TEEN STORIES – 2010

 

 

XENETTI MHUX EDITJATI

Minn Mario Azzopardi

 

 

1.       ALISTAIR B.

Alistair B. jsuq mutur Ninja-Rocket X7-10 Z.  Jilbes flokk Monster  Dirt Gear 2008 u Fox Racing V3 Helmet.

Alistair B. jilbes il-ktajjen ma’ sidru, mal-polz  u mal-ghekiesi ta’ saqajh.

Alistair B. izarzar l-ekzost pajp biex kulhadd  jisimghu ghaddej jobrox it-tarmak u jibza’ minnu.

 

Il-Gimgha, 28 ta’ Settembru, fis-2.10 ta filghodu. 

Alistaire B. spidjat fuq it-tidlik mix-xlokk tat-triq gdida li fethu xahar ilu.

Alistair B. milwi ‘l quddiem.  Jinfed id-dlam u jahraq it-triq.

Imbaghad in-Ninja Rocket jaghtih tal-qamar u l-ewwel jibda jserrep bhal wizgha mignuna u mbaghad idur zugraga u jobzoq lil Alistair B.

Lejn l-eternita’.  Fis-2.13 ta’ filghodu.

Il-pulizija waslu b’zewg muturi u karozza ddawwar l-ikhal fuq is-saqaf.  Tkellmu ma’ tal-ambulanza bic-cellulari.

Imbaghad  tefghu ir-ramel fuq roqgha demm skura, riha tal-ahhar mumenti ta’ Alistair B.

Qabel ghattewha, ir-roqgha demm kienet qed thares lejn il-kwiekeb tal-ahhar ta’ Settembru.

Imbaghad kienu qorbu t-3.00 ta’ filghodu.

 

2.      BRENDA

Brenda  thobb lil Lady Gaga.  Il-Madonna wannabe li tizfen mas-subien nofshom gharwenin.

Brenda  giet liebsa mini u bra-top.

Brenda maghluba wisq.  Dakinhar tal-party kienet tidher bhal aringa b’mental disorder.

-          Da dam! You like?

M’iniex se nghidilha x’nahseb ghax infottilha kollox.

-          Tal-ostra Brenda! Cool!  Would’t mind if you ask me nicely!

Taparsi naghtiha bewsa,  nippekkjaha,  tipo, u thossha OK. 

Missierha u ommha qed jisseparaw.  Ommha trid id-dar, il-Pajero u seba’ mitt Ewro fix-xahar.

Missier Brenda jrid biss ikun mal-lover, eks mudella mill-Ukrajina.  Tiswa hamest idjar, tliet Pajero u tlitt elef Euro fix-xahar, man.

Ma nafx mnejn iz-zigg sabha u x’izzigg ratlu.

Nispera li Brenda ma tibdiex teqred il-lejla wkoll u tibda biz-zobb ta’ separazzjoni t’ommha w missierha.  Depressing, ha nghidlek.

U mbaghad b’dak il-mini u dak it-top.

Loser, man, ha nghidlek.  Meqruda.     

 

3.      SUNDAY BLUES

Fuq il-blog ta’ Justin McAmber qrajt li ta’ erbatax kienet hatfitu mara ta’ 55 f’Bayview Alley.  U skopra s-sess in action, fid-dar taghha, darba wara nofsinhar.

Bilfors McAmber se jaqaghlu ghal mara!  Dan  x’gost fiha mara ta’ 55, nghid jien.  U 55 kemm qaltu hi!  Jien nghid ghalija ‘tini

erbgha vodka straight  u gisem minn Paceville.  Kollox maghqud u minn taht xejn.

Immur ghall-weekend wara gimgha gewwa depression bil-qahba  Chemistry.

-          Illistja sex, qaltli Shanaya, kif ratni quddiem il-Havana b’jeans u top Scandal Sheet.

Immorru naqtghu il-biljetti ghal tal-ahhar.

-          Smajtha l-ahhar wahda ta’ Paris Hilton?

-          Jaqaw?

-          Shit!  Celebrities hit it easy mal-pulizija!  Ghamlet tlitt ijiem minflok 23 wara li saqet b’licenzja sospiza u kisret probation.

Shit!

Shanaya thallini mmissha fl-ahhar filliera.

Ghada nerga’ ghall-kullegg, ninqered.  U l-lejla qed inhosni bott karawett battal u mifqugh, miexi fuq zewg stikki tal-kebab.

 

  1. L-ISTORJA TA’ DAVID

It’s a fairy tale story.  Madonna swooping into rural Malawi.  Issa tatha ghall-karita’ u ghall-hniena u ghazlet lil David Banda ta’ sentejn, for adoption.

Missier David bidwi.  The most famous farmer of all, qed tghid il-media Amerikana.  U qed joggezzjona.  Nuts!

-          Hang on, guys. Hemm il-protesti: 67 Aid Agencies qed jipprotestaw.

-          Christ!  Kulhadd jipprotesta: child charities u church groups u gruppi tan-nisa u djar tal-iltiema. Jesus!

Madonna must follow the law, qed jghidu.  Iridu jiehdu l-kaz il-Qorti:

Let her not navigate around the bloody laws just because she’s who she is.

David Banda m’ghandux ommu.  Mietet b’virus stramb. U z-zewg hutu l-ohra mietu wkoll, b’dijarea li ma seta’ jwaqqaf hadd,  lanqas is-sahhara.   

U miljun ohra mietu.  U 77 miljun.

A child every three fuckin’ seconds.

Ma nafx David johlomx bihom bil-lejl.  Forsi ghadu zghir wisq.

Ghalissa lil David Banda qed izommuh fil-Home of Hope.  Missieru bidwi u armel u fqir daqs gurdien tad-drenagg.

Nutty!  Ghaliex qed jipprotesta li jridu jadottawlu lil ibnu?

 

  1. LABOUR ROOM

Kienet gharqana xraba.  Kienet ilha titqanzah u timbotta  saghtejn u nofs.

Ghajnejha kienu mqabbzin u xagharha mghakkar u n-ners xarrbitilha xufftejha kollhom qxur,  bi sponza.  

Qaltilhom li ghandha tmintax, imma hadd m’emminha.  Tawha hmistax jew l-aktar, sittax.

Il-midwife tat daqqtejn b’sahhithom fuq dahar it-tarbija u t-tarbija bdiet  tixher.  Il-madum donnu nhasad.

-          Ghandek tifel!

-          Diga’ ghidtilkom li ma rridux.  Ippakkjawh u ‘tuh lis-sorijiet.

-          Mhux facli daqskemm qed tahseb int.  Hemm hafna kumplikazzjonijiet.  Ara xi gmiel ta’ tarbija.  Lanqas jidher li prematur.

-          Ghidtilkom li ma rridux.  Fuck it!  Qeghduh f’kaxxa u huduh fuq it-tarag tal-kunvent.  Il-boyfriend ‘qas jaf li kont pregnant.  Jekk isir jaf joqtolni.

Imbaghad qalet lin-ners li se tqum u trid tmur id-dar qabel jasal hu mix-xift ta’ filghaxija.

-          Mhux hekk l-affarijiet.   Trid tistrieh.  Tista’ tigik amorragija.  Ma kienx facli l-hlas.

-          Irrid inkun id-dar qabel jasal hu… il-lejla nista’ jkolli sess?

-          X’sess!  Dazgur li le!

-          Imma jkolli…ikolli nhallih.

       

TMIEM