FIS-SUBBORG FEJN TNISSLU NIESI
Fis-subborg fejn tnisslu niesi
jaghmlu festa kbira
bil-bandalori ta' l-arkangli
jishqu rjus id-demonji.
Mal-palk indurat l-bradelli
johorgu l-angli,
trabi roza msemmna
li tilfu l-innocenza
u draw jharsu lejn il-kotra
bil-vista ta' volpi makakk.
Johorgu
sacerdoti lebsin dbielet irrakmati,
lesti biex jaharqu
l-fwied u l-qlub tal-hut
biex iharrbu ‘ispirti ‘nfernali
u mbaghad
jizfnu l-valzer tal-qaddis
madwar l-imnariet lewn id-deheb
u warajhom
politici travestiti
lewn il-marc tal-banda
mexjin lejn l-arka trijonfali
mal-kunsilliera
u l-magistrati.
Filghaxija jqabbdu r-roti tan-nar
ghall-gheluq fil-misrah
u l-ucuh ibiddlu l-ilwien
skond il-berqa u l-faqqatura.
Sakemm il-banda tmajna
u fuqhom ilkoll
jinzel l-ahhar lewn imdahhan
u jkeffinhom mill-gdid
bil-faxex ta' jasarhom,
fejn l-iblah ikattar kliemu
mal-kaledarju tal-frughat
u l-qawwi jqarraq,
jinnegozja mal-kbarat.