CHANT D’AMOUR

 

 

Ma nafx jekk indunajtx

kif hajti titbandal bhal pendlu

fuq precipizju

quddiem ghajnejk vistuzi.

 

Max-xita mlebilba tiffrosta ‘t-tieqa   

ma nafx f’nofs il-passjoni

ttieghemx f’halqi l-mewt

jien u noghdos

fil-frugh tagismek jitrieghed.

 

Ma nafx indunajtx

bil-konsenturi  ta xturi

mirfuda bil-krozzi taz-zmien.

 

Mara:

forsi ghad tifhem

kif l-ghabex jitferrex

f’muzajk t’esperjenzi mohgaga,

int u terhi

b’ghajnejk maqlubin.

 

Ismaghni

qabel ma jtektek mat-tieqa z-zerniq:

      

       ixxotta s-sugu ta’ l-ambivalenza

       li jwahhal kuxtejk ma’ xulxin.

       Jien

       mil-lizar niedi se nigbor sighatna

       u nara li ma ninqabadx

       bejn ghajnejk

       u l-hoss masokist tax-xita. 

 

 

 

Mario Azzopardi