EFFIMERI (2)

 

Anki l-ghajbien taghna wahdieni.

Ninbelghu bhal bziezaq minghajr arja

f’vortici minghajr eki

fil-profonditatal-profondita’.

Nitilfu l-gravitakollha u naqghu bil-vojt

minghajr ghajnejn

bis-sensi b’rashom maqtugha w minghajr gwienah.

 

Effimeri ahna.  Nebuli f’kurituri jidjiequ.   

Qeghdin hawn darba biss kazwalmnent

f’xeneggatura veloci

tgiddeb kollox li twebbilna bih:

mix-xampanja sax-xatba tal-genna.

 

Il-motivi kollha mormijin bhal sigarett mahruq

jew gurdien mghaffeg taht il-bankina.  

Hsibna li stajna nerfghu l-epitaffji f’arkivju

li qatt ma jkollna bzonn nikkonsultaw.

 

Mario Azzopardi

Marzu 2010