TEEN STORY – LULJU 2010
IL-PRINCEP
ZRING
-----------------------------------------------------
Kulhadd jaf li z-zring mhux xi kreatura li tghaxxqek bis-sbuhija. U dawk li studjaw is-simboli tal-annimali u hlejjaq strambi ohra jizolqu, jafu wkoll li z-zring jidhol f’hobb in-nisa u jibdilhom fi shahar b’patt ma’ Belzebub. Kien hemm setet li jafdaw hafna fl-gherf taz-zring u kienu jaqilulghu lsienu u jqeghduh fuq zaqq mara biex tghid il-verita’ kollha dwar x’ghamlet u m’ghamlitx, l-aktar jekk zewgha jakkuzaha li marret ma’ ragel iehor.
U gieli kien hemm ix-xita taz-zringijiet u l-pesta li gabu dawk l-annimali li jhobbu jcafilsu fit-tajn. Dak l-amfibju jdarras lil hafna nies u l-hsejjes li jaghmel, bhal ta’ raspa tobrox pala tal-bajtar tax-xewk, iwegghu ir-ras.
Imma stennew ftit, ghax fl-antik kien hemm dawk li kienet toghgobhom il-muzika taz-zring u kien hemm allat bhal Hekeka li jghidu li kienet zring. Jghidu li mbaghad, darba wahda, zelqet fuq roqgha dawl tal-qamar u nbidlet f’mara sabiha, u mbaghad f’alla li taghti hlas tajjeb lin-nisa.
Ma niftakarhiex bl-ezatt, u ghalhekk se jkolli nivvinta xi ftit. Jekk hemm dawk fostkom li jafuha mod iehor, ahfruli.
Mela. Il-fatati kienu jghixu
hienja flimkien, iziggu
Ma’ sbieh il-jum, bezlin bhal dejjem, kienu johorgu jbexxu l-pjanti u l-fjuri, skond l-istagun, u qabel titla’ x-xemx kienu jibdew il-matutin tal-qawsalla, henjin u minghajr inkwiet.
Mela tistghu timmaginaw l-ghageb taghhom meta jum fost l-ohrajn, hdejn l-ghadira, mimli tajn kannella, jaraw lil dan iz-zring, b’ghajnejh imqabbzin fuq rasu u jdejh bi swaba’ xi ftit bhal taghhom, imma goffi u mdellkin u mwahhlin ma’ xulxin.
…Xkrukinxrakkiggragkrugg…Xkrunkingraxxigrak…krukraggingkruxxkrughkuhgru…
Iz-zring kien qed jipprova jitkellem, imma hadd ma fehem xejn.
Imbaghad hin bla waqt, beda jitkellem bil-lingwa li setghu jifhmu huma. Qalilhom li kien bniedem anzi, li kien Princep.
Qalilhom li kien hemm sahhara minghula li bidlitu fi zring u haditlu kollox: il-flus, il-palazz, il-principessa tieghu, u sahansitra hwejgu kollha.
-
M’ghad baqaghli mkien fejn nghix
hlief fl-ghadajjar imdennsa u ma baqaghlix x’nilbes hlief din il-qoxra tizloq, griza fil-kannella. Qed nitlobkom thennu
ghalija!
Dakinhar bil-lejl, il-Fatati tal-Gudimpar iltaqghu taht l-istilel u wara konferenza twila qatghuha li jghinu liz-zring-Princep. Mas-sebh il-fatati kollha taru wara Lavanda, il-mexxejja taghhom u l-isbah fosthom ilkoll u marru jkellmu lill-mistieden stramb taghhom.
-
Se nghinuk! X’tixtieq l-ewwel ghaziz zring?
-
Princep, jekk ma jimpurtax! Ghiduli Princep!
-
Princep-Zring izjed preciza!
-
Qabel xejn nixtieq
li jerga’ jkolli palazz.
-
Palazz ma nistghux naghtuk ghax is-seher taghna ma jwassalx sa
palazz, ghaziz Princep-Zring. Imma nistghu naghtuk dar.
Ma deherx li ha gost wisq u beda jirraspa:
xkrukinxrakkiggragkrugg…Xkrunkkingraxxigrak…
Il-fatati xorta hennew ghalih u ma tawx kaz l-ilmenti tieghu. Inghaqdu cirku, qalu xi kliem tal-magija u tfaccat dar helwa miksija bis-sardinell, hgieg tal-kristall u galleria mikxufa ghal fuq l-ghadira.
-
Issa x’tixtieq aktar ja
Princep-Zring?
-
Issa rrid ikla
tajba.
-
Diga’ hsibna ghal
zewg Fatati li filghodu, f’nofsinhar
u filghaxija, se jlestulek
l-ikel li tkun tixtieq u frott bix-xebgha.
-
U nbid: is-soltu
nixrob inbid mil-Libanu jew
mis-Sirja jew
-
Inbid le, jisghobbina. Nistghu noffrulek xarbiet bl-ghasel sakemm tibqa’ maghna.
-
U x’tixtieq aktar
ghaziz Princep-Zring?
-
Ergghu gibuni Princep!
Il-Fatati harsu lejn xulxin u mbaghad lejn iz-zring, li issa kien wieqaf fuq saqajh ta’ wara, donnu pront biex jaghti s-salt lil xi hadd, u ghajnejh iduru mzebbgin,fid-dawl ghammiex tax-xemx ta’ filghodu. Imbaghad tkellmet il-Fatata Lavanda f’isem l-ohrajn kollha:
-
Izda l-bicca ma tispiccax hemm, gheziez qarrejja. Dak li ma kinux jafu l-Fatati tal-Gudinpar kien li meta kien Princep, iz-zring li spicca fil-gnien taghhom, kien ragel kiefer u mimli bih innifsu.
Kull Principessa li kien ikollu mieghu kien jidejjaq minnha u jixhetha l-habs, tiekol il-brodu tal-wirdien sakemm timrad b’imsarinha u tmut. Lil dawk li jmeruh kien jaqtaghlhom rashom minnufih u jitmaghha lill-klieb tal-kacca. U lill-fqar tar-renju, li kienu bil-bosta, kien jitmaghhom bicciet ta’ laham tal-kadavri, mixwi u mxappap fil-hall. Sakemm darba minnhom, missier l-ahhar Principessa li dahlet fil-palazz ta’ dak it-tirann, baghat sahhara liebsa ta’ messaggier specjali, mghobbija bid-deheb u l-hagar prezzjuz, taparsi rigal. U meta sabet ruhha wahedha mieghu, xehtitlu f’wiccu l-imsaren ta’ pippistrell, kantat hafna kliem imsahhar u hekku: il-Princep bla qalb inbidel fi zring jghajjat bil-gargi ta’ raspa tobrox il-pali tal-bajtar tax-xewk.
U jahasra ghalihom, lanqas ma kienu jafu l-Fatati tal-Gudinpar li l-Princep-Zring diga’ kellu f’mohhu li talli ma nehhewlux il-maghmul, xi darba, xi darba meta jerga’ jsir Princep setghan u qawwi, ipattihilhom bl-ikrah u jeqridhom.
Sadakinhar, ikollu joqghod maghhom, u jikkuntenta ruhu bid-dar tas-sardinell, l-ikel tal-fatati u l-ghasel minflok l-inbid ahmar.
Imma xi darba jerga’ jsir Princep.
U mbaghad jarawh sehemhom.
TMIEM