META JIBDA JITWERREC KOLLOX
Din ma nafx ghandix niktibha.
Ma nafx f’idejn min tista’ tigi din il-kitba. Imma ma nistax inkompli nross fija dak li
naf. Inhossni bhal flixkun tal-birra xxejkjat, se jinfaqa’ u jtajjar salt hgieg ma’ kullimkien.
Lanqas ma naf ma’min ghandi nitkellem dwar x’naf.
Mela l-ahjar nikteb x’naf u nzomm kollox sigriet.
Ommi qed taqlibha ‘l missieri.
Tghiduli li dawn affarijiet li jigru. Imma meta jigru lilek jiehdu kulur iehor. Kollox jiccallas u jsir griz mahmug. Skoprejt x igranet ilu li qed taqlibhielu. U ma nistax ninduna jekk ommi tafx li jien naf.
Il-Hamis li ghadda gejt lura kmieni mill-kullegg. Hadt tisbita kerha waqt il-basketball u fekkikt idi. Mr. Demanuele qalli li m’ghandix ksur, infaxxahieli, ghall-ugigh tani l-aspirina u qalli li ahjar immur nistrieh id-dar. Fl-ghaxra neqsin kwart kont lura d-dar u dhalt fil-kamra tieghi, nara t-television.
Id-dar ma’ kien hemm hadd. Missieri msiefer fuq xoghol u ommi tispicca mill-ufficcju fl-erbgha u nofs.
Nahseb marret xi ftit ghajni bija imma qomt bl-ugigh f’idi. Deherli li smajt lil xi hadd jitkellem isfel. Ragel u mara. Hsibt li missieri kien dahal lura mis-safar qabel il-waqt, u li ommi marrert iggibu mill-airport.
Ittawwalt mill-indana tat-tarag u nara dak li ma nafx ghandix nghid li rajt.
Donnhom kienu maqlughin minn film.
Fl-intrata, ezatt qabel tibda tiela’ t-tarag, kien hemm ommi bil-blaws miftuh, rasha ‘l fuq, isserrah mal-hajt, u ragel b’xaghru folt, jaghti fil-kannella car, b’wiccu midfun fuq sider ommi.
Kienet qed tinghi hafif u tghaddi jdejha f’xaghar ir-ragel li kien hemm imwahhal maghha.
Ridt nghajjat u nghidilhom li qed nara kollox. Imma ma ssugrajtx.
Imbaghad ir-ragel misterjuz beda jilghabilha mac-cinturin u mal-jeans…
- Mhux hawn… imxi nitilghu fuq, issuggerietlu ommi, tipprova tirkupra n-nifs.
Izda hu baqa’ jinsisti u hallilha l-jeans u jdejh bdew ifittxu kif jghaddu ‘l isfel, filwaqt li baqa’ jfittex sidirha.
- Stenna…mhux hawn, mhux wara l-bieb ta’ barra… (sejhitlu wkoll b’ismu, imma ma stajtx naqbad x’kien),
Ommi qaflet il-jeans hafif hafif, u bil-blaws miftuh u sidirha barra, qabdet id ir-ragel u mxiet bil-lajma lejn it-tarag. Qtajtu li kien izghar minnha u kien ruxxan. Forsi b’mustacci rqaq. Mother fucker!
Se jitilghu fuq.
Ridt nahseb imghaggel. Hsibijiet imgiegen jidhlu f’xulxin, bil-mitejn kilometru s-siegha.
Nistahba? Naghmel tabirruhi li m’iniex hemm? Inhallihom jidhlu fis-sodda u nidhol fuqhom ghal gharrieda? Nara lil ommi mixhuta gharwiena b’ragel barrani fuqha? Jew hi fuqu? Innemmes u nara lil ommi tintilef bil-gost u mbaghad nahsadha u nibda nghajjarha nittiena?
Istja jkun haqqha jekk nidhol fuqhom u naqbadhom fil-fatt, it-tnejn imnezzghin, u mbaghad iharsu lejja mberrqin u mbezzghin u jkun haqqha ommi ghax istja qed tnejjek lill-familja kollha mhux lil missieri biss fl-istess sodda fejn torqod mieghu
Bdew telghin it-tarag’, imqabbdin ma’ xulxin.
Ma kellix hila nahsadhom. U ddecidejt x’naghmel.
Dhalt malajr lura fil-kamra tieghi u taparsi bdejt ninnaviga mal-lukkett, biex niftah minn gewwa.. Ghamilt il-hsejjes kollha tad-dinja biex inhallihom jindunaw li fuq kien hemm xi hadd. Imbaghad hrigt mill-kamra u tfaccajt fl-indana tat-tarag.
Ix-xena kienet inbidlet. It-tnejn regghu kienu fl-intrata.
- Ara, Jason, mel’int hawn? staqsiet ommi - Hsadtni b’dawk il-hsejjes kollha.
Din ir-ruffjana t’ommi se tiehu taghha, minn fuq.
- Il-bieb tal-kamra tieghi qed jehel.
- Mela holiday dalghodu?
- Gejt kmieni mill-kullegg, ghax fekkikt idi.
Il-blaws taghha issa kien maghluq, sidirha mghotti, il-jeans maqful u kienet anki liebsa l-blazer irrigat tal-kumpanija. Kienet nezghetu bla kont fl-intrata, ovvjament. Bl-iskuza tal-lukkett kont tajthom il-hin li kellhom bzonn, apposta, biex jibdlu x-xena kollha, bhal zewg atturi makakki.
- Emm… dan Mr. Damato, wiehed mill-partners taghna fuq ix-xoghol. Gejt nippikkja xi files u ried jurini xi haga fuq l-Excel…M’ahniex se ndumu… Issa kif inhi jdejk?
Mr Damato ma qal xejn hlief, Hello.
Ommi nhasset naturalissma. Friska bhal hassa. La mahsuda, u xejn. Tant inhasset naturali li kwazi bdejt nahseb li dak li kont ghadni kif rajt fl-intrata, immaginajtu biss.
Imma Mr Damato kellu xaghru mhabbel. Nesa jirrangah lura f’postu. U kien skomdu, jiccaqlaq nervuz.
Issa naf dak li naf dwar ommi.
Li ma nafx aktar hu min hi verament ommi jew x’loghob perikoluz thobb tilghab jew x’se jigri minn issa ‘l quddiem.
Ma nafx kellix nikteb dan kollu.
Id-dehra ta’ ragel iliegheb ma’ sider ommi ma nistax inhassarha mill-menti. L-istess il-krib u n-nifs imghaggel taghha fl-intrata.
Milll-bqija, kollox izzelleg min-nhar il-Hamis ‘il hawn.
Xejn m’ghadu dritt u fil-post. Kollox twerrec.