EQUUS
Bhal cakkar.
Riekeb iz-ziemel li tqacctulu l-gwienah,
iceklem bil-lanzetta msewwija tieghu,
hu s-silwett redikolu,
ifittex kif il-poezija ghotrot u mietet
taht il-gravita’ tal-banali..
Sustanzi primarji ma kienx baqaghlu,
imma biss singi irregolari tal-qalb
kulma kien fadal.
U l-process kien anomalu:
is-solidu jillikwida
is-shun jiksah
u l-mastizz jissewwes.
Fil-pawsi tieghu,
meta l-hemda kienet tittarrax
bil-hamba populista,
kien jaghfas l-istivali
ma’ zaqq il-bhima,
u ma jsib xejn
hlief kustilji sfrundati,
bhal saqaf imgarraf ta’ kappella
fejn hadd m’ghadu jitlob.
Bhal cakkar.
Iggranfat max-xejn
u jxomm u jtieghem ix-xejn.
U l-lanzetta jniffed fit-tajn niexef
U jdendel maghha skrittura:
- Kien jghaddi minn dawn l-Inhawi
Imbaghad f’dehxa momentarja,
kien ikun lest imut maz-zimel.