ATT TA’ FIDI
Mario Azzopardi
Kien fehem il-vokazzjoni:
li jigbor hajtu
f’metafora mizduda
bl-arterjosklerozi.
Li jaghmel il-mument istantanju
r-religjon tieghu.
Minghajr ikoni
li ma jikkonnettjaw qatt
li jisfaru bic-ciera
bil-gakulatorji negozjati
tal-boloh
u nisa bla snien.
Li jikkonferma kollox
bil-fidi tal-kontradizzjoni.
Li jichad il-kompletezza
u jaccetta
l-ixkora tal-frammenti
mqandla fuq dahru
hekk kif jidhol spasmod’ku
ghan-nugrufun
fl-infern ciniku tad-dinja.
Kien jaf li qed jghix
ghall-arti ta’ l-epigramm
bis-sigla dizarmonika
thitlu l-feriti f’qalbu.
Kien jaf
li fl-incizjoni tal-herba
hemm il-formola sostnuta
li l-mewt fl-awli tal-kancer
bl-ilma mbierek jew minghajru
jew
f’hogor mara hamja
b’xuftejha lublieba
w sidirha niedi
hi u terhi l-krib tal-gost
huma l-istess interruzzjoni
u
jiehdu l-istess tisbita
lejn l-orrur ta’ l-infinit.
11 ta’ Settembru 2006