ASPETTI  TAL-AMBJENT  MENTALI

 

Minn noti li halliet warajha Nadia Neidhart, habiba tieghi

 

 

 

 

  1. Sib rokna fi triq traffikuza, possibilment li ddahhan hafna, u ieqaf dritt, x’imkien, ghal sbatax-il minuta. Ohrog iz-zibeg tal-meditazzjoni u itlob ghajat. 

 

  1. Nehhejtlu l-logo minn fuq it-T-Shirt.  U minn fuq il-peduni.  Qlajtlu s-sinjal tal-marka b’sikkina mill-gnub taz-zarbun u mbaghad ersaqt lejh bl-istess xafra biex nattakkalu t-tatu’ fuq il-pettoral tal-lemin.  Ghidtlu: Dal-marki kollha, mel’int xi qazquz ittimbrat?  Imbaghad mahat bhal majjal f’gagga qabel jisparawlu fil-biccerija.

 

  1. Qed inhallas 1200 Ewro fix-xahar ghal dan l-appartament fit-tmien sular u talli nkun wahdi ma nhallas xejn.  Lanqas biex nohlom jew nimmasturba.  Il-finalita’ tiggustifika l-lista tal-konsegwenzi ambivalenti.

 

  1. Nuda quddiem il-mera: illum kelli kuragg nosserva kemm hallejtu jikber

selvagg il-pil maz-zona fl-irqiq tieghi. Nizel anki man-naha ta’ gewwa ta’ kuxtejja.  Gismi gharwien aktar milli hsibtu. U mxahham.

 

  1. Tista’ tntefa’ quddiem l-iskrin tat-TV u tipprova ma tarax l-istampi u ma tismax x’qed jghidu.  Minflok, isma’ d-demm jiccaqlaq biex jaghqad f’naghsek

 

  1. Meta kont New York City iltqajt ma’ vagabond  iswed bil-flokk imqatta’ tal-Princeton Family YMCA.

- Allura qed  torqod imkebbeb fil-plastik fuq l-isprall quddiem il-Manhattan Hotel?

      - Yep! I’m a brand American molecule…

 

  1.   Kemm tittajpja skrin-sejver ghall-kompjuter:

              MEDIA BURN – THE NATION’S LEADING MENTAL CRIPPLER.

                 Sors: Trips from the Counterculture, edizzjoni 2001.

 

 

 

 

 

Mario Azzopardi