FIL-BITHA TA’ L-ESEKUZZJONI

 

 

Ried joqtol ix-xbihat kollha li holoq.

 

Ried idoqqilhom

it-tnabar ta’ l-esekuzzjoni,

jaqralhom il-mandat tal-mewt vjolenti

taht il-karg tax-xemx. 

 

Jimmarkahom ried f’nofs mohhom

u jiehu l-mira

fil-bitha ta’ l-ikundannati.

 

Ried jonxorhom rashom ‘l isfel

b’ghonqhom imhanxar jizvinaw

jew

isammarhom bis-skieken

mill-pali tajdejhom,

saqajhom isserrati

u mbaghad ikesksilhom il-klieb.

 

Ried jara x-xbihat  jisfaru

xagharhom jixxarrab bl-gharaq

u l-bizattaqqab ghajnejhom

qabel jaqghu

xkora glud

w ghadam miksur

u demm qed jaghqad

taht il-hajt.

 

        Jikkarga mill-gdid

        u jergajiehu l-mira

        u x-xbihat kollha ghandhom wiccu.

 

 

 

 

Mario Azzopardi