EIRON
L-Eiron jien tal-kummiedja klassika.
Naghmilha ta’ dak li ma jafx,
imma jkun jaf.
Il-barzakka tal-kliem tieghi
ma taqbilx ma’ l-intenzjoni.
Jaghzlu l-imhallfin tat-testment
li nhalli
hijiex ironija drammat’ka
din tieghi. Jonkella rettorika
jew kolp kozmiku
li jhaxkinli r-rieda kollha.
Jaghzlu l-imhallfin
iqallbux il-kopjun tieghi
bl-ingwanti
jew bl-ghud tal-lanzetti.
Jien l-Eiron fil-Bazaar tal-Buffi.
Jahsbu li ma nafx,
imma naf.
U jista’ jitwebbel jghid xi hadd:
Araw
kif dabet il-hila
Arawh
kif waqa’ - bhalma
l-iblah jaqa’ quddiem il-hziena,
hekk
waqa’ dan l-gharib imsejken.
L-ironija kollha li ghext biha,
li kienet bhall-gebel mingur,
il-lum
tiddewweb f’qalbi,
tipprovoka r-ritmi ‘rregolari li
thabbat.
Tidholli l-ironija fic-celluli
tad-demm,
iddardarhom mahlulin b’lewn
marradi,
li jrieghex id-dezert profond
mohbi f’gismi,
xaghri ghas-sriep bla bejta.
L-Eiron klassiku jien
nibdel l-ironija
f’serje ta’ mwiet parzjali.
Settembru 2006