BRINDISI

 

 

 

Gholla kemmxejn tazza nbid

bl-energija dghajfa tastilla

qabel tinbela’mill-orizzont isebbah fir-roza

Qabel tintefaminn quddiem ghajnejk.   

 

Tazza nbid refakemmxejnil fuq

ghal episodji  mqattgha,

ghal ftuq-il vizjoni

u d-deluzjoni

bit-toqol tal-arpeggi

mitlufin jew minsijin

bit-toqol takulma sehhlu

jew ma sehhlux.

 

Tazza nbid gholla kemmxejn

bis-sahha tat-tbissim bla snien,

lewn ix-xorrox tal-halib,

meta l-qalb kienet dahlet fil-hofra

taghha nfisha,

meta kien jaf li

qatabiljett sens uniku,

u ppakkja l-medicina

li tiskadi warajh.

 

Tazza nbid ghall-kapitlu tal-ahhar

fi hdan id-dinja mahruba.

Tazza nbid ghal min hu wahdu

                          daqsu

                          daqs ghasfur m’ghadux itir,

                          daqs ruh maqlughail barra,

                          viztuza ghat-telfien taghha nfisha.

 

 

 

Mario Azzopardi