APHASIA

 

Ma kontx ili nafu wisq.  Introducihuli poeta habib tieghi mill-Mediterran.

L-eta’ tieghu kont naraha  indeterminata, imma qaluli li jhobb jinsisti li ghex hames sekli.

Il-kredu tieghu kien li m’int xejn jekk ma tirrezistix, anki jekk ma titkellimx jew ma tikkomunikax xort’ohra.  U kien jikkwota lil xi sagg mill-kosta tas-Sud li kien isostni li trid tghix bhallikieku ruhek maghmula mid-demm u l-laham.  Lanqas ismu ma kont naf imma meta nhares lejh kont nara l-vini hoxnin tafuq naghsu,  vjola bil-piena, lewn ankra msadda taht l-ilma jew lewn it-tifsira tahajtu. Kampjun impenetrabbli kien dak ir-ragel.  Gieli ppruvajt niftakru b’xi versi.  Dawn xi whud minnhom, mhux kompluti.  Forsi jinteressaw lil xi hadd.  

    

 

Ma nafx jistax jitqabbel dak ir-ragel mal-ghanja okra w dekapitata

t’ghasfur tal-bosk jew mal-fwieha temporanja tafjura hamra twaqqa’.

Ma nafx inqabblux mal-hofra li waslet biex tilqa

lil gismu ghajjien li ghex lilhinn mit-temp inutli tieghu.

 

Kien stqarrli li gezwer lilu nnifsu fl-istejjer li holoq fil-karg tax-xemx

u fl-iljieli riezha tal-kwiekeb imghajba.

Kien qalli li jhossil harifa tissikka ‘l qalbu

b’mara f’soddtu jew minghajrha

u l-vanitatargulitu kienet tizzarrat meta jiftakar kemm ittradixxa weghdiet

u kemm ghadda gudizzji falluti. 

 

Darba  kien qabbel lilu nnifsu ma’ monologu bla lehen

u darb’ohra ma’ bahhar fuq id-dghajsa tal-impossibbli.

Anki mal-passi hafjin tafatat mitluf kien xebbah lilu nnifsu

jew m’amforankrustata li l-forma taghha ma baqghetx tingharaf.

 

Qed nikkomunika biss, kien qalli, b’ghajnejja zvujtati

u jdejja jteftfu ghalxejn fic-cpar assedjat kif jien

minn ilhna remoti li jghajtu t-tama u t-telfien iddisprat fl-istess nifs. 

 

-         Imma int min int sewwasew?

-         Jien il-gilda li nqalghet mill-ghadam u l-ghadma li tmermret.

-         Min huma x-xhieda tieghek?

-         L-ikkundannati kollha tad-dinja.

-         U x’testment se thalli?

-         Se nhalli twissija mirduma fit-trab forsi xi hadd isibha.

-         X’tghid it-twissija?

-         Tghid biex hadd ma jidhol komplici mieghi.      

 

 

 

Mario Azzopardi 

Marzu 2010