CURRICULUM VITAE

 

Ghad ghandu l-makkji  tat-twelid u ta’ tfulitu

saturata fid-devozzjoni mzejna biz-zebbug imbierek.

 

Is-snien li waqghulu mal-ewwel ostji  kien jidfinhom

b’galbu fil-qasrija:

xi darba l-anglu kustudju jibaghtu jfittxhom u jgibhom lura

ghax kollox irid jerga’ jintradd.

 

Imbaghad il-masturbazzjoni  zzelleg il-gakulatorji twal

u tinxef u titqarqac fil-qalziet  waqt l-irtiri tat-tisfija mid-dnubiet qliel

u l-faxxinu tat-tentazzjoni.    

 

Sakemm maz-zmien farulu f’xulxin ir-realta’ u l-miti

w beda jaqta’ n-nifs f’xibka fatti mtaqqba bil-fantasija

mizghuda bl-abbandun f’wesghat kbar barranin

fejn partat l-anonimat mal-esperjenza ‘ntensa.  

 

Minn repozitorju tal-grazzja mohhu sar il-hawt

fejn itellghu l-istonku

l-pellegrini

l-boemi

l-ufficcjali korrotti

l-buffi

l-prelati nittiena

l-artisti mgienen

it-tallaba bla saqajn

il-qtates tat-triq

id-dimonji

u n-nisa tal-isterja mxarrbin ghalih. 

 

Il-konstellazzjonijiet kollha ta’ hajtu ccaqilqu f’kumplott

biex difnuh f’habs gdid ta’ kompartimenti

mimlijin bl-eki grizi jwerdnu f’rasu.

 

                  Izda l-biografija trid titkompla

                  u jissuktaw il-waqghat tieghu

                  fi spettaklu ta’ sorprizi rezistenti

                  ta’ wegghat ribelli

                  jiskussaw ‘l-ordni

                  u ‘l-qalbu marida

                  jharbtu c-celluli

                  tal-poezija giddieba.

 

 

 

Mario Azzopardi