EPISTOLA DWAR
JEAN-PAUL
Ghaziz Andrea
Jean-Paul m’huwiex f’sikktu. Qed jinsa u jhawwad ghalkemm hu minnu wkoll li jkollu perjodi twal ta’ lucidita’. Qed tiehu hsiebu mara mill-Filippini li qed ihallasha ibnu l-kbir,
Gustav li kif taf, ilu emigrat f’Adelaide mill-1980.
L-appartament dejjem fih riha ta’ dizinfettant u Jean-Paul ghadu ffissat fl-arrangament geometriku tal-oggetti li juza ta’ kuljum, l-aktar il-medicini, iffurmati f’qawsalla ta’ kull kulur.
L-ahhar li mort narah gharafni mill-ewwel, ghannaqni u
xammejtlu riha ta’ debbulizza imhallta mal-urina. Qalli li qed jahdem fuq zewg progetti imma
miexi bil-mod wisq u jhoss li
Fl-ewwel progett qed janalizza l-argumenti teatrali ta’ Howard Barker, b’mod partikolari:
* l-elitizmu radikali fil-qasam tal-palk sovvesiv;
* il-paralizi estetika tat-teatru;
* l-udjenza marida affrontata mill-frustrazzjoni tal-atturi u
* l-anatomija tat-tnehid u l-ilfiq fil-kuntest voyeuristiku drammtiku
* it-test politiku bhala l-assenza ta’ xenqat erotici.
It-tieni progett, spjegali, hu ta’ natura teknika.
Kif taf, mas-seba’ snin ilu Jean-Paul kien abbozza recta
irreverenti dwar l-ahhar gimgha fil-hajja ta’ Jahwe (profeta tat-triq), qabel
sallbuh talli ddikjara li hu l-Feddej tal-poplu. F’dak l-abbozz, fix-xena
tal-forka bis-salib, mit-toqob f’idejn Jahwe johorgu sitt hamimiet bojod,
tlieta
Jean-Paul issa twebbel li jrid jidderiegi r-recta hu stess, minkejja l-fragilta’ ta’ sahhtu. Ikkonsulta kotba qodma tal-magija u solva l-kwistjoni tal-hamiem, imma ghadu ma jafx kif se jsolvi l-problema tad-demm fil-platea.
Qalli li jrid li d-demm jizzerzaq bil-heffa, jaqbez ir-ribalta u jibda miexi lejn il-pubbliku. Imbaghad jinfirex mas-saqajn u l-udjenza tghaffeg u tizloq fuqu u ticcappas u tiddellek.
L-udjenza ssir
komplici, qalli Jean-Paul, issir
komplici f’dak it-tixrid ta’ demm u fl-istess hin, tinfeda.
Jean-Paul, fost l-ohrajn, sar ossessjonat bl-idea tar-redenzjoni, b’certa religjozita’ morbuza.
Kif taf int, ahna ma niftakruhx hekk.
Niftakruh donnu virga tas-sajjetti, bil-passjoni tqarmec l-arja ta’ madwaru.
Jien niftakru b’xaghru mqajjem, bizzarr u qalil.
U hajtu kienet sensiela ta’ kwotazzjonijiet skonnettjati, mimlija xaradi akuti ghall-kurzita’ ta’ dawk kollha li ppruvaw jifhmuh u jassessjawh.
Darba kien qalli li jhossu jghix fl-awra ta’ muzew imqalleb jew fuq catra f’maltempata simulata.
Kien qalli: Jien
il-mignun kaotiku li jwelled l-istilla tizfen ta’ Zarathustra jew in-nerf li
jsawwat il-moralita’ falza li timblokkali d-destin kreattiv.
Nahseb li int tiftakru wkoll jeghreq fil-hsieb tal-erwieh turmentati, tal-ispirti qliel bhal Nietzsche, Baudelaire, Rimbaud, de Sade, Artaud, Modigliani u l-Konti Lautreamont, b’lehnu selvagg, jinstiga lill-artisti biex jiddellirjaw u jichdu n-normalita’.
U fl-istess waqt, Jean-Paul kien jaqa’ f’malinkolija liema bhalha, li kien ixebbahha ma’ sigra fil-harifa taht lampa fil-kantuniera.
Ma nafx nghidlek sewwasew min kienet l-ahhar mara li dahlet
f’hajtu. Naf li qabel marad kien dam jghix
xi hames snin ma’ mara mill-Moldavja li fl-ahhar spiccat takkuzah li qed
jikkonfoffa mat-tielet mara li kellu biex joqtolha. Kienet akkuzathom li qabbdu tifel
skont ma kitibli, kienet tinza’ sa ruhha wara li tkun inhliet bil-krib insensat tal-passjoni u tintelaq mohlija, bajda daqs maskra tal-Kabuki. Jean-Paul kien sab l-esigenzi fizici taghha eccessivi u anki redikoli.
Kien kitibli li hajtu ccappset wisq bl-gharaq tossiku fi ljieli ma’ nisa miklubin bejn il-lozor, imxarrbin bis-sugu jcarcar ma’ kuxxtejhom u bin-nida tax-xlokk.
F’nota ohra kien qabbel lilu nnifsu mal-protagonist lobotomizzat fi tragedja Griega li thabblet fiha nfisha.
Sa certu punt inhossni privileggata li ghadu jafdani, ghalkemm
jaf iqabbadni wkoll swied-il qalb kbir, meta
Imma madwar Jean-Paul nisthajjel li hemm foga monokromatika, umda u griza.
Tahbih
Tahbih minnu nnifsu.
.
Nahseb li ghal-lum se jkolli nieqaf hawn.
Madlena