ABBOZZ TA’ ITTRA LI
QATT MA NTBAGHTET
LIL THEODORE KAUFMAN KUZMA, KORRISPONDENT
TAL-IMAGIST WORLD HERALD DWAR MATERJI
SPAZJALI
Settembru 2008
Bhala cittadin lajk u qaddej riservat
tal-poezija, interessajt ruhi fl-artiklu li ktibt fl-10 ta’ Settembru
dwar l-ewwel fazi tal-Kollizur Kbir tal-Hadron (LHC) f’Ginevra.
Impressjonanti c-cifra
ta’ 6,000 000, 000 000 Euro ghal dan
il-progett fil-forma ta’ curkett ta’ 27 kilometru u li jekk fhimt tajjeb,
fil-limitazzjoni tieghi, jinkorpora
4 rivelaturi biex
joholqu spluzjoni ta’ faxex protonici ta’ particelli sub-nukleari. Dan kollu
ghandu certu faxxinu ghas-sensibbilta’ poetika tal-awtur prezenti minhabba li,
kif isostni Dr Malcolm V. Gustafson (Il-Genju
u l-Kolp tal-Grazzja, 2001),
l-esplorazzjoni
tal-ahhar fruntiera hi l-garanzija tal-estensjoni tal-fantasija.
Bhala poeta nvolut
inevitabbilment, fil-kuncetti u x-xbihat, insibu intriganti l-esperiment
singulari li ktibt dwaru fl-Imagist,
l-aktar fejn jidhol ir-rapport bejn il-materja u l-anti-materja. Dan hu fenomenu li lilna l-poeti, razza
b’fama pjuttost notorja ta’ illuzjoni perikoluza, dejjem jecitana. Dan
l-interess jista’ jigi nraccat lura talinqas ghal zmien Titu Lucrezju Karu
(c.100-c.25 QK) li kien gharaf il-materjalizmu
ta’ zmienu u l-konfort li nistghu insibu fis-sanita’ tax-xjenza. Bhala dixxiplu ta’ Epikurju, dak l-ghadu
qalil tar-Religio Romana, disinjata
biex titterrorizza, thawwad l-imhuh u ttahhat lic-cittadini, Lucrezju
kien jemmen fl-evangelu tas-salvazzjoni permezz tas-sens komun.
Dan tajjeb nghiduh
ghax hemm tendenza li l-poeti jidhru kappriccuzi, spekulattivi, maqtughin mill-konkretezza u s-sens komun u
li jippreferu jtawlu ghonqhom biex jifhmu l-messagg tal-hamiem u tal-gawwi
jghajjat qabel il-maltemp.
Bosta poeti huma wkoll fittiexa implakabbli tan-natura
tal-principju, tal-Kawza Primarja ta’ kollox, izda naturalment m’ghandhomx
it-teknologija atomika tax-xjenzati.
Il-poeti jkollhom iganntu kollox
ma’ xulxin bil-filosofija, l-istorja, l-antropologija, it-teologija,
il-psikologija u dixxiplini relatati, ilkoll mehjutin flimkien b’hazna stramba
ta’ simboli u xbihat sekwestrati (sriep, gremxul, basal, ghanqbut, sajjetti, moghoz,
iljunfanti, nisa b’mammelli multipli jew b’genitali maskili, fost ohrajn) li
jistghu jersqu lejn il-patologiku.
Intant, bqajt
mistaghgeb naqra li 95% tal-massa tal-univers hi kostitwita
Interessanti dati ohra
fir-rapport tieghek, fosthom li bil-kolluzzjoni ta’ 99.99% tal-velocita’
tad-dawl, fil-progett LHC mistennija xita ta’ particelli godda biex fuqhom
jistudjaw il-fizici u xjenzati
ohra. Interessanti, mill-punto di vista
immaginattiv ghaliex jistghu, accidentalment, jiltqghu ma’ particelli ta’ xi
divinita’ misterjuza, naturalment asesswali, li ezistiet sahanistra qabel il-Big Bang (f’pajjizi maghrufa bhala
l-Murtal tal-Ostja), f’daghbien ta’ linka sewda estra-universali.
Nammira n-notazzjonijiet
li tajt fir-rapport tieghek, fosthom kif ir-realta’ se tkun imrieghxa f’temperatura ta’ aktar
U nerga’ ninsiti
bil-prudenza li l-poeta genwin ma jistax ma japprezzax intraprizi esploratorji:
fid-dawl storiku ma tistax ma tammirax b’reverenza l-avventuri kbar tal-Vikingi, ta’
Kolombu, Magellanu, Gagarin u Armstrong, fost tant ohrajn, biex ma nsemmux
xadini u klieb li dahlu f’kollaborazzjoni shiha
ma’ pijunieri spazjali.
Il-poeti, dawk li
jippuzaw bil-frakk u c-cfuf quddiem il-kameras
tat-televizjoni u dawk li ma jinhaslux, jaghrfu, per ezempju, il-faxxinu
tal-Progett ta’ Marte u l-atterragg fil-“Wied l-Ahdar” ta’ dik il-pjaneta,
progett li s’issa sewa lill-Amerikani 500,000, 000 dollaru. Dan kollu, il-poezija tirrikonoxxih anzi,
anki fi zmenijiet recentissmi, kien hemm erwieh letterarji li rabtu l-lirika
bl-iktar mod intimu max-xjenza u l-esplorazzjoni , kif turi l-opra ta’ dak
il-patologu kliniku/immonologu eminenti,
Miroslav Holub li, addirittura kien
influenzat mill-Moviment ta’ San Francisco, grupp ta’ poeti intossikati u
mtektkin li kellhom resonanza qawwija f’pajjizi wkoll, minkejja l-konservatizmu
taghna wara li zvinta l-kult ta’ Astarte.
Holub kien jara
l-poezija kullimkien,
Jista’ jissemma wkoll
poeta qalil bhal Rimbaud, eccentriku kemm trid, li kien sahanistra jimmasturba
bil-mohbi fit-tazza tal-halib tal-kumpann tieghu, certu Verlaine, pederastu-omosesswali
imma li nbaghad mexxa karovani shah esplorattivi
geo-xjentifici
fil-qieragh tal-Afrika u wassal mill-punent strumenti tax-xjenza militari
lis-Suwed, sakemm messu kancer f’riglejh u amputawh ftit
qabel miet. Ghalina l-poeta Rimbaud
jirrapprezenta spluzzjoni ta’ particelli, anki infernali.
Imma ma rridx nizvijja
wisq mill-argument li nixtieq naghmel.
Hu straordinarju li
l-esperiment tal-Kollizur mistenni johloq dinjiet godda jaharqu u jduru
fil-vakwu, imma fl-istess hin, jidher li “alla”, fl-orbitu esklussiv u etern
tieghu, se jibqa’ mohbi fil-particella
originali u dan iqanqal kurizitajiet poetici-traxxendentali.
Il-mohh poetiku
l-aktar mignun, li jiffilosofizza (ghax hawn poeti aktar normali li jiktbu biss taqbiliet biex jidhlu ghall-konkorsi
tal-muzika popolari) jirrikonoxxi il-kostanti kozmologiku, il-mikromewga
kozmika, il-periferiji tal-univers, imma l-kawza, l-essenza tal-kawza, se
tibqa’ mohbija. Jista’ jintemm l-univers
u jinbela’ u mbaghad fic-cirku tas-27 kilometru tkun skoperta l-formola
mirakoluza u jinholoq univers iehor, sistema ohra gdida bis-sahha ta’
kataklizmu stupend t’energija tremenda w materja tisplodi.
U xorta wahda ma tkunx
instabet il-kawza, il-particella-alla. U
din l-ommissjoni m’hijiex ittrattata fl-artiklu tieghek fl-Imagist World Herald.
U minhabba
l-frugalita’ essenzjali tal-poezija umanitarja, jinhassu anki anomaliji ekonomici
gravi marbutin mal-progett tal-Kollizur ta’ Ginevra.
Qabbel ftit l-implikazzjonijiet
tan-nefqa kapitali ta’ sitt biljun Euro mas-somma ta’ 5 biljun dollaru mehtiega
biex tirrizolvi ruhha l-problema tal-kadavri hajjin fil-Kontinent l-Iswed, fejn
tintefa tarbija kull tliet sekondi.
Nifhem li dan jista’
jidher bhala sintomu tal-htija sentimentali poetika u naf li hemm kampanja ta’
materjalizmum prammatiku li qed issib spazju enormi fuq il-mezzi elettronici: The poor, the helpless and the incompetent
cannot be allowed to set the agenda.
Izda minbarra
l-flejjes ghall-progett tal-Kollizur il-Kbir taht l-art f’Ginevra, progett
Ewro-Amerikan, l-iStati Uniti qed tonfoq
1000, 000 000, 000 000 dollaru fis-sena fix-xjenza militari, inkluza r-ricerka u l-poduzzjoni
nukleari, filwaqt li l-pajjizi Ewropej qed jonfqu 17,000 000, 000 000 Euro fis-sena biex
jitimghu il-klieb, il-qtates, l-ghasafar tal-gagga, fkieren u annimali mfissda
ohra.
Jonfqu wkoll 50,000
000, 000 000 fis-sena fuq il-kosmetici, inkluz it-tnehhija tax-xaham addominali
u tas-sorm u l-implanti tas-silikon fis-sider ghall-fotografija erotika.
Hu f’dan l-isfond, li l-istatistika
dwar il-programmi spazjali, ir-ricerka dwar il-particelli atomici u l-bidu
tal-univers kif ukoll l-ispiza ghall-kosmetika u dik ghall-invazjoni tal-Medju
Orjent fl-interess korporattivi, jibdew
jiehdu sfumaturi terribbli. Kollox jinbidel f’ezercizzju ciniku, bit-tahbita
ta’ kuxjenza tirannika tipproklama prijoritajiet foloz.
Ikun iz-zmien meta
l-poeta jrid ihalli l-kumdita’ tas-swali mistici-romantici u jiccaqlaq kontra
l-manuvri, inkella jibda tiela’ l-haxix hazin
Irid jibda jhossu
skomdu u ma jaccettax il-paralizi tal-pinna jew tat-tastiera quddiem l-iskrin
tal-kompjuter. Irid jibda jara ghandux metaf’ri godda li jsalvaw lill-bniedem
Irid isir il-bniedem
tal-impuls.
Il-bniedem
tal-azzjoni. Ma jirtirax quddiem id-demghat li jintilfu fl-iskema tal-univers
indifferenti.
U jrid jitkellem il-poeta
meta Alla, skond l-ahhar spekulazzjonijiet femministi non-esseri ermafrodit ta’
stramberija unika, jibqa’ ma jridx jara w jisma’. Il-poeta jrid jistaqsi hux se jkun hemm aktar
martirji fil-particelli l-godda wara t-tfaqqigha rikreata.
Minn persuna privata,
bil-felul fl-irqiq ta’ mniehru u l-kotba tar-referenza fuq l-ixkafef u r-riha
tal-fwieha wara li jqaxxar il-lehja,
il-poeta irid jirrevedi kollox, ikejjel il-manipulazzjoni u jitkellem kontra min qed jevita l-krib tal-mizerabbli, imkebba
fic-craret u l-gdim u l-feriti, biex sadanittant iwebbel lill-bqija
tad-dinja bl-oqsma ta’ Marte u t-turizmu
spazjali u l-particelli tal-univers u d-difiza kontra t-terrorizmu u
l-ispedizzjonijiet xjentifici fil-futur.
Irid josserva l-avviz
li kienu hargu bih erwieh bhal Duhamel u Vildrac, meta avzaw lill-poeta li
qabel xejn, irid ikun poeta (bhalissa m’ghandix quddiemi l-kwotazzjoni ezatta
bil-Franciz).
U filwaqt li
jitbieghed mit-ton moralegganti, u minghajr ma jhoss il-bzonn li jinza’
gharwien u jiekol il-gurati biex jippriedka mit-turretti, jew jaghmilha ta’
duttur bhal San Girolmu tad-Dalmatia (347-414 WK), ghax jistghu jikkalunjawh li
ried jimpressjona u jikkorrompi lin-nisa;
u minghajr ma jhabbel rasu liema metru se juza jew liema rima, jew liema
xbihat organici (hawn ghandi f’mohhi l-Probleme
du Style ta’ Remy de Gourmont, imma m’ghandix fejn nelabora), jrid ikun
lest li jmut u jcedi l-glorja u l-konvenzjenza u l-konvenzjoni, ghax meta
l-poeta jibza’ li jmut, l-uniku u l-ahjar trattat tieghu ikun is-silenzju.
Ikun haqqu jiffonda bla
hoss, fil-precipizzju tad-dlamijiet u tal-ikkundannati, bhall-weraq niexef li
kien semma Dante, l-imghallem klassiku tal-elokwenza vulgari. U jkun haqqu jintlaqat
NOTA:
din il-korrispondenza qatt ma tidher li waslet fl-ufficcji editorjali tal-Imagist World Herald. Instabet
b’kumbinazzjoni fil-kexxun ta’ komodina f’wahda mill-kmamar stil art deco
fl-Amdromeda, lukanda modesta f’Tessalonika, ftit il-boghod mill-port. Kienet decifrata l-lingwa u l-ittra ntbaghtet lill-Konslu Malti li,
min-naha tieghu, baghatha lill-Akkademja tal-Letteratura u Studj Socjo-Lingwistici,
biex tkun arkivjata. L-awtur ghadu mhux
maghruf u l-ittra jista’ jkun li baqghet inkompleta. Kif kien qal awtur Orjentali, wara kollox l-ebda
kitba ta’ poeta qatt m’hi kompluta izda hi biss abbandunata.