Min jaf, haseb, hijiex timxi hafja
ximkien il boghod
tinnewtralizza s-sighat
zvergnati daqsha
biz-ziffa tilghabilha mad-dublett.
Min jaf, haseb, hijiex temmen
fxi miraklu gdid
jew hijiex
timprovizza kreazzjoni siekta
li tnessiha l-linji
tal-poeziji morda li ghexet mieghu.
Jew min jaf ghadhiex tilbes
il-bluza s-sewda tal-qfieli
u rhietx sidirha fidejn manigold gdid.
Il-qattus qed ihares lejh
imma qed jahseb fl-antenati tieghu
fi stejjer antiki
li mghandhomx xjaqsmu
mal-mara li telqet.
Mario Azzopardi