VAMPIR 2010

Minn Mario Azzopardi

 

Some humans, known as vampire drainers, like to drink the blood of vampires as it increases their strength, sexual appetite and performance.

Daily Mail, 5 ta’ Novembru, 2009

 

Hadd ma stenna li se tasal s’hawn.

Fl-istudios kollox kien imhejji: it-teknici kienu qed jipplottjaw id-dawL u d-direttur kien qed jipprova l-klipps fuq id-desk, fil-kamra tal-kontroll.  Il-prezentatrici  kienet qed taghti l-ahhar daqqa t’ghajn lill-iskript li lestewlha biex tghidu  bl-amment u kienet waslet fil-bicca dwar kif ix-xjenzati sabu metodu kif f’laboratorju tal-Lvant, ihalltu kimika li tixbah perfettament id-demm tal-vampiri:

Dan juri bic-car li issa, li nafu x’jistghu ikunu l-komponenti tad-demm tal-vampiri, dawn il-kreaturi ta’ bil-lejl m’ghadhomx aktar ta’ theddida ghall-bnedmin anzi, kif nafu, issa  qeghdin jidhlu f’relazzjonijiet romantici u sensittivi  maz-zghazagh taghna u anki mal-adulti,  u dan jawgura tajjeb biex fid-dinja terga’ tibda ssaltan l-imhabba li tant…

Kien hemm certi movimenti li tellfu mill-attenzjoni tal-prezentatrici,  Lena Calla Debono, li fil-bidu kienet tidher ittella’ l-lottu fuq l-ikskrin kull nhar ta’ Sibt, u taghmel ir-reklami tal-brodu tat-tigieg,  imma bis-sahha ta’ kuntatti tajbin u ftit sess mahsub tajjeb, saret stilla televiziva mil-lejl ghan-nhar.

-          What’s happening, ghid?

-          Xejn. Nothing much. Int kompli bl-iskript ghax dalwaqt nibdew.

-          Imma dawk il-hsejjes kollha qed itellfuni, seriously!

Li kien qed jigri hu li barra l-istudios tat-televizjoni kienet qed issir protesta mill-Moviment Kontra l-Vampiri.

Il-haga kienet kibret hafna ghax xi hadd fanatiku kien ipperswada lill-kappillan biex tinhareg l-istatwa ta’ San Nikomedju Afrikanus bhala parti mill-protesta.  Proprajment dan il-qaddis Iswed ma kellu x’jaqsam xejn mal-vampiri, imma l-leggenda tghid li ghex parti kbira minn hajtu jitkaxkar fid-dezert, jiekol biss is-sriep bhala penitenza ghad-dnubiet li kien ghamel bil-mohbi ma’ tliet nisa tat-tribu’ Inguximka.  Darba wahda, xi pellegrini tal-karovani sabuh qed imut bil-ghatx, ezawrit fl-eqqel tax-xemx u haduh f’tinda biex jistejqer.  U hemm beda jobzoq id-demm u minn kull qatra bdiet titla’ xitla mirakoluza, tfejjaq hafna mard, anki mard li jahkem lill-moghoz u l-gmula. 

Mhux maghruf kif l-istawa ta’ San Nikomedju sabet ruhha fil-gzira, u dan l-ahhar kien hemm min beda joggezzjona li fil-pajjiz hemm qaddis patrun Iswed, ghax dan kien se jkompli jigbed lill-immigranti mill-Afrika. 

Imma issa l-istatwa kienet hemm, quddiem l-istazzjon tat-televizjoni tal-istat, lesta biex tehodha kontra l-iskandlu tal-vampiri.  Il-protesta tal-Moviment  Kontra l-Vampiri  ikkargat meta l-gazzetti hargu jghidu li  fil-programm We’re Everybody (b’199.79 elf telespettatur inkluzi rikoverati fl-isptar mentali, burokrati bil-pensjoni, sacerdoti, prostituti, parlamentari miz-zewg nahat tal-kamra,  studjuzi tal-media u klieb tal-pulizija)  kien se jidher, attwalment, vampir Germaniz, Olaf Lichtenstein.  

Din kienet se tkun trasmissjoni esklussiva Ewropea, u fil-programm kien se jkun svelat li Olaf kellu relazzjoni sigrieta ma’ zewg tfajliet lokali, wahda bjonda u l-ohra samra.  It-tfajliet kienu se jkunu intervistati wara skrin, imma Olaf kien se jkun qed jidher live u komplet, b’xahmu u demmu.    

Izda issa l-affarijiet kienu hadu xejra ohra ghax dawk tal-Moviment, fosthom il-Barunissa Rosaria Testa Castelli, benefettrici kbira tal-opri tal-hniena, kienu qed jaghmlu storbju shih, imdawrin mal-istatwa sewda ta’ Nikomedju Afrikanus (mhux vergni).  Il-Barunissa, armla ta’ 77 sena imma ghadha fuq taghha sew,  kienet izzewget lil Klaws, ragel li kien wieghed li jibqa’ sesswalment mhux mittiefes u ghalhekk, hu u martu damu mizzewgin 50 sena minghajr attivita’ karnali.  Kienu jorqdu fl-istess kamra, imma f’sodod separati, dejjem bil-pigama, lozor ixewku sajf u xitwa, u lebsin nuccalijiet skuri tax-xemx. 

-          X’qed jghidulna issa dawn il-producers skandaluzi li mohhom biss fil-flus, kienet qed tghajjat il-Barunissa minn loudspeaker tal-idejn, iddekorat b’hafna santi. 

-          Qed jghidulna li  z-zghazagh taghna jistghu jibdew jerdghu id-demm tal-vampiri u jakkwistaw  aptit u qawwiet sesswali godda, ahfruli l-frazi disgustanti.  Tal-misthija!  Ricetta din, ghas-sahtiet li jigu fuq dan il-pajjiz li dejjem zamm it-tradizzjonijiet tal-indafa morali!  Ma nhalluhomx! Ma nhalluhomx juzaw l-istazzjon tal-poplu biex ikomplu jxandru dawn il-hnizrijiet!

-          Mewt lill-vampiri!

-          Annimaleski!  Korrotti!

-          Habs ghal ghomru lil min irid ihassar ruh iz-zghazagh taghna!

-          Habs u narmu c-cwievet!

-          Ma nhallux lil min jixrob demm uliedna!

 

Fl-istudios qamet aktar kommozzjoni hekk kif xi hadd qal lil kien hemm il-Prim Ministru fuq il-linja.  U mbaghad cempel il-Pesident tar-Repubblika li qal li jinsab inkwetat dwar ir-reazzjoni popolari.  Ftit minuti wara cempel l-Arcisqof li sostna li mill-informazzjoni li ghandu, il-programm ma jidhirx li jista’ iwassal ghat-triq tal-genna.   Mill-banda l-ohra, fl-istazzjon bdew jaslu telefonati u SMSs mill-grupp Kampanja kontra c-Censura: bdew jghidu li fil-pajjiz ic-censura qed tifga lil kulhadd, awturi, artisti tal-palk, maskerati tal-karnival u issa qed ikunu ccensurati anki l-vampiri li tant huma popolari mal-adolexxenti u anki m’ommijiethom.

Fil-kamrin tieghu, Olaf il-Vampir, bil-make up lest u l-gharaq jingabar bocci bocci fuq mohhu, minkejja t-terra li xappulu, kien qed isir nervuz u beda jipprotesta li hemm xi haga li qed tmur kontra l-kuntratt.  Beda jilmenta ukoll li l-mekkanizmu tan-nejbiet beda jirritah.  F’certu  hin fil-programm, il-mekkanizmu li jtawwal in-newbiet kellu jibda jahdem quddiem il-kameras.  Izda lil Olaf beda jirritah, u ried lil min jarahulu.  Il-metodu ta’ kif jahdem il-mekkanizmu kien inzamm kompletament sigriet minn We’re Everybody, li issa bdew jibzghu li l-progett se jisfaxxalhom.    

Barra l-bini tal-istazzjon, bdew jingabru hafna aktar nies.  Kotra kbira kienet migbura madwar San Nikomedju, imma bdew jaslu wkoll jeeps u muturi b’militanti tal-Kampanja kontra c-Censura, tant li ssejhet il-pulizija biex tohloq kurdun u tifred lill-folla.  Dawk ta’ kontra l-vampiri issa bdew ikantaw versi li qassmitilhom stampati l-Barunissa.  B’vuci wahda, strillanti u li riedet twaqqa’ l-bini tal-istazzjon, bdew iwerzqu, aktar milli jkantaw:

Nikomedju ieqaf maghna/Int ehlisna minn das-sriep/ Ishaq rashom qatta’ lsienhom/biex nit’mugh lil corma klieb!

Nikomedju int li f’hajtek/nehhejt l-odju tas-serpent/Ikkundanna lill-korrotti/Ejj’ehlisna f’dal-mument!

Hares lejna Nikomedju/migburin kontra l-vampiri/’Tina l-qawwa ‘tina l-hegga/Biex neqirdu ‘l min hu vili.

 

Tal-gazzetti u l-gurnalisti tal-istazzjonijiet l-ohra tar-radju u t-televizjoni kellhom festa, jigbdu r-ritratti u jintervistaw kemm lil dawk  kontra l-vampiri kif ukoll lil dawk kontra c-censura.  Iddahhlet ukoll l-armata, li f’certu mument kellha tispara tiri fl-arju biex tipprova tikkalma l-irjus.

Izda l-isparaturi donnhom kienu s-sinjal biex dawk tal-Moviment kontra l-Vampiri, taht id-direzzjoni tal-Barunissa u l-kappillan,  it-tnejn b’wicchom ahmar daqs pitrava,  jaghtu s-salt u jinvadu l-istazzjon. 

-          San Nikomedju maghna!

-          Min jista’ ghalina b’San Nikomedju maghna!

-          Mewt lill-vampiri u lil dawk li jemmnu fihom!

Hin bla waqt San Nikomedju Arikanus sab ruhu f’nofs l-istudio tat-televizjoni, idur ‘l hawn u l’hinn u jghaffeg fuq il-kameras, se jaqa’ u ma jaqax, hekk kif beda jithabbel fil-wajers hoxnin mal-art.   Fi shana li bdiet iddewweb kollox, San Nikomedju beda jishet xortih li kellu jsib ruhu f’sitwazzjoni bhal din minflok baqa’ ma’ shabu l-qaddisin tas-sema, isoff il-cocktails celestjali u jilghaq  il-gelati specjali li jqassmu fil-genna lill-qaddisin patruni.            

Mill-kamrin fejn  kien qed jistenna li tibda t-trasmissjoni, hareg  Olaf Lichtenstein, isfar lellux, b’zewg nejbiet kbar hergin minn halqu qabel il-waqt.  Xi hadd ipprova jbaghbas fihom u jreggaghhom lura, imma l-mekkanizmu ma hadimx.

Dak il-hin, San Nikomedju Afrikanus ha skoss qawwi tal-biza’,  instama’ jzarrat xi haga vulgari b’lingwa stramba, u deher niezel zoptu fid-direzzjoni tal-vampir.      

TMIEM