ASTERISKI DWAR IS-SOLITUDNI
1.
Ma taghrafx
poeta
Ma taghrfux
Ma taghrfux
Taghrfu meta jlahlah is-solitudni bl-inbid u jghid:
Se
nixrob ghall-griehi tad-dinja..
Se
nispira jew
naspira.
Se
ninzel fija nnifsi -
ghadira statika
t’emozzjoni muta.
Dak jista’ jkun poeta.
2.
Jista’ jkun hemm poeta
li jilbes gilda tal-labar
u t-tajn,
jew jaghmilha tat-tigra ta’ Blake,
jew jilbes lembut f’rasu
biex ifejjaq il-bluha,
skond l-ezempju ta’ Bosch
jew poeta
li jsaffar fir-rih
l-anedotti
tieghu,
li hadd ma jrid jisma’.
Lanqas l-ghasafar.
3.
Hemm dar-ragel
li qed jikteb trattat
dwar
il-kummiedja reciproka
bejn il-bnedmin.
Bhala sottotitlu ghazel
In-Nassa ta’ l-Iskambju Mortal.
Imma titlu ewlieni ghadu ma sabx.
Jghid li jrid jghaggel u jlesti,
ghax ghandu appuntament
ghall-klinika
ta’ l-elettroterapija.
U ma jafx jidholx f’ezistenza ohra.
4.
Lejn tmiem l-odissea ta’ hajtu,
Francois Xavier Benetti
nghalaq f’kamra
ta’ manuskritti, ikoni, relikwi
w pendenti bix-xahar tal-pudenda.
Qed jikkaccja fuq il-hajt
id-dellijiet
tal-weghdiet invizibbli
li kien ghamel mieghu
innifsu.
5.
Fwieha ta’ sapun forma ta’ warda
jew
fwieha ta’ incens funerarju.
Id-dell jehel mal-hajt,
bhal affresk
li dejjem jibqa niedi.
6.
Id-dell
ghandu l-hajja tieghu.
7.
Kiteb lil uliedu li ma baqaghlu
xejn
hlief il-kelma mieghu innifsu:
Monologu twil kulma
fadal
bex nabdika
d-distanza,
biex forsi
nsalva
mid-dizordni tad-diskors t’hemm barra.
8.
Darba kien hemm poeta
b’rasu fil-morsa ta’ kuxtejha.
Illum johlom biha,
bl-ghadam ta’ pippistrell
ingastat bejn saqajha.
9.
Sous le soleil, exactement.
Mohhu jikwi w ghajnejh jaharqu
fl-infern ta’ wara nofsinhar.
Il-poezija
tinxtorob bhal kamoxxa
jew tnixxi
bhal ulcera li taqqbet
l-istonku.
10.
Qed jikteb l-indici
tan-nostalgija.
Jibda mil-mixja prekoci
li ddewwibblu l-innocenza
fil-hawt tad-dubbien l-ahdar li jidghi.
Ikompli bl-ora santa
ta’ talb iccassat quddiem l-ostja,
jistennieha torgazma d-demm
Imbaghad it-tirannija
tal-maghmul,
tas-simboli,
tal-fatati tal-familja.
Indici ta’ vucijiet mirduma hergin mill-hajt.
11.
Karol Marosi, pittur medjokri,
minghajr klienti,
rega’
fil-Laughing
Buddha Steakhouse ta’
Mit-taksi lemah il-qamar
mimli tatwaggi.
12.
Nirtira, qal, mill-vjolenza.
Nirtira mix-xemx, mir-rih tax-xlokk,
mill-moghoz maghluba
li gerrmuli l-hsieb.
U dahal
fil-mument ta’ bla kulur,
jipprova jsalva lilu nnifsu.
Fuq bwieb ghajnejh jaqa’ l-lejl tqil
izda’hu ma jorqod qatt:
ikejjel l-ombri li jinzlu
fuq qalbu,
li jitwalu fuq il-prezent.
Ombri hafjin jidhlulu f’demmu.
Click here for a printer friendly version