ESTRATTI MILL-KTIEB TAS-SIGHAT
i.
Il-kliem ingazzat wisq biex jista' jlissnu.
U r-rih mitluf, ihabbat fuq il-bieb,
hekk kif tazza ohra nbid iferra' wahdu,
jipprova johloq storja
mis-sighat ta' l-agunija.
Fuq il-mejda tazz' ohra battala.
U l-hgieg stampat bil-lipstikk, ftit vulgari.
Bilqieghda f'nofs il-gagga tal-memorji,
jittanta biex jiftakar ix-xofftejn.
ii.
Hemm l-imhabba li tigi
w l-imhabba li tmur.
Hemm l-imhabba ‘strapolota
mill-ghajta tal-passjoni
w l-imhabba li tindarab
fl-istagun tax-xewk l-abjad,
tipprova tivvinta n-notturn tat-tisfija.
iii.
Hemm il-presentiment.
Hemm il-mument
li jasal
mill-indici tal-possibilta',
fejn is-sebh jinbidel f'lejl,
f'salt wiehed,
mimli dellijiet incerti.
U dik tkun poezija.
iv.
Hamiema mitlufa, qalet li saret.
M'ghandhiex sahha ttir aktar.
Halluha torqod:
Forsi xi hadd jinzel mis-sema,
b'par gwienah godda
w jghidilha:
Hawn, erga' pprova.
v.
Qed jghaddi ljieli cirkulari.
Irid idewwweb in-nostalgija,
jisturdieha bl-incens tal-lavanda,
izellgilha l-istrofi
w joftqilha ghadamha
mal-hoss dens tas-sighat.
Izda l-ombra tibqa' titwal
fuq il-prezent.