POST MORTEM
Minn Mario Azzopardi
Id-dar infern. Hlief ghajjat, tisbit u biki ma sarx hemm.
Ma sirtx nissaporti u qed infittex kull skuza biex kemm jista’ jkun inzomm ‘il boghod. Qed niddejjaq ukoll li ommi u missieri qed juzawni bhal imhallef, meta jindunaw li qieghda hemm, ghax dil-habta la jafu meta dhalt u lanqas meta hrigt. Dil-gimgha rqadt tlitt darbiet ghand Yanika u lanqas biss staqsewni fejn kont.
Il-mewt ta’ hija laqtitna bhal terremot. Beda jaqa’ kollox bhal torri mibni bil-karti tal-loghob.
Kenneth ilu mejjet hames xhur, forsi ftit aktar. Imma naf li kien ftit qabel l-Ghid.
Konna nafu li kkundannat, imma ma konniex nahsbu li se jimbaram daqshekk malajr. It-tobba kienu qalulna li dawk it-tfal li jimirdu bid-distropija muskolari (ghallinqas it-tip li kellu hu) setghu jghixu anki sa tletin sena. Kenneth kien ghadu kif ghalaq erbatax.
L-ahhar glieda li nqalghet id-dar kienet wahda mill-kbar.
Ommi deffsitha f’rasha li Kenneth seta’ ghex, u bdiet twahhal fit-tobba.
- Issa x’qed jerga’ jaghtik? Biex qed terga’ tiffissa? Missieri sar qisu seqer fuq ommi. Qatt ma niftakru lest ikkargat b’dal-mod. Wara kollox min ried jiehu t-tifel San Damian? Jien? Mhux int ridtu fi sptar privat? Jien m’ghidtlekx li ahjar ikun l-isptar centrali?
- Jien se nkellem lill-gazzetti! Ghajnejn ommi kienu mberrqin u difrejha kienu mdeffsin fid-drapp tas-sufan, minghajr ma tinduna.
- X’gazzetti? Mela tassew qed titlef issa?
- Jindagaw x’gara. Kenneth kellu bzonn cucata t’operazzjoni u l-isptar damu jahsbuha!
Hekk qalli l-professur Ellul Dimech wara l-funeral.
Missieri sar selvagg:
- U se jehlu t-tobba! Ma jafx il-professur Ellul Dimech? Ma kienx jaf kollox, ghidlu? Issa qed
jghid hekk? Int trid twahhal f’kulhadd minbarra fik innifsek! Jew f’razztek!
- Tkunx annimal!
- It-tobba kienu qalulna li t-tifel kien imnejjek minn guf ommu! Kienu qalulna li Kenneth wiret
kull ma qabdu minghand familtek! Dak li qalulna! Ghamlu t-testijiet li kellhom jaghmlu, u sabu
dak li sabu! Tiftakar? Jew jaqbillek ma tiftakarx?
- Selvagg! Int annimal u giddieb! Ommi daret lejja, tistenna s-sentenza tieghi minn fuq il-bank tal-Qorti.
- Smajtu x’qed jghidli missierek? Smajtu, ja kelb!
U ommi ntilfet minn sensiha, twerzaq u titfa’ kollox mal-art, fejn gie, gie. Bid-daghdigha anki ritratt ta’ Kenneth spicca jissabbat mal-bieb tal-kamra u wicc hija, irtukkat ghall-okkazzjoni fotografika, spicca kollu xquq tal-hgieg, u t-tbissima tieghu kienet imcarrta u ghajnejh mimljin frak ileqq, mimlijin donnhom stilel zghar li tilfu l-boxla.
Missieri kif sata’ jkun kattiv daqshekk, staqsejt lili nnifsi. Imma ma ridtx nidhol bejniethom. Ma ridthomx jibqghu juzawni aktar. Dawn iz-zewg ghedewwa, lesti jqattghu lil xulxin bhal zewgt isriedaq tal-glied, lanqas biss tigihom f’rashom li anki jien nimmissja ‘l hija. Anki jien ghadni niftakar lil Kenneth isfar mewt, ma jista’ jdahhal xejn fl-istonku, bilqieghda hemm, fuq is-siggu tar-roti, l-uniku mod li bih seta’ jiccaqlaq minn kamra ghal ohra. X’riedet tghidilhom ommi lil tal-gazzetti? Li hija kien lest ghall-mewt, ghall-vjagg it-twil? Terga’ tiftah il-kapitli tal-istorja kollha mill-qabar?
Biex nghid il-verita’, ahna kollha konna nafu li Kenneth kellu marda genetika. L-ispecjalisti kienu ezaminaw l-istorja tal-familja t’ommi. Niftakar lil ommi tibki u tahlef li kienu kienet taf x’gej, kienet tippreferi tmut milli jkollha t-tfal. Jien m’iniex akbar minn hija wisq, imma meta kellu xi tliet snin, niftakru jaqbdu deni kbir u soghla ma trid tieqaf b’xejn. Kien is-sajf u ried jitghatta bil-gvieret u jhewden li qed jeghreq fl-ilma mal-grieden u li kien hemm hafna hut mejjet, b’zaqqu hoxna, jahbat ma’ wiccu.
Kenneth kien beda jmur lura b’velocita’ kbira. Jien niftakarni nosserva l-pxiexen ta’ saqajh u narahom kbar, minfuhin, grotteski. Donnhom bhal tan-nani buffi tac-cirklu. Imbaghad beda jhossu dejjem aktar ghajjien, u beda joghtor u jaqa’ mal-mixi. Ghalih kien sar impossibbli jitla’ l-ghoxrin targa ghall-appartament, u beda jitfixkel kif jaqra u kif juza l-iPOD u l-kompjuter. Qabel kien ihobb jiccettja bil-Facebook, imma mbaghad marlu l-aptit ta’ kollox, u dejjem kont narah hemm, bilqieghda fuq il-wheelchair, bil-pajpijiet imqabbdin mieghu, marbut b’dawk it-tubi rqaq minn idejh u minn imniehru. Kont nisthajlu brimba tal-plastik.
Dwar il-gazzetti ghaddiet t’ommi.
Fis-7 ta’ Novembru ta’ din is-sena, fl-ewwel faccata tal-gurnal Il-Messaggier, kien hemm ritratt ta’ Kenneth fuq zewg kolonni, taht titlu kbir, b’ittri sofor fuq l-iswed:
L-ISPTAR SAN DAMJAN AKKUZAT B’DEWMIEN FATALI
Omm tirrakkonta kif binha sata’ jkun salvat mill-mewt.
Ommi tat il-verzjoni f’intervista li kienet tibda fl-ewwel faccata u tkompli f’pagna 5, fejn kien hemm ritratt iehor ta’ Kenneth liebes l-abjad ghall-precett, meta kien ghadu jaf jitbissem u jidhaq. Ommi akkuzat lit-tobba li damu biex jiehdu l-kaz ta’ Kenneth bis-serjeta’ u qalet li donnhom qatghu qalbu minnu u hallewh imut, kiesah u biered. Qalet lill-gurnal li kulma kellu bzonn Kenneth kien li jiddahhallu tubu permanenti dritt ghall-istonku tieghu, minhabba li ma kienx jista’ jiekol u kien ghal kollox nieqes mis-sustanzi. Ommi qalet li l-kaz ta’ Kenneth kien wiehed f’kull 3,500 tifel, u ghalhekk seta’ jinghata l-attenzjoni kollha. Qalet li t-tifel sata’ jghix sa erbghin sena, li kien ferhan bil-hajja, kien dejjem jidhaq u jiccacra u kien jghidilha li kif jibda jzomm l-ikel, riedha tohorgu hdejn il-bahar u tiehdu f’pixxina fejn anki sata’ jghum ma’ shabu, ghax hbieb kellu hafna, u d-dar dejjem kienet tkun mimlija bihom u dejjem igibulu CVDs, DVDs u kotba fuq kull suggett, ghax Kenneth kien intelligenti hafna u kien jaqra talinqas tliet kotba fil-gimgha u kien se jitghallem il-kitarra u jkanta u jirrekordja d-diski tieghu, ghax kien bravu hafna biex jikteb il-versi u qalet ukoll li ried isiefer fejn taghmel hafna borra, u jifforma ghasafar kbar u sbieh bis-silg, u jitla’ fuqhom u jtir, u l-kamra tieghu kienet mimlija pittura li kien jivvinta, l-aktar xbihat t’ghasafar ta’ kull kulur, u kollox kien ippjanat ghas-safar ghas-sena ta’ wara, meta jaghlaq hmistax-il sena, u kien se jkollu festa kbira b’hafna hbieb, subien u tfajliet, jizfnu free style, u kien se jkun hemm magician maghruf hafna u kollox kien mahsub bil-lest, anki l-inviti.
Ommi vvintat minn zniedha.
L-intervista li tat lill-gurnal kellha rieha qawwija ta’ esagerazzjonijiet fantastici u dakinhar li dehret stampata, ommi ma qalaghthiex minn idejha. Taqraha u terga’ taqraha b’lehen gholi, qisha qed tirrecta, u ttirrepeti kemm ghazlet zewg ritratti sbieh ta’ Kenneth ghall-gazzetta.
- Hux veru, ghid: kemm gie sabih huk f’dawn ir-ritratti, hux? Issa kulhadd ikun jafha l-istorja tieghu. Kulhadd. Kulhadd ikun jaf it-tort ta’ min hu.
Il-haga tal-iskantament kienet li ommi ma kinetx qed taqra l-ahhar paragrafu qasir li bih spicca r-rapport fil-gurnal:
Ikkuntattjat l-Isptar San Damian, kelliem ghall-ekwipp tat-tobba qal li jifhmu d-dispjacir kbir u s-sitwazzjoni tal-familja ta’ Kenneth F., izda jridu jiddikkjaraw li ghamlu kull ma setghu fil-kaz taz-zaghzugh. Anki kieku stess uzaw il-pajp ghall-istonku, tant kien hemm kumplikazzjonijiet u tant kienet iddeterjorat bil-heffa l-kondizzjoni tal-pazjent, li dak li gara kien ghal kollox previst, u l-familja kienet taf bis-sitwazzjoni kollha.
Dakinhar, meta dahal id-dar mix-xoghol missieri, ommi staqsietu b’entuzjazmu kienx ra l-gazzetta. Qaltlu li issa zgur m’hemmx dubju dwar x’gara lil Kenneth.
- U rajthom ir-ritratti tieghu: kemm gie naturali, hux?
Missieri ma kellimha xejn. Hares lejja u baqa’ diehel fil-kcina.
F’daqqa wahda ndunajt li fid-dar kien hemm silenzju kiesah silg u donni rajt lil hija Kenneth wieqaf mal-bieb ta’ barra, dritt, abjad fil-griz, imma minghajr pajpijiet. Wieqaf hemm, minghajr il-wheelchair, bhalma qatt ma kont rajtu qabel. Ghajnejh donnhom kienu rtukkati bl-ahdar, ma kontx certa. Kien qed ihares fil-boghod, b’harsa vaga, imma fl-istess hin kellu prezenza fissa. Anzi le, Kenneth kien hemm u ma kienx hemm. U wiccu beda jixxaqqaq, bhal meta ommi kissret il-hgiega tar-ritratt tieghu. Imbaghad rajtu jdub fix-xejn, bil-mod il-mod. Sakemm mal-bieb kien baqa’ biss dell dghajjef hafna.
Hasadni l-arlogg tal-kuritur, idoqq is-sitta.
U ommi regghet bdiet taqra r-rapport tal-gazzetta. B’Lehen gholi.
TMIEM