AUSCHWITZ 2005

 

F’gheluq is-sittin sena mil-liberazzjoni tal-kamp tal-mewt.,

Anita Laskit ftakret kif in-Nazisti kienu hallewha tghix biex iddoqqilhom il-vjolin.

 

 

 

Fuq il-vagun maghzul waslet il-vjolinista,

b’appuntament ma’ Bach u l-mewt.

F’Auschwitz-Birkenau m’hemmx orizzont,

hlief dak tal-midfen vast

u minghajr oqbra.

 

Hawn hadd ma jibki.

Hawn jindaqq biss il-vjolin,

hekk kif jimxu lejn il-fran

skeletri  cassi.

 

Jindaqq il-vjolin hawn gew

u n-noti jahbtu

ma’ l-ahhar ftit metri fatali

ta’ l-ikkundannati.

 

      Min qed idoqq ma jimurtax.

      Lanqas m’nejn gej il-hoss

      jew liema swabaqeghdin jaghfsu l-kordi

      tal-passaggi  bejn il-mewt u s-sema.

      Jimporta biss

      li t-tinwih tal-vjolin

      jghaddi mit-toqob ta’ l-irjus-fantazmi,

      u jidhol fin-nirien,

      jghix wara li jintfew il-fjammi.

  

      Biex hadd ma jinsa.    

 

 

 

Mario Azzopardi

Frar, 2005