ALLEGORIJA
 
Trid taghraf tiddistilla bil-mod
l-esperjenza
u taghraf l-impossibilta
li tahrab mill-istorja tieghek.
 
L-ghatx il-kbir jaqqbdek inkella
quddiem bir fond battal,
taht xita tahraq u ‘nfettata.
 
Jitgezwru l-ingann u l-banali
Fil-gilda kumplessa tieghek innifsek,
int u hiereg mill-bieb ta’ l-emergenza.
 
Qabel tlaqt timxi max-xatt,
b’mandat biex tikkonverti 
l belt tat-tirannija, 
dghjufitek ma qisthiex
u mal-massa gharwiena fuq l-ispjagga,
sibt ruhek f’nofs allegorija 
minghajr hniena