10 PARENTESI

Geraniums, geraniums

Withered and dry

Long laid by

In the sweeping of the memory

-          T.S. Eliot

 

1.       Hsibna li stajna nivvjaggaw mal-galassija tal-istilel.  Fl-iljieli niedja tal-Mediterran

iccelebrajna z-zina.  Sakemm  maz-zmien  sibna li hlejna  lil xulxin f’zifna fatali.

2.       Bqajna nharsu fir-rokna tal-bank tal-kcina.  Fir-rokna fejn stahbiet wizgha.

Fir-rokna tal-ambigwitataghna. Fir-rokna tad-dinja.

3.       L-irmied li ferrex ir-rih fuq l-ilma:  l-irmied li  nqabad fit-twiebet l-antiki

jew fil-qlugh tal-bahhara bla boxxla jew fl-ghana mcarrat  tan-nisa mxennqa. 

Dak l-irmied ma jingabarx lura. U hadd ma jergajghaqqad  flimkien ix-xejn tieghu.

Lanqas ahna b’dal-vojt infinit f’sidirna mqabbad bhal dielja ma troddx.  

4.       L-ombri jimxu warajna u d-dlam ma jehlisniex.

Jien ir-ragel tal-lejl perpetwu. Int siehba fantazma. 

Nistennew  skartocc jinfed is-swidija.

        5.     L-ucuh imbezzghin u telliefa. Is-sinjali horox u brutali.

        6.     Ghadek ma fhimtx: kull mument li ghexna  diga kien qed jinbidel f’passat.

        7.     Il-bukketti kollha li gibtlek nixfuli fuq l-ghatba. Issa ma baqaxejn

hlief fwieha li nbelghet mill-kesha u sfumat fil-panneggi  tapoezija marida.

Fuq xufftejk il-weraq li mietu. F’ghajnejk zewg ghasafar tat-tafal.

       8.     Il-fanal li gibt mieghek li ghidtli biex ma nhallihx jintefa:

jien tajtu lil dawk li ma setghux jorqdu.  Ahfirli.

      9.     Il-fond tal-kafefil-kikkra jaghqad bejn l-ugigh mutu  u d-dawl  bati  t’hemm barra.

Ix-xita toffri  l-hoss solenni tal-monotonija. Id-dmugh tieghek  mibdul f’merkurju.

   10.     Il-Bahar tan-Nofs  ix-xhud taghna:  ix-xhud li jidhol fil-gogi jispjuna x’baqa

mill-memorja tieghek, il-vergni li  tatni sidirha fil-gnien tal-imhabbampossibbli.

 

Mario Azzopardi

Marzu 2010