QABEL IL-KORSA TAL-GOLF

 

Protesta ekologika ta’ Mario Azzopardi, imxandra ghall-ewwel darba fir-rubrika Kontrokurrent (In-Nazzjon) tas-16 ta’ Awissu, 2005.

 

 

Qed jghidulna li f’Malta nehtiegu korsa tal-golf biex ikollna turizmu aktar sofistikat.

 

Li m’humiex jghidulna hu li fuq din il-qoxra ta’ art minghajr rizorsi naturali, biex issaqqi korsa tal-korsa tad-daqs li qeghdin jipproponu trid tuza l-volum ta’ ilma li

tehtieg belt ta’ 15,000 ruh f’sena.  U dan, minbarra l-qerda ta’ speci  nativi Mediterranji.    

 

Qabel twebbilna bil-korsa tal-golf bhala imperattiv ghat-turizmu, messna rajna jekk dak li qeghdin noffru lit-turist medju bhalissa huwiex ta’ livell.

 

Messna rajna sew mnejn gejja l-arroganza taghna mat-turisti u mnejn gejja l-manija biex inqaxxruhom hajjin.  Messna rajna wkoll x’ambjent qeghdin noffru.  Messna rajna, qabel il-korsa tal-golf, kien se nikkontrollaw il-kaos fit-triqat, il-hmieg, it-trakkijiet u l-krejnijiet li f’nofs l-istagun tas-sajf saru l-ikoni ta’ din il-gzira konfuza u mahmuga.

 

 

L-ISTEPPI TA’ GHAJN TUFFIEHA

 

Minflok twebbilna bil-korsa tal-golf.

U ergajna qed nuru l-insensittivita’ taghna fejn jidhol il-patrimonju ekologiku. 

 

Filwaqt li Konvenzjonijiet Ewropej qed jinsistu dwar il-harsien tal-paesagg ambjentali bhala wirt kulturali, ahna qed nipproponu korsa tal-golf fuq territorju mimli speci native ta’ hxejjex, fjuri, rettili, insetti u molluski.

 

Beda jidher car li ma kienx hemm studju dwar l-impatt ambjen ta’ l-isteppi f’Ghajn Tuffieha, fejn qed tkun proposta l-korsa tal-golf.  L-esperti qeghdin jghidu li dak it-territorju kapaci jsostni  nofs in-numru ta’ pjanti nativi, inkluzi diversi pjanti endemici.

 

Ix-Xaghra l-Hamra, li minn Ghajn Tuffieha taghti ghall-Manikata u l-Mellieha, trid tkun assessjata ekologikament. L-ambjentalisti esperti li tkellmu, diga’ ddikkjaraw il-valur tipiku Mediterranju ta’ dak it-territorju li qed nikkuntemplaw biex nissaggrifikaw, halli naghmlu hames toqbiet ghall-golf.  F’dak l-abitat tax-Xaghra l-Hamra hemm speci rari, anzi rari hafna.

 

Hemm modi ohra kif nattiraw lejn Malta 30,000 turist iehor.  Nghidu ahna zgur li kapaci nassorbu dak in-numru jekk ma nibqghux ikkundannati bil-fama li l-kaccaturi Maltin jisparaw fuq kull haga li jaraw ittir.  Dawk huma s-sabotaggi reali kontra t-turizmu Malti.  Sabutaggi li jibdew minn gewwa.

 

Ix-Xaghra l-Hamra, fiha nfisha, diga’ tista’ tkun zviluppata ghat-turizmu ekologiku, mhux ghall-golf.  Apparti l-fatt li meta jahkem il-majjistral, ma nafx kemm se jkun jista’ jintlaghab il-golf fuq l-art tax-Xaghra l-Hamra.

 

 

QABEL IL-QERDA

 

Qabel neqirdu x-xaghri limitati li fadal, Malta taghmel tajjeb jekk tifli sew il-Konvenzjonijiet Ewropej dwar il-paesagg.  Qabel ma naghzlu l-golf minflok il-firxiet naturali u nippruvaw inbieghu xi haga li turist partikolari  jaf isibha kullimkien,

ikun f’loku li naraw x’se neqirdu. 

 

Fl-Ewropa llum qeghdin jitkellmu mhux dwar kif jeqirdu x-xaghri biex jifthu korsi tal-golf, imma dwar kif il-pajjizi jistghu jimmaniggjaw il-paesagg kulturali.

 

Skond il-kriterji internazzjonali tal-Kumitat ghall-Patrimonju Dinji, il-paesagg kulturali ghandu karatteristici unici.  Ghandu valur patrimonjali gholi, ta’ xehta jew ohra u ghandu jinghata protezzjoni partikolari.

 

 

IR-RUH PARALIZZATA

 

Il-Konvenzjoni Ewropea ghall-Paesagg tfakkar illi kull paesagg ghandu valur intrinsiku, parti mill-patrimonju tal-lokal u mill-patrimonju kontinentali.  Hu minhabba f’hekk li l-Konvenzjoni Ewropea tiffoka fuq l-immaniggar sensittiv ta’ siti bhal dawn, mhux l-invellar indiskriminat taghhom biex fuqhom jintlaghab il-golf.

 

Fil-kaz ta’ Malta, ix-Xaghra l-Hamra ghandha bosta fatturi Mediterranji.  Ma nistax nifhem kif ghall-gallarija mmorru nitkellmu dwar “il-wirt Ewro-Mediterranju” taghna u mbaghad nillixxaw ettari shah ta’ abitat li jixhed ir-rikkezza naturali u Mediterranja taghna.

 

Hemm xi haga li ma tiffunzjonax sew fil-kuxjenza nazzjonali.  Hemm xi haga filistina li  tikkundannana quddiem l-Ewropa u quddiem id-dinja.  Mhux ta’ b’xejn li qed jirnexxielna nibdlu lil Malta f’manikomju ta’ interessi u prijoritajiet spustati.  Ir-ruh kollox.

 

U ruhna paralizzata.