FIT-TIELET ATT
Hemm dan l-attur passiv u dekadenti
Li kull fl-ghaxija jahdem dramm astratt
Jirrecta kopjun tqil dwar l-ezistenza,
Diehel u hiereg f’xaftijiet ta’ dawl giddieb.
Fil-kwinti jistennew l-atturii l-ohra-lebsin il-maskri bojod jew fil-griz
Lesti ghall-mixja fuq l-istil tas-soltu
Ma’ kull battuta, dejjem fl-istess hin,
Bil-fakulta’ li tilfet il-passjoni
U bil-kostumi li llum tqalu bit-trab
U tilfu anki s-sens tad-distinjoni.
Hemm dan l-attur joghtor taht is-suspetti,
Jirrecta l-melodramm b’vuci mhux tieghu,
Li jaf illi fit-tielet att
irid jispara,
f’mument preciz li jaf, ma jistax jarab.