FIL-VINJI TA’ L-ERWIEH
Isimghu ja niesi!
Isimghu kif qomt taht id-disk tax-xemx
b’rasi t’Anubi
miexi quddiem ‘l-erwieh fid-dinja l-ohra.
Arawni libes ta’ Horu bl-istikka f’idejja
u wicci t’ghasfur
nindokra s-sargof’ku jsalpa
ma’ l-ilma tat-tkomplija
w araw ghajnejja
kif ghandhom ix-xehta tal-piloti fuq l-imriekeb
tas-sajjieda tax-xlokk.
Allucinat bil-fungi nejjin
li gerrimt u blajt ma’ l-ghasel tan-nahal
hawn
mal-vinji ta’ l-erwieh
fi gzirti fil-bahar nofsan:
Jien l-idjota sagru.
Araw ja niesi!
Kif minn sidri hergin il-vireg tan-nar
ix-xaftijiet tal-vizjoni
jippuntaw lejn il-ventri tal-mara korpuza
li nisslitni f’daghdigha
ta’ wgigh u pjacir
bejn il-hagar massiv
f’dak il-lejl ta’ misteri.
Araw l-istorja privata tieghi issir wahda pubblika.
Arawha ssir il-grajja taghkom
li nsejtu s-sekwenzi kollha
li nsejtu mnejn gejtu
u fejn sejrin.