EFFIMERI
(1)
In causation a succession is involved with a direction not
reversible
-
F.H. Bradley
Effimeri. Ahna qeghdin hawn darba biss.
L-esperjenzi mkattrin tal-passjoni u l-menti
jispiccaw jghaddu mil-lembut taz-zmien hattief.
U nintebhu li qeghdin hawn darba biss.
Nintebhu li kull metamorfosi
kellha twassal sal-linja tal-ahhar fruntiera
li m’ghandhiex bzonn ghassiesa.
Fejn hadd ma jrid juri l-karta tal-identita’.
It-travestiji kollha ma jkunu swew xejn.
Lanqas l-illuzzjonijiet minxurin mal-hajt ta’ qalbna.
Ahna l-mistednin f’lukanda tas-servitu’ cinika.
Nistennew bhal sfingi ghajjiena madwar il-pixxina
b’wiccna mzelleg fl-ilma.
Mario Azzopardi
Marzu
2010