibsen, lil Shaw u lil Fabjani u li kien iggradwa f’Oxford. 

Izda hemm possibilta’ ta’ tifsira ohra fl-uzu tat-terminologija vulgari u skurrili mintoffjana. Kif ifakkar l-awtur u kommedjografu Taljan, Dario Fo (1991), l-oxxen fil-generu tal-kummiedja jew tal-komicita’ licenzjuza dejjem kellu rwol liberatorju, il-qawwa li jehles lill-ispirtu mit-tabu’ u mill-oppressjoni tal-konvenzjoni. (24) Kien importanti ghal Mintoff li jwaqqa’ dawk il-fruntieri ta’ dominanza kulturali konvenzjonali u arretrata, anki biz-zuffjett, it-trivjalizzazzjoni u l-irrevenrenza.

L-inkubazzjoni tal-attitudni populista baxxa possibilment setghet holqot fil-mohh kollettiv tal-borgezija l-percezzjoni dwar “il-marmalja mintoffjana”, stqarrija li ggeneralizzat wisq u li kienet qed tinjora, ingustament, li fil-Partit Laburista kien hemm elementi sofistikati li, b’danakollu u b’xorti hazina, kienu dominati mill-mobilizzazzjoni orkestrata tal-massa.  Ta’ min josserva li mbaghad, fit-teatru proprju, specifikament dak satiriku, inholqu sterjotipi laburisti identifikati facilment. Nghidu ahna, fis-serati annwali Bla Kondixxin/Bla Kommixin li bdew isiru sa mis-snin disghin u baqghu ghaddejjin sal-lum fl-awditorju tal-Universita’, kien introdott karattru “lejburist”, interpretat minn Paul Portelli, b’emfasi fuq il-guffagni, l-injoranza u l-intolleranza.  Interessanti kif wara l-holqien ta’ dan il-persunagg karikaturali, ghall-kontrobilanc, twelled karattru iehor, Frankie Quattromani l-Kukku, nazzjonalist vulgari ffisssat fl-Ewropa,  interpretat minn Ray Calleja fil-programm televiziv tieghu Bomba, ipprezentat l-ewwel fuq il-kanal laburista Super 1 (2001) u mbaghad fuq l-istazzjon nazzjonali (2005).  Iz-zewg karattri kienu mnisslin direttament minn mudelli privi mill-intellett, biex ghamlu kapital farsesk mill-“kultura” tal-bassezzi.  

Mal-wasla ta’ Alfred Sant, fl-1982, bhala chairperson tad-Dipartiment tat-Taghrif fi hdan il-Partit Laburista bdew isiru sforzi konxji biex tkun newtralizzata l-vulgarita’ b’inizjattivi bhat-tnedija tas-Sensiela Kotba Socjalisti (SKS), il-holqien tal-Fondazzjoni Guze’ Ellul Mercer (GEM) u b’mod partikolari bil-festival annwali Iljieli Mediterranji, li fost l-ohrajn introduca teatru muzikali raffinat fil-Gonna tal-Argotti u beda jinvolvi  awturi, registi, muzicisti, kantanti, koreografi, zeffiena, xenografi u kostumisti ta’ klassi. Aktar tard, u l-aktar bejn l-1987-1992 kienet varata wkoll l-iskola-kumpanija Politeatru, b’repertorju wiesa’ ta’ teatru klassiku u modern, minn Lope’ de Vega sa Brecht, Wesker u Dario Fo, mahsub biex iressaq lill-haddiema lejn inizjattivi kulturali ta’ kwalita’ artistika gholja.                                        

Mintoff qatt ma kiteb l-awtobiografija tieghu u lanqas ma wera interess li xi hadd jidhol ghal xoghol biografiku dwaru.  Jista’ jkun li hu tal-fehma li hajtu u hsibijietu kienu rrekordjati bizzejjed fix-xandir u fil-kitbiet tieghu stess, kemm dawk ideologici kif ukoll dawk aktar formali jew ufficjali.  Izda hemm lakuni li ghad iridu jimtlew, fosthom l-element drammatiku (privat u pubbliku) li jikkaratterizza l-psikologija ta’ politiku daqstant kontroversjali.  Fin-nuqqas ta’ testimonjanzi biografici vitali, in-narrattiva teatrika ta’ dan id-dittatur zghir, imkabbar minhabba l-proporzjon tal-palk minuskolu ta’ Malta, imma anki ghax kien l-uniku politiku Malti li hataf l-attenjoni internazzjonali, ghat-tajjeb u l-hazin se jibqaghlha deficit.  Se tibqa’ biss sugett ta’ spekulazzjoni u kongentura. 

Dan it-test m’ghandux pretensjonijiet kbar, izda hu ttamat li jkun ta’ fejda ghal min irid jistudja fil-fond il-komplessita’ “palkoxenika” ta’ persunagg b’vizjoni merkurjali, politiku kulurit, eccentriku u monomanijaku, li bosta baqghu jadurawh, anki wara li ttradixxa lill-Gvern Laburista, filwaqt li qtajjiet ohrajn jippreferu jibqghu jiftakruh  bhala l-aktar karattru kumpless, kontradittorju, skifuz u koersiv li nisslet il-politika tribali Maltija. 

Li fiha nifisha diga’ hi recta semi-komika.

   

 

(1)     Surkov, Vladimir, deputat kap amministrattiv fuq it-televizjoni Cecena, kif rapportat mill-agenzija Interfax News, 8 ta’ Lulju 2011. Ara wkoll The Times ta’ Londra (verzjoni online), 5 ta’ Awissu, 2009. http://www.timesonline.co.uk/tol/news/world/europe/article6738969.ece

 

(2)      Cox, Peter, ikkwotat minn Magda van Kuilenberg fir-rivista Voices On pubblikata mid-Drama Centre, Lulju 2003.

 

(3)     L-MTADA inghalqet b’ordni ta’ A. Agius Ferrante fl-10 ta’ Dicembru 1979. Wara snin ta’ turbulenzi u incertezzi, l-iskola ghaddiet direttament f’idejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u fuq l-inizzjattiva tal-Ministru, il-perit Michael Falzon, inbena post apposta fil-Blata l-Bajda, fl-1994.

 

(4)      L-isem tal-Fabian Society kien ispirat mill-general Ruman, Fabius Maximus Verrucosus, maghruf bhala Cunctator, (dak li jitlajja) minhabba t-tattici kawti li kien juza fil-kampanja tieghu kontra Annibali. Bhal Fabius, il-membri tal-Fabian Society riedu juzaw tattici prudenti biex jintroducu s-Socjalizmu, minghajr rivoluzzjoni. Ghall-grajja tal-grupp socjalista Ingliz, ara Mackenzie, Norman u Jeanne. 1979. The First Fabians. Londra: Quartet Books Ltd.

 

(5)     Mackenzie, cit. 167-172. Ibsen kellu fortuna f’Malta u jista’ jinghad li d-drammi l-kbar tieghu inkluzi A Doll’s House u Hedda Gabler, inhadmu kollha lokalment.

 

(6)     Ara, e.g., l-artiklu “A Word with You, please” li deher f’The Dawn tas-6 ta’ Novembru, 1946, ippubblikat fi Cremona, M.C. 1984.  Il-Bidu tal-Glieda ghall-Helsien. Malta: Dipartiment tat-Taghrif tal-Haddiema. 28.

 

(7)     Cassar isostni li Mintoff kien joxxilla skont il-burdati u li ma kellekx ghazla hlief li thobbu jew toboghdu.

 

(8)     Intervista tal-awtur prezenti ma’ Lino Cassar fid-dar residenzjali ghall-anzjani fil-Mosta, 8 ta’ Awwissu 2011. Edwidge Fenech kienet popolari fil-films tal-kummiedji sesswali Ewropej tas-snin sebghin u tmenin u mghoddija bhala “s-sirena tal-kult erotiku.”

 

(9)     Mintoff kien ghadda zmien jistudja fis-Seminarju, mnejn jidher li baqa’ influwenzat mill-hsieb ta’ Kristjanezmu awtentiku, li ta’ spiss kien jirreferi ghalih fil-messaggi politici tieghu li jorbtu mal-ideologija socjalista demokratika.

 

(10)  Ganado, H. 1977. Rajt Malta Tinbidel, Vol.2, Kap. VII. Malta: Interprint. 64-71.

 

(11) Mehrabian, A. 1968. “Non-Verbal Communication” fir-rivista Psychology Today.  Ara wkoll, “Body Language and Politicians”. 2010.  www.bodylanguageexpert.co.uk/body-language-politicians.html

 

(12) Jones, R.  “The Study of Body Language-Kinesics”. www.greyfalcon.us/restored/Thule%20Geselschaft.html

 

(13) Fil-Konferenza Generali tal-Ghaqda Zghazagh Socjalisti, skont kif irrappurtata l-orizzont tat-22 ta’ Marzu 1980, Mintoff cahad li qara lil Hitler. Izda zewg siltiet kompletament identici, minn Hitler (1939) u minn Mintoff (1958), kienu zvelati mid-deputat nazzjonalista Lino Gauci Borda fl-Aggornament tas-Seduta Parlamentari nru 356 tat-12 ta’ Frar, 1980. Ara, Carthago (ed). 1981.  Duminku Mintoff: Professur tad-Demokrazija, Ghalliem u Mexxej. Malta: Ufficcju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista/Penprint. 171.

 

(14) Lee, Stephen J. 1990.  The European Dictatorships, 1918-1945. Londra: Routledge. 102-103.

 

(15) Lehen is-Sewwa, 11 ta’ Jannar 1939. Editorjal ta’ Herbert Ganado.

 

(16) The Dawn, 6 ta’ Novembru, 1946.

 

(17) Ibid., 9 ta’ April, 1947.

(18)  Kertzer, D. I. 1988.  Ritual, Politics & Power. New Haven: Yale University Press. 11.

 

(19) Borg, J. 1991.  Bandiera Hamra: L-Ewwel ta’ Mejju f’ Malta. Malta: SKS. 65.

 

(20) Zammit Marmara`, D. 2010.  Pawlu Boffa. Malta: SKS. 133-137.

 

(21) Ibid., 137-138. Fost insolenzi ohra, kienet inholqot mill-mintoffjani t-taqbila “Boffa mmoffa!”  Fl-14 ta’ Settembru 1949, taht il-psewdonimu “An Old Comrade”, awtur anonimu kiteb “ittra miftuha” lil Boffa u sejjahlu bniedem ta’ vanita’, inkompetenti, inefficcjenti, ambizzjuz, irresponsabbli, bniedem ta’ falliment, dizastru u li zbalja bil-kbir (ibid).  155.

 

(22) Hudson, K. 1980. The Language of Modern Politics.  Londra: The Macmillan Press. 32.

 

(23) Carthago, (op.cit).  83-84. Ghal gabra komprensiva ta’ kwotazzjonijiet mill-kitbiet, intervisti, xandiriet u diskorsi ta’ Mintoff, ara lill-istess Carthago. 1981.

 

(24)Fo, D. 1991. Tricks of the Trade (Manuale Minimo dell’ Attore. 1987). Farrel, J. (trad.) New York: Routledge. 47-49.