On 14th December 2009, a leading Maltese
paper, l-Orizzont, published an extensive interview with Mario Azzopardi,
covering his motivation for writing for adolescents, his views on censorship
and the expressive inhibitions that dominate young people studying at
tertiary level in Malta.
Fost il-kotba mnedija fil-Fiera tal-Ktieb li saret ix-xahar
li għadda kien hemm “L-Aħħar Ġranet ta’ Ciorni”, miktub
mill-‘enfant terrible’ tas-snin 60 MARIO AZZOPARDI (ritratt). Huwa jitkellem ma’ GAETANO MICALLEF dwar
il-kitba provokatorja li għadu joħroġ għall-adolexxenti u
adulti b’temi kontroversjali li jittrattaw fost oħrajn parodiji dwar
l-atteġġjamenti u s-sens soċjo-politiku tal-Maltin.
Idealment għandek tilħaq iż-żewġ
skopijiet f’daqqa. Din hi x-xejra li qiegħda tieħu llum
f’ħafna pajjiżi barranin. Din il-letteratura llum hi forma distinta u
hemm dawk li saħanistra jitkellmu dwar “ir-repubblika” tal-letteratura
żagħżugħa.
Il-viżjonijiet għal din il-letteratura issa ilhom
li ċċaqilqu u nbidlu, u bħalma jiġri dejjem, f’Malta
nqbadna lura anke fejn jidħol dan il-ġeneru.
Din il-letteratura għandha tiddeverti imma għandha wkoll tipprovoka,
tesplojta, biex ngħid hekk, il-bosta kundizzjonijiet kumplessi li
jaffrontaw iż-żgħażagħ tal-lum. L-importanti
li ma tkunx letteratura patronizzanti.
Fil-ktieb tiegħek hemm temi li xi wħud jis-tgħu jqisuhom
iebsin wisq għall-konsum tal-adolexxenti u
ż-żgħażagħ. Jista’ jkun li
hu hekk?
Ir-rakkonti kważi kollha għandhom bħala punt
ta’ tluq esperjenzi, li bħala għalliem għal bosta snin, sirt naf
bihom mingħand l-istudenti nfushom.
Ma nistgħux ngħixu bl-illużjoni li dawn
l-istudenti qegħdin jgħixu b’bużżieqa kbira ta’
innoċenża. Ħafna adolexxenti llum huma mġarrbin,
għaddew
Ma nistgħux nibqgħu ngħabbu l-letteratura
għall-adolexxenti b’materjal mimli platitudnijiet u irrelevanzi. Trid tinkiteb letteratura muskolata u realistika, mingħajr ma
jkun sagrifikat l-element tal-fantażija u għaliex le, tal-ħolm
mifhum f’sens ta’ aspirazzjonijiet.
Kif tiġġudika l-letteratura għall-adulti
żgħażagħ f’Malta ma’ dik li qiegħda tinkiteb barra?
Imqar ħarsa ħafifa lejn it-temi li jittrattaw
awturi barranin turik fejn waslu u fejn bqajna hawn
It-temi jinkludi inkontri sesswali, kon-traċezzjoni, abort, reliġjon,
abbuż psikoloġiku, fiżiku u emottiv, tossikodipendenza,
relazzjonijiet sesswali bejn l-għalliema u l-istudenti, omosesswalità u lesbjaniżmu
bejn l-adolexxenti, bulliżmu, tqala adolex-xenti, separazzjonijiet u
divorzji tal-ġenituri, stupru u saħanistra atejiżmu.
Dan ix-xahar il-Fakultà tal-Arti tal-Università tal-British Columbia
ħarġet komunikat dwar l-importanza tas-‘serious reads’ fost it-tfal u
l-adolexxenti. Qalet li kotba bħas-serje ta’ Harry Potter, Narnia jew it-Twighlight huma neċessarji
għall-fantażija imma għall-bilanċ irid ikun hemm anke
l-benefiċċju ta’ letteratura alternattiva, li tisfida u tespandi
l-veduta tad-dinja b’mod speċjali ta’ tfal u adolexxenti inqas
iffortunati.
Irid ikun hemm letteratura li tirrelata mal-vulnerabbli…
mal-abbużati… mal-minsijin… mad-differenti.
Li kieku kellhom jiċċensurawlek l-istejjer li tikteb kif
tħossok?
Inħossni rrabjat għax fl-istadju tal-produzzjoni
ta’ dawn l-istejjer ikolli skruplu biex noħloq bilanċ. Hemm materjal f’dan il-ktieb, pereżempju s-sitwazzjoni fejn
żagħżugħ qiegħed jiskopri l-irġulija sesswali
tiegħu, li ktibtu ħames darbiet biex nevita l-vulgarità.
Naħseb li l-awtur għandu jgħaddi
mill-proċess li jeval-wa lilu nnifsu qabel jippubblika b’mod
speċja-li fejn jidħol materjal sensittiv indirizzat lill-pubbliku
vulnerabbli.
Hi kwistjoni ta’ bilanċ bejn l-onestà letterarja u l-obbligu li ma
tabbużax għal raġunijiet sensazzjonali jew
kummerċjali.
Ejjew nieħdu l-kontroversja tal-kitba fir-rivista “Realtà” li
qajmet furur kbir għax kien fiha kliem meqjus oxxen. Fl-istess ħin kienet stampata fuq rivista li titqassam
l-Università. Xorta hemm lok għal ċensura
jekk l-udjenza tkun meqjusa bħala adulta?
Assolutament le. Jien nemmen
fl-awto-ċensura mhux fiċ-ċensura imposta. Jekk
iċ-ċittadini Maltin għad għandhom bżonn min
jiddeċiedi għalihom dak ifisser li għadhom trattati ta’ tfal li
ma jafux jassessjaw x’iridu jew ma jridux jikkonsmaw
bħala qari, films, rivisti, televiżjoni, kien x’kien.
Fil-każ tal-kitba li semmejt int għalija din hi kitba
sensazzjona-lista jew kif jgħidu l-Ingliżi,
‘in bad taste’. Kitba ta’ xi ħadd li skopra li
tgħallem jimmasturba u xtaq jimpressjona. Din mhix kwistjoni morali
imma estetika.
F’dan il-livell redikolu ġieli jaqgħu anke awturi stabbiliti
magħrufin bħal Norman Mailer jew John
Updike, li biex jgħadduhom biż-żmien talli kitbu dwar
sitwazzjonijiet sesswali krudi, tawhom il-Bad Sex Award, li l-Literary Review
ta’ Londra kienet stabbiliet fl-1993.
Imma r-Rettur tal-Università għamel żball kbir li pprojbixxa
r-rivista “Realtà” mill-kampus, għax b’hekk wera li anke l-istudenti
terzjarji għandhom bżonn min jurihom x’inhu tajjeb għalihom jew le. U l-Università suppost li
qiegħda trawwem il-ħsieb liberu tal-għażla.
Kif tħares lejn il-fatt li kitba jew kliem bil-Malti
li jkunu vulgari jinstema’ iktar ħamallu
Din hija kwistjoni ta’ kultura. Kliem
vulgari jista’ jinstema’ hekk fi kwalunkwe lingwa. Dak
li hu differenti għal
Għaliex taħseb li ċ-ċensura iktar
nisimgħu biha jew tħalli marka fejn
jidħol is-sess milli l-vjolenza?
Din hija kwistjoni kulturali u għandha x’taqsam mat-tabù paralizzanti u
frustranti li dejjem eżista f’pajjiż ta’ dominanza Kattolika bigotta.
Qiegħed ngħid bigotta għax waqt li f’Malta
jqum kjass dwar materji sesswali, ħafna Maltin ma jsibuha tqila xejn biex
jidgħu, saħanistra bil-ġenitali u l-fluwidu sesswali
tal-qaddisin u tal-istess Madonna li jqimu waqt il-purċissjoni tad-Duluri.
Dan kollu jitlob studju profond soċjo-kulturali u
reliġjuż.
Terġa’ u tgħid, il-ħwienet tal-kotba lokali huma mimlijin bi
stejjer semi-pornografiċi jew pornografiċi
imma dwar dawk m’hemmx problema għax huma miktubin b’lingwa barranija u
għalhekk il-poplu ġenerali li ma jaqrax huwa awtomatikament
“protett”.
Kif
tispjega l-fatt li jkollok rivista bħall-“Playboy” li sabet postha fuq
l-ixkafef ta’ ħwienet lokali qisu ma ġara xejn, meta
mbagħad isir ħafna agħa fuq kitba oħra?
L-inkonsistenza hija prerogattiva oħra tagħna
l-Maltin. Mill-banda l-oħra magażin
bħall-“Playboy” għandu merti estetiċi. Qatt
ma kien magażin ‘in bad taste’. Anzi ta’ spiss ikollu ‘features’
ta’ interess kulturali, naturalment
Taħseb
li meta tiċċensura xi kitba, is-soċjetà
iktar se tagħti kasha mentri ma jiġrix l-istess jekk ma tkunx
iċċensurata?
M’hemmx dubju li hekk hu. Xogħol
iċċensurat huwa garanzija ta’ pubbliċità gratwita.
L-awtur jew l-artist iċċensurat isir vittma.
U nafu li ħafna drabi l-vittmi huma trasformati f’eroj.
F’kuntest bħal dan jien dejjem inħobb nikkwota dak li kien qal
id-drammaturgu Bertolt Brecht, fid-dramm tiegħu dwar Galileo Galilei:
“Imsejkna dik l-art li għadha teħtieġ l-eroj.”
X’jagħmel
kitba tajba: il-fatt li tinqara u tingħoġob jew
li tipprova twassal xi messaġġ?
Hawnhekk jidħol il-kriterju tad-dritt
tal-għażla. Jekk xi ħadd jippreferi jaqra
materjal li ma jagħmilx esiġenzi “mentali” ħadd m’għandu
dritt iwaqqfu.
Hija kwistjoni suġġettiva. Jekk xi ħadd
irid jidħol fuq l-Internet u jiżvoga sesswalment bl-animazzjoni
sesswali għandu d-dritt kollu jagħmel dan għax ġismu
tiegħu jew tagħha.
L-istess jekk xi ħadd li jrid letteratura populista u li
ma tintaxxahx intellettwalment. Ħadd
m’għandu dritt iżommu.
Imma mbagħad hemm letteratura oħra li tmur lil hinn mill-banalità u
li tittraxxendi… li mhux biss tirrifletti qagħdiet umani reali, imqar permezz
tal-parodija inċiżiva u kompromettenti, imma li tfittex li titkellem jew għall-inqas timplika veritajiet universali favur
il-bniedem. Dik hi l-letteratura li tolqot lill-ispirtu,
il-letteratura tal-kittieb-artist li immotivat lill-aqwa awturi ta’ kull
żmien.
Kemm hija provokanti l-letteratura Maltija?
Provokanti fis-sens li tqajjem kuxjenza jew
diskussjoni dwar ċerti temi.
Sfortunatament l-awturi nnifishom huma maqtugħin
mill-arena tad-diskussjoni. F’dawk l-istanti rari meta
l-letteratura lokali tkun “provokanti” hija l-midja li taħtafha u
tagħmel plejtu sħiħ dwarha kif rajna dan l-aħħar. Imma
l-awturi jibqgħu muti, remoti mill-polemika meta
suppost għall-inqas jitkellmu dwar valuri tekniċi u stilistiċi
jekk mhux ukoll dwar kontenut. Huwa minħabba dan
is-silenzju li l-awturi lokali, fil-maġġoranza tagħhom, jirrendu
ruħhom irrelevanti.
Bħala
kittieb u bniedem involut fit-teatru, kif tħares lejn il-fatt li
f’pajjiżna l-fares għadhom jattiraw ħafna aktar nies
Mill-ġdid din hi kwistjoni kulturali. Għandha
x’taqsam mad-dieta kontinwa ta’ aljenzzjoni li ġiet mitmugħa, u
għadha tiġi mitmugħa lill-poplu tagħna.
Biex niftiehmu… hemm fares li jipprovokaw… li jaqtgħu daqs xafra… li
għandhom skop poltiku. Imma ma naħsibx li
qiegħed tirreferi għal dawn it-tip ta’ fares.
Ġeneralment, il-poplu tagħna għadu jrid
il-ħafif… dak li ma jweġġax ir-ras… li ma jħassibx u li ma
“jikkomplikax” il-ħsieb. Jekk l-Università stess,
biex nerġgħu inkomplu fejn bdejna, għadha trid tikkontrolla hi
x’jaqraw studenti li qegħdin jistudjaw f’dak il-livell m’għandniex
nistagħġbu li f’pajjiżna għadu jirrenja l-kult tal-banali u
l-medjokri. Dan jiġri f’kull qasam kruċjali
inkluż fir-reliġjon folkloristika, li ddominat lil dan il-pajjiż
u żammitu fi tnalja ta’ ripressjonijiet.
Ħbieb tiegħi saċerdoti jgħiduli li
fil-Kurja kienu jgħidulhom biex lill-poplu ma jikkomplikawx bl-affarijiet…
biex jagħtuh affarijiet ħfief “għax il-ħniek tal-poplu
Malti huma rotob”. Kif
Għaliex
taħseb li mill-Università rari tisma’ b’ideat li jqajmu dibattitu
fis-soċjetà dwar qasam jew ieħor?
L-Università għandha tradizzjoni twila li lill-istudenti
tittrattahom ta’ reċipjenti. Tistenna
mingħandhom li jirripproduċu l-ideat tal-għalliema tagħhom
u jniżżluhom fil-karti tal-eżamijiet kważi kelma
b’kelma.Fl-Università m’hemmx kultura aperta… m’hemmx sens ta’ kritika
inċiżiva u multi-laterali.
Hemm pappagilliżmu u sottomissjoni patetika. Hemm il-biża’ li jekk tagħti l-fehmiet tiegħek
jarawk bħala prużuntuż. Dan jgħiduhuli l-istudenti
tiegħi stess… meta ngħidilhom biex
jitkellmu, joġġezzjonaw għal dak li ngħid jgħiduli li
“mhumiex imdorrijin” jagħmlu dan.
U ta’ min ifakkar li fil-gradwazzjoni ta’ din is-sena l-istudenti stess
stqarrew li jibżgħu jikkritikaw lill-lekċerers minħabba
l-konsegwenzi li jistgħu jġibu fuqhom.