AMBIVALENTI
Ghidli jekk dak hux qamar gdid
li hemm imdendel
jew jekk hux globu tal-kristall
fejn hemm xortija
bix-xabla lesta f’lejla ta’ magija.
Ghidli jekk dik hix ajkla diehla
ttir min-nord
jew hix karru tan-nar li
gie jisraqli ruhi.
Ghidli jekk dak huwiex stallun ilebbet fl-ilma
jew hux in-nifs
li sploda f’ribelljoni
Ghidli jekk dak hux serp ghad-dell
taht il-hurrieqa
jew hux fil ta’ l-azzar
lest biex johnoqli l-grazzja wtieqa..
Ghidli jekk hix girlanda dik b’zahar
il-laringa
fuq ras l-gharusa bajda daqs
l-isfinga
jew hix il-qarn tad-dnub
fuq xebba mqahhba.
Ghidli jekk fuq l-altar hemmx statwa venerabbli
jew hix imcappsa
bit-tidnis tal-htija.
Ghidli jekk jien inix nimxi f’ipnosi,
jekk rawnix tobba ‘sperti tal-psikosi
jew jekk kontx sentenzjat tal-post
fl-intrata ta’ l-infern fejn m’ghadux
jghodd il-qrar
nistenna mdakkar
jikbirli l-munqar.