FORSI M’GĦADX HEMM KLIEM

Bit-tifqigħa tas-silġ kien ilanġas il-kliem u jtir mar-riħ f’kurvi vjolenti.

B’kontropunt invisibbli l-infinita’ titgiddeb f’sekonda

u jidħol kien

fi ħrafa wara l-oħra, jirfes id-dramm miġmugħ fil-ġerħa s-sewda.

Arawh issa:

Quddiem folja oħra li beda w ma jafx ikompli għax il-kliem ma jiffurmax.

Għax forsi m’għadx hemm kliem x’jifforma.

Forsi l-kliem intradam taħt il-patina ffriżata  ta’ tant episodji.

Inħela bosta kliem li tħalla jirżaħ fit-tieqa jew li waqa’ bla grazzja fuq it-tapit

jew trekken taħt it-taraġ biex ma jilħqu l-ebda dawl jispjuna mill-persjana.   

                                               Issa jaf: xortih t’aljen.  Mingħajr amnestija.