STORJA 2010
GEXWA TA’ NATZRAT U L-GHASAFAR
Mario Azzopardi
Tliet nisa kienu mlefilfin
Id-diskors taghhom kellu hoss baxx, bhallikieku ma ridux lil haddiehor jisma’ x’kienu qed jghidu. F’ghajnejhom kien hemm jigru s-sriep maghlubin tas-suspett. Kienu l-aktar tliet nisa lablaba tar-rahal u kienu jinfettaw lin-nisa l-ohra bhallikieku xejn. U n-nisa kienu jinfettaw li zwieghom u lil qrabathom. F’dik il-ghodwa ta’rih shun u jdellek kienu qed jitkellmu fuq Gexwa u familtu:
-
Qatt m’ghogbuni dawk in-nies
-
U mill-Egittu kienu mahrubin, ha nghidlek. Qalu li riedu joqtlulhom lil binhom.
-
Ara temmen!
-
Tal-gimgha li ghaddiet smajtuha?
Tat-Tempju smajtuha?
Kieku qed jitkellmu dwar dak li gara meta Jusef il-mastrudaxxa u Mirjam, missier u omm Gexwa, marru Gerusalemm ghall-Festa tal-Haruf. Maghhom hadu lil Gexwa, li issa kien ghalaq it-tnax-il sena sewwa. Huma u gejjin lura ndunaw li binhom la kien mal-wiehed u lanqas mal-ohra u xi nies li jafuhom qalulhom li kienu raw lil Gexwa fit-Tempju, il-jum ta’ qabel.
-
U tafu x’kien qed jaghmel?
-
Mela x’kien qed jaghmel?
-
Kien bilqieghda magenb ir-Rabbi Hilleh.
-
U hallina minnek, dalghodu!
-
Qed nghidilkom kien magenb ir-Rabbi Hilleh tas-Sanhedrin u kien qed
ikellmu dwar il-Messija tal-Lhud.
-
Mela issa sar jifhem fil-politka wkoll bin
il-mastrudaxxa! Xi prezunzjoni!
-
Il-ligi tghid li t-tfal ma tridx taghtihom widen,
u dan Gexwa jmur jitkellem mar-Rabbi fit-Tempju Mqaddes!
Dan id-diskors
tan-nisa kien juri
kemm kien hemm antipatija lejn Gexwa u niesu. Qlajjiet dwaru kien hemm bosta. Kienu anki jghidu li Gexwa
kien jidher ta’
spiss mal-patrijiet tal-Qumran, l-Essenin, nies strambi li ma ridux jithalltu
mal-qassisin tat-Tempju.
Jusef il-mastrudaxxa
kien hafna akbar
Jien smajt
fis-sew li dak Gexwa hadd ma jaf ta’ min hu. Smajt fis-sew li Jusef ragel mielah, ma
jistax ikollu wlied, u martu, bil-wisq izghar minnu, kif nafu lkoll, kienet
dinbet ma’ ragel iehor, neguzjant Sirjan jghidu, ghax riedet titqal, u Jusef
hadha bi kbira wisq imma hafrilha, ghax inkellha kienu jhaggruha. Kienu jqattghu hofra u jdeffsuha fiha sa rasha u mbaghad ihaggruha kif kien jisthoqqilha, biex
b’demmha jinhafer dnubha u x-xjaten jaharbu ma’ mewtha u tghib is-sahta anki
Natzrat kien rahal imdewwed bis-superstizzjoni. Kien mizghud bi stejjer ta’
xjaten u maghmul u
sahtiet u medicini strambi kontra l-genn.
Fost l-istejjer tal-misteri kien hemm dik tal-erwieh li baqghu jezistu
wara l-funerali kantati li kienu jsiru fi Kfar Hahorix, tliet kilometri boghod
(Nota tan-Narratur: Hawn xtaqt lill-qarrejja jkunu jafu li hemm
stejjer dwar Gexwa li jinsabu f’kotba qodma, imma li ma nistax noqghod nidhol fihom
fl-irqaqat. Talinqas ta’ min isemmi li hemm kitba li tghid li lil Gexwa, xi
subien u nieshom darba ppruvaw jixhtuh
Gexwa kien beda jikber u meta kienu sabuh fit-Tempju kien beda joqrob
lejn l-irgulija. Lehnu kien hxien u saqajh
u jdejh bdew jinksew bil-pil kannella car u bil-lejl kien jitqanqal u johlom li
qed jizfen id-dabka mat-tfajliet tar-rahal, imbaghad jinza’ u jinzel jghum u joghdos f’ghajnejn it-tfajliet tar-rahal. Mat-tfajliet kien ihossu aktar komdu. Huma kienu juruh xewqat mohbija
Kienet waslet il-Festa tal-Hobz u l-Inbid u dakinhar Gexwa ma deherx fid-dar. Kien soltu li wara x-xoghol fil-hanut ta’ missieru imur jimxi, daqqa f’xi gardina taz-zebbug u drabi ohra lejn xi ghadira fil-qrib. Imma dakinhar ma kien deher xejn. Gara li ma’ nzul ix-xemx, folla ta’ rahhala, bl-Ghakka Huttaba fuq quddiem u nisa u rgiel warajha bl-ghesieleg u l-gebel ghal-lest, bdiet tghajjat u tirvella quddiem id-dar ta’ Jusef u martu. Imbaghad bdiet niezla xita ta’ gebel.
Jusef ma ssugrax
jiftah il-bieb u tela’ jkellem lill-gemgha rrabbjata
-
Ghaliex qed taghmlulna hekk? Fiex inqasnikom jien u marti?
-
Intom it-tnejn u binkom maghkom, intom nies is-sahta! Is-sahta taghna intom!
-
Tafu fejnhu binkom ja shahar tal-gwaj?
-
Fejnhu, mela?
-
Morru arawh fejn l-Ghadira ta’ Jum Kippur. Morru arawh x’qed jaghmel fil-jum imqaddes
tas-Sibt!
-
Morru arawh izeblah Jum il-Mulej!
Issa f’dawk iz-zminijiet ma stajt taghmel xejn fil-Jum tas-Sibt, ghax kien jum imqaddes, dedikat biss lill-Alla tal-Lhud. L-anzjani kienu jghidu li lanqas jekk jaqaghlek il-hmar fil-gibja ma kellek taghmel xejn biex issalvah, ghax tidneb u ggib is-sahta fuq niesek u rahlek. F’Jum is-Sibt ma stajt taghmel xejn hlief titlob. Xejn li xejn aktar.
L-insulti kienu baqghu gejjin u l-gebel tar-rabja baqghu nezlin fuq id-dar zghira tal-mastrudaxxa. Kissrulu l-ghamara li kienet qed tinxef magenb il-bieb ta’ barra u xi hadd xehet barmil demm tal-hanzir mal-faccata. Jirtoghod, Jusef fegg fil-bieb u qal lill-folla rrabjata li kien se jmur ifittex lil Gexwa dak il-hin stess. Rikeb il-hmar u telaq lejn l-Ghadira li kienu semmewlu r-rahhala.
Sab lil Gexwa wahdu, hdejn l-ilma, gharrubtejh fuq it-tafal imxarrab u madwaru disa’ ghasafar tat-tafal, jew ghaxra jew tlettax. U iehor f’idu, qed jiffurmah.
-
X’int taghmel ibni, f’gieh is-sewwa t’Alla! Taf kemm gibtilna ghajb u nkwiet.
Taf kif se ggennen ‘l ommok u lili?
-
Ghaliex qed tghidli hekk, missier?
-
Iridu jfarrkulna d-dar! Gew
jghidulna x’int taghmel! Ma tafx li llum
Jum is-Sibt?
-
Jum is-Sibt ma jghidx li ma tistax taghmel ghasafar tat-tafal, ja missier!
-
Xejn! F’Jum is-Sibt ma tista’
taghmel xejn! Fhimt? Jum is-Sibt merfugh ghal Alla l-Imqaddes! Armi dawk l-ghasafar!
Gexwa qam bil-wieqfa bil-mod u hares b’moghdrija lejn missieru l-mastrudaxxa. Imbaghad beda jonfoh fuq l-ghasafar, wiehed wiehed, u l-ghasafar bdew itiru, b’qalbhom tqila.
U kif jirrakkuntaw dawk li semghu l-istorja kollha, l-ghasafar li fforma Gexwa kienu qeghdin jibku u d-dmugh taghhom thallat mal-ilma tal-Ghadira u ghadu jigri mal-ilmijiet tad-dinja.
TMIEM