LOVE PARADE

Minn Mario Azzopardi

 

Fl-24  ta Lulju tal-2010, waqt festival tal-muzika techno fi Duisburg, fil-Germanja, intfiet il-hajja taghoxrin zaghzugh u zaghzugha f’mina iffullata, huma u jippruvaw jidhlu fl-arena fejn kienet qed issir Love Parade. Mijiet ohra sfaw feruti gravi. Sabrina V., studenta  tal-iStudji tal-Komunikazzjoni, u li ghandha  xehta partikolarti ghal stejjer umani,  zammet xi noti fid-djarju taghha u ghaddiet  siltiet minnhom lill-awtur prezenti, bil-permess li jixxandru. Hemm min jahseb li Sabrina ghad tghaddi  mit-turmenti tal-poezija.  Is-siltiet: 

Ghaziz Djarju

Ghandi diffikutakbira.  Ghadni ma nafx kif nikteb dwar parata tal-imhabba u nhallatha mal-mewt.  Ma nafx infisser kif 1.4 miljun ruh, zghazagh bhali, imorru jiccelebraw il-muzika u z-zfin tal-hajja filwaqt li f’tubu dejjaq tal-konkrit, ftitil boghod, qed jitghaffgu l-erwieh, qed jinfaqaghlhom il-pulmun, qed jistordu bl-ahhar sturdament, qed icedu l-ahhar nifsijiet maqtughin  u jaqsmu lejn l-eternita’. Irrid nitghallem kif nikteb dwar ir-ritmi tal-hajja maqbudin f’nassa tal-mewt imminenti.  Naf, ghad hemm hafna x’nitghallem.

L-anatomija tal-orrur.  Tfajliet u subien jitgerbu fuq xulxin, jirfsu fuq xulxin, iwerzqu fuq l-ghatba tamewthom.  Orrur jigri fil-mina, jordom kollox tahtu.

Ir-regoli kienu sufficjenti, qalu dawk li organizzaw il-festival. Hadna hsieb is-sigurezza kollha, insistew.  Qlajna 1400 pulizija.  Imma dik il-folla ma rrispettatx ir-regoli.  Hekk qalu.  Anzi qalu li dawk li tghaffgu u fgaw fil-mina fatali kienu intossikati.  Iddrogati.  Digakienu qed jaraw kollox imzelleg u irreali qabel mietu. Mhux tort taghna. 

 

Ghaziz Djarju

Illum qrajt intervista li ta s-Sindku tal-belt fatali:  Jekk il-belt hi responsabbli, ahna lesti niehdu r-responsabbilta’.  Ahna kellna pjan solidu ghas-sigurezza.   Hekk qal is-Sindku waqt konferenza tal-ahbarijiet.  U kompla jghid lill-gurnalisti li parti mill-htija ghandha tinghata lill-vittmi.  Hekk qal. U meta hareg mis-sala tal-konferenza kien issuttat bl-iskart u talab li jkollu mieghu il-gwardji biex iharsuh mill-ghadab tan-nies.

Kulhadd iwahhal f’kulhadd.  Hekk kif ix-xemghat fil-post tat-tragedja jinhlew u l-fjuri jinxfu u l-messaggi jintfew bix-xemx jew jixxarbu bix-xita.  Qrajt li qed jinvestigaw jekk dan kienx att kriminali tanegligenza,   jekk dak li gara kienx ir-rizultat taippjannar fqir u traskurat.  Il-Union tal-Pulizija qed twahhal fl-organizzaturi u fl-ufficcjali tal-belt.  Imma xhieda li kienu prezenti qed jghidu li l-Pulizija u membri privati li kellhom jiehdu hsieb is-sigurezza, meta raw li ma kienx hemm aktar post fejn joqoghdu n-nies,  ghalqu l-unika  dahla li kien hemm ghal fejn kien qed isir l-avveniment.  U d-dahla kienet qed isservi wkoll tahrug u mijiet kbar inqabdu fil-mina.  Il-Pulizija qalu li dan mhux minnu.

Li hu minnu hu li nholoq it-tubu dejjaq li qata’ l-ahhar sentenza tadawk kollha li taw l-ahhar nifs sfurzat u cedew l-ispirtu.  Quddiem il-mewt b’halqha miftuh, bir tal-bizaminghajr qiegh,  minghajr kompromess. Li dahlet  minghajr ma nduna hadd, trasparenti, fantazma indifferent.  

 

 

Ghaziz Djarju

Din tatant imwiet ghalxejn fil-mina tal-konkrit  tatni gewwa wisq.  Ma nafx, forsi jien sensittiva zzejjed. Hekk jghiduli shabi. Forsi jmessni naccetta l-hajja kif inhi.  Anzi, naccetta l-hajja u l-mewt kif inhuma.  Imma l-mewt suppost tasal bl-intervalli, suppost tasal meta l-gilda tibda titkemmex, meta l-gogi  jerhu, meta l-ghajnejn jizzelgu, meta l-qalb tkun ghajjiet wisq, meta tkun hlejt l-esperjenzi u l-memorji ma jkollokx aktar x’tambihom.  Izda fil-mina tal-konkrit il-mewt grat mod iehor.  Giet bhal lifgha gganteska, liebsa bil-barnuza b’kollox, u redghet lil dawk l-erwieh kollha li ma lahqux iffirmaw il-futur. 

Fil-ghaxija rajt intervista fuq it-TV.   Intervistaw lil wiehed mid-DJs  fil-Parata tal-Imhabba.

-          Int kont wiehed mix-xhieda ewlenin?

-          Le, mhux ezatt. Waqt il-festival ma kontx naf x’qed jigri.

-          Jigifieri l-bands baqghu idoqqu u n-nies qed jitghaffgu u jmutu?

-          Proprjament ma kienx hemm bands.  Konna DJs  biss indoqqu techno.  Jien sirt naf x’gara wara li spicca kollox. 

-          Jigifieri baqakollox ghaddej bhalkieku xejn?

-          Il-pulizija hasbu li jekk ihabbru x’qed jigri, il-paniku jizdied bil-kbir.

-          X’kien l-ewwel li kont taf?

-          Li sfrundat struttura u mietu n-nies.

-          Fil-fatt dawk iz-zghazagh kollha mietu fgati fil-mina, imghaffgin.

-          Hekk irrizultali wara, iva.

-          Min tahseb li jahti?

-          Nahseb li r-responsabbilta hi tadivesi nhawi.  Jidher li l-paniku kien konsegwenza tanuqqas tahsieb u nuqqas tasigurezza.

-          Hemm min jghid li l-organizzaturi thanzru ghall-flus, ghall-profitt, u bdew idahhlu folla enormi meta ma kienx aktar post.

-          Ma nafx, ma nidholx fi kwistjoni bhal din. Ma nafx.

-          Tahseb li trid tergatiehu sehem f’attivitajiet kbar bhal dawn?

-          Ma narax ghaliex le.  Jien ma kellix x’naqsam ma’ x’gara.

-          Min kellu x’jaqsam?

-          Ma nafx.  Jien DJ, mhux prosekutur.

        

 

Ghaziz Djarju

Illum tellghu il-filmati fuq il-You Tube. Laqtuni xbihat tadwejjaq, semplici u kattivi.  Stampi tal-meqrudin:  nuccali ahmar imkisser, bil-hgieg forma taqalb.  Beritta bil-kelma LOVE irrakmata b’kuluri diffferenti. Teddy Bear zghir. Il-forma tazewg katavri  stenduti, impingija bil-gibs abjad u ohxon, xi ftit imzelleg  minhabba l-irxiex tax-xita.  Misluta kbira tar-ramm tonda, xi ftit imghattna.  Mera zghira mkissra, bil-frejm roza jghajjat.  Stocc lipstick imghattan.  U xemghat twal homor, fillieri taxemghat homor ma jispiccaw qatt. 

U hafna fjuri qed jitbielu. Ghallinqas il-fjuri kellhom cans jixjiehu u jitbielu. 

Il-mejtin tal-mina, le.  

Imbaghad waslu t-twiebet, kollha l-istess, uniformi, demokratici.  Recipjenti assurdi.         

Fuq it-TV kien hemm servizz iehor fi programm popolari.  Jarawh hafna nies.  Aktar ma jkun hemm tragedji aktar jarawh nies, aktar ikun kbir l-ispattaklu.  Aktar jidhlu reklami.  Il-prezentaturi jhobbu jgibu nies li sofrew xi kolp f’hajjithom.  Jaraw jistghux johorgulhom zewg demghat jew jifqughomx bil-biki.  Illum gabu lil omm u missier wahda mill-vitmi taDuisbig.  Staqsewhom hafna xorti u bdew igibu ritratti u filmati tabinthom, Lena, 17-il sena.  Ftit izghar minni.  Qghadt nosserva t-teknika televiziva:  

Medium Shot: l-omm temozzjona ruhha u ghajnejha jfuru bid-dmugh. Ileqqu u jaqbdu d-dwal tal-istudio. 

Close up:  kamera numru 3 tidhol fil-vicin, fil-vicin hafna.  Bhal agenta tal-ispjunagg pubbliku, diehla tissikka fuq ghajnejn il-mara msejkna.

Cross fade: Ghajnejn l-omm ixarrbu l-iskrin. 

Two shot: il-missier bilqieghda hdejn martu. Ma jitkellimx.

Close up fuq il-missier:  ihares fil-vojt.

 

Fil-vojt li halliet bintu Kristin.

Fil-vojt li halliet dakinhar li harguha fuq strecer isfar mill-mina, marbuta bic-cingi, b’sidirha sabih sfrundat u xagharha ghadu maqbud f’halqha.

 

 

TMIEM