Fil-Bib Tas-Sala
Qed nixhed dan kollu:
Naghraf id-dawran ma’
centru li ma jezistix
Bil-hemda ominuza
taghlaq fuqu.
Nintebah bil-moviment:
mic-cpar ta’ naghsi jitfaccaw
mibghajr riglejn
minghajr ghajnejn
l-ispettri
ghall-opra-omnia
tieghi.
Nnixhed x’inhi
c-caqliqa:
dawk kumparsi minghajr
direzzjoni
minghajr tema jew
parti fissa
rallentati wara c-ciklorama
xjatici
bhal mirkeb fis-sakra
maqbud
f’imbatt bla hegga.
Naghrafhom u ma
naghrafhomx:
karattri bla volum
dawk
ifittxu lilhom
infishom
meta ma jafux
jekk qattx ezistew.
Jitnizzel kollox fil-kopjun
l-ohxon tax-xeni ‘nkompleti hekk kif
jien
nipprova nizzerzaq ‘il
barra mix-xefaq tal-pagna
u niehu posti fil-bieb
tas-sala
nbiegh il-biljetti
ghall-ispettaklu
spjantat.
11
ta’ Settembru 2008