CHARTER
FLIGHT BLE-0348
B’kollox kienu 93 bejn
irgiel, nisa u tfal. Mhux kulhadd kien jaf
lil kulhadd ghax ghal dawn l-ahhar snin kienu
jinzammu f’partijiet differenti ta’
Lanqas ma taf kif
kienet waslet
Kienet waslet wahedha,
wara li d-dghajsa taghhom kienet inqalbet u nbelghet fid-daghbien tal-ilma u spiccat f’nofs l-ispirti tal-oskurita’, mnejn (kif kienu jirrakkuntaw
f’rahalha) hadd ma jerga’ lura u jibqa’
bla mistrieh ghal dejjem, minghajr
nifs.
Issa kienet fl-ajruport, b’kappell tat-tibna f’rasha u passaport gdid fjamant taghfsu
f’idejha bhallikieku kien blokka deheb
jew il-ktieb
tal-hajja u l-mewt.
Kien hemm kommozzjoni. L-eccitatament kien
jinhass ghaddej bhall-elettriku. Hadd mit-tlieta u disghin ma kien rikeb ajruplan
qabel. Kienu jirkbu karettuni
zlugati jew
bhejjem nexfin ghuda u darba kienu
rikbu d-dghajsa zzaqzaq tad-destin biex qasmu l-bahar
kbir. Imma mhux ajruplan li jaqtaghhom mill-art u jtir bihom fis-sema,
bhal ghasfur enormi tas-seher.
Fis-sala tal-istennija kien
hemm il-gurnalisti. Wahda minnhom resqet
lejn Ngira u staqsietha mnejn hi.
-
-
-
Rutshuru,
fil-Kongo.
-
-
Xi
sitt snin.
-
Zitek
qieghda hawn ukoll illum?
-
Le,
ziti ma felhitx.
Ma felhitx tasal.
-
X’int
thoss bhalissa?
-
Kif?
-
X’int
thoss: eccitata? Ferhana?
-
Hafna
ferhana.
-
F’Malta
kont ghamilt hbieb tal-post?
-
Iva,
kienu jigu jarawna Ylenia u Monique. Ftit ilu kienu hawn,
gew jarawni sejra.
-
X’tahseb
dwar il-Maltin?
-
Twajbin. Kienu jgibulna l-ikel u l-hwejjeg u kienu hbieb.
-
Kollha
hbieb il-Maltin?
-
Mhux
kollha hbieb. Ftit mhux hbieb.
-
Taf
fejn se tkun?
-
X’inhu?
-
Fejn
se tasal? Fi Franza, fejn
se tkun qed toqghod?
In-nies tal-Ambaxxata kienu qalulhom kollox. Kienu se jinqasmu. Uhud imorru
U Ngira diga’
kienet qed tahseb li tixtieq
tidhol tnaddaf id-djar, jew
tahsel il-platti fil-kcina ta’ xi lukanda zghira, jew tidhol tahdem
f’xi fabbrika meta titghallem il-Franciz. Tal-Ambaxxata
qalulhom li f’Champigny hemm il-fabbriki li jippriservaw l-ikel fil-bottijiet u ohrajn li jaghmlu n-nuccalijiet
u l-lentijiet biex it-tobba jaraw l-ghajnejn.
U aktar
ma jghaddi z-zmien aktar tinsa u tinsa,
u tidfen il-fantazmi li bil-lejl baqghu
iqajmuha, anki f’Malta, u mhux l-ewwel darba li
qamet tghajjat u mbaghad, kollha misthija, issib li xarrbet il-friex
bil-biza’.
F’Champigny trid tinsa. Jehtieg li tinsa l-film imtaqqab ta’ tfulitha,
ta’ hajjitha, mimlija wcuh qliel
li kull meta
jfettlilhom johorgu mill-irkejjen tad-dellijiet l-aktar skuri. Tinsa l-vjagg imqalleb
fuq il-bahar, tinsa kif iggranfat
max-xibka tat-tonn, kif hasset l-ispirti
telghin ghaliha mill-ilma. Tinsa lil zijitha tittrapassa
fid-dezert, halqha mimli dubbien, sakemm ma tihux aktar nifs.
Izda fuq kollox
tinsa lil dawk il-gurati kbar u koroh, goffi,
hodor u kannella, lebsin ta’ suldati,
miksijin bl-gharaq u t-tajn, jaghtu fuq
il-bieb tal-gorbog li kellhom fir-rahal ta’ bla
tama, hemm f’Rushuru.
Kienu waslu qtajja’
wara l-ohra.
L-ewwel sitta
jifqghu il-bieb, jaghtu xebgha lil
missierha u lil huha l-kbir u lill-mara
tieghu. Imbaghad jibdew jisparaw
mill-vicin fuq missierha, fuq huha, fuq martu,
fuq iz-zewg uliedhom. U hlief spluzjonijiet
homor itiru ma’ kullimkien ma kienx hemm. U waqt id-daghdigha
tal-gurati qattiela, Ngira tahrab m’ommha
u jinhbew fil-masgar ghal erbat ijiem,
iridu jirremettu dak li raw u ma jistghux u xuftejhom u grizmejhom kamoxxa niexfa.
U ssibhom qtajja’
ohra ta’ bhejjem. Hamsa did-darba. U jitolbuhom
il-flus u d-deheb u meta jaraw li flus
u deheb ma kellhomx, igieghlu ‘l omm u l-bint jinzghu u jkebbu l-hwejjeg. Imma qabel, imiddu lill-mara mal-art bil-herra u tnejn minnhom jaghmlu
maghha, u meta tirrezisti jdawwruha wicca mal-art u jaghtu fiha
U
jkun ghad baqa’ t-tielet qatgha suldati,
hamsa ohra resqin lejhom. Donnhom fis-sakra. Ghajnejhom ta’ zringijiet
morda u jdejhom idellku, hekk kif
jahtfu lill-omm u l-bint u jizfugaw ir-rabja taghhom go fihom. Wiehed wara l-iehor jidhlu
jifqghu ‘il-mara u jifqghu lit-tifla, li tibda
Ngira
Kahindo trid tinsa dak kollu
meta tkun f’Champigny-sur-Marne.
Trid timxi madwar
ix-xmara u taqta’ l-fjuri.
U riedet li
saqajha jirfsu fuq il-haxix mhux
fuq id-dezert u l-memorji kollhom ticlis tad-demm. U f’qalbha tbierek
it-titjira li se tbeghidha mit-trawmi taghha. Forsi l-fantazmi jisktu u ma jibqghux ihabbtu f’rasha. U forsi ommha tkun fieqet
mill-griehi fondi li faqghuha
U forsi thallimha, liebsa l-abjad tal-erwieh twajbin.
Fuq it-titjira BLE-0348, Ngira, it-tfajla
TMIEM