BHAL ZAKKEW
Imqabbad bhal Zakkew
ma’ sigra tal-bajtar selvagg
li frott ma taghtix,
jistenna biex jara kif se tizviluppa
l-grajja tieghu,
imdendla bejn l-art u s-sema.
F’but minnhom ghandu l-karti ufficjali,
fl-iehor ktieb qadim,
mimli profeziji severi,
b’formoli jiffermentaw u jkangu,
ihassru lil xulxin.
Qed jistenna lill-profeta gdid ghaddej
bir-riha tieghu ta’ hut, qhab u proletarji,
jistennih ihares lejh,
jara jekk ghandux jistiednu f’daru,
jistiednu jfiehmu s-sharijiet.
U hin bla waqt
tisponta bajtra f’sormu.