ALLA TAL-MURTALI

 

 

Alla tal-murtali l-alla taghna,

jiekol is-swaba’ mtajjra,

il-kliewi w il-pulmuni mifqughin.

Alla tal-putassa u l-gelatina,

jixrob id-demm jisplodi minn gol-vina

l-alla taghna,

jiekol il-bajd ta’ rgiel

li jtiru miftuqin mal-bomba.

 

Fil-kmamar tan-nar,

b’sidirhom barra jtieghmu t-trab l-irgiel,

itieghmu l-kloru min-nitrat

u jhazzu n-numri w ir-ricetti

ghat-tfaqqigh tal-ftuh u l-berqa,

forsi jixghel wicc alla bejn il-kwiekeb.

 

Alla tal-murtali l-alla taghna,

jixrob l-ilfiq tar-romol

u krib l-iltiema jfarfar minn saqajh.

Alla tal-putassa u l-gelatina,

jisker bid-demm jixpakka minn gol-vina

l-alla taghna,

jherwel ‘l-irgiel tan-nar,

li jtiru miftuqin mal-bomba.

        

         Dan alla tal-murtali,

         f’kuncert mal-qaddisin patruni,

         jitfewwaq b’hoss divin l-offert’umana:

         it-tqattigh f’bicciet zghar tal-irgiel taghna,

         smembrati f’ismu, fil-kamra tan-nar.

      

 

U hemm seba’ snin wara

jew sebgha w sebghin sena,

fl-istess arena, quddiem l-istess tempju,

l-ispirti mcercra  ta’ l-irgiel tal-berqa,

iduru ma’ l-irdieden kuluriti,

f’ritwal irripetut min-nies tal-miti.

 

U mbaghad jghibu fid-dahna ma’ l-ihirsa,

imqartsin bicca bicca, f’hemda twahhax.

     

 

 

Mario Azzopardi